Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-membri tal-bordijiet tal-awtoritajiet u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Xi kwalifiki għandu kull membru? X'esperjenza jew expertise għandu kull membru relatata mas-settur fejn ġie ingaġġat bħala membru ta’ bord? F'każ li m'għandhom l-ebda esperjenza relatata, x'kienu l-kriterji li fuqhom intgħażlu dawn il-membri?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Il-proċess ta’ ħatriet fuq bordijiet governattivi għadu għaddej u l-informazzjoni dwar il-kompożizzjoni tal-bordijiet il-ġodda qed titħabbar gradwalment. Nassigura lill-Onorevoli Membru li l-kriterji li fuqhom qed jintgħażlu l-membri huma l-istess li kienu taħt l-amministrazzjoni preċedenti, bid-differenza li issa qed jiġu osservati.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — membri tal-bordijiet - remunerazzjoni u benfiċċji
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-onorarja, allowances u perks oħra li għandu kull membru tal-bord u chairperson fl-awtoritajiet u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 1379.
Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni għall-Proċess Amministrattiv — membri tal-bordijiet
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-membri tal-bordijiet tal-awtoritajiet u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tas-Segretarju Parlamentari tiegħu? Xi kwalifiki għandu kull membru? X'esperjenza jew expertise għandu kull membru relatata mas-settur fejn ġie ingaġġat bħala membru ta’ bord? F'każ li m'għandhom l-ebda esperjenza relatata, x'kienu l-kriterji li fuqhom intgħażlu dawn il-membri?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 1379.
Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni għall-Proċess Amministrattiv — membri tal-bordijiet - remunerazzjoni u benefiċċji
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-onorarja, allowances u perks oħra li għandu kull membru tal-bord u chairpersons fl-awtoritajiet u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tas-Segretarju Parlamentari tiegħu?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 1379.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — membri tal-bordijiet
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid min huma l-membri tal-bordijiet tal-awtoritajiet u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteri tiegħu? Xi kwalifiki għandu kull membru? X'esperjenza jew expertise għandu kull membru relatata mas-settur fejn ġie ingaġġat bħala membru ta’ bord? F'każ li m'għandhom l-ebda esperjenza relatata, x'kienu l-kriterji li fuqhom intgħażlu dawn il-membri?
Response (GRECH, LOUIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1379.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettoral — membri tal-bordijiet - Remunerazzjoni u Benefiċċji
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid x'inhi l-onorarja, allowances u perks oħra li għandu kull membru tal-bord u chairperson fl-awtoritajiet u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (GRECH, LOUIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1380.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 717 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Turiżmu u issa ġiet riferuta lilu u jagħti tagħrif dwar kemm huma s-sajjieda reġistrati fuq kull wieħed mill-portijiet li hemm f'San Pawl il-Baħar, il-Mellieħa, l-Imġarr Malta u n-Naxxar? Dawn huma sajjieda full-time jew part-time?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li risposta għal din il-Mistoqsija ingħatat fil-leġislatura preċedenti taħt in numru 10183.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 718 u jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru għandux pjani speċifiċi, biex flimkien mal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) ibiddel il-policies dwar il-binjiet agrikoli?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lil Onor. Interpellant li ninsab infurmat li qed jitwaqqaf working group li fi żmien qasir u stabbilit sejjer jipproponi t-tibdil neċessarju tad-dokument “Agriculture, Farm Diversification and Stables”. Dokument approvat mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) f’Diċembru tal-2007.
B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 719, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm, u fejn kienu, applikazzjonijiet għall-kmamar tan-nar li ġew approvati jew rifjutati rispettivament matul l-aħħar 15-il xahar? Fejn jinsabu l-applikazzjonijiet li għalihom għad hemm talbiet pendenti quddiem l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA)?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li b’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1477, skont is-sistema tal-informatika tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, ġiet approvata applikazzjoni waħda għal żvilupp relatat ma' kmamar tan-nar li tinsab fil-lokalita tal-Imġarr waqt li ġew rifjutati tlett applikazzjonijiet, tnejn minnhom fl-istadju tal-ewwel deċiżjoni u waħda fl-appell. Dawn kienu fil-lokalitajiet tar-Rabat, Ħad-Dingli u fl-Għarb.
L-istess Awtorità għandha quddiemha erba' applikazzjonijiet għal żvilupp relatat ma' kmamar tan-nar. Tnejn jinsabu fil-lokalita` ta' Ħal Għaxaq, waħda fiż-Żurrieq u oħra fl-Għarb.
Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità fuq applikazzjonijiet li fil-proposta tal-iżvilupp għandhom xi waħda mill-kliem segwenti:-
• Nar
• Fire
• Pyrotechnics
San Pawl il-Baħar — Triq il-Port Ruman - servizzi tal-ilma u drenaġġ
Question
Billi fid-domanda għall-mistoqsija parlamentari 761, jien staqsejt dwar servizzi tal-ilma u drenaġġ fi Triq il-Port Ruman, il-Qawra, San Pawl il-Baħar, u minflok ingħatajt risposta dwar cables tal-high tension, jista' l-Ministru jagħti t-tagħrif mitlub fid-domanda originali?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fi triq imsemmija fejn hemm it-tarmac il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għandha s-servizzi tal-ilma u tad-drenagg mgħoddija.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 1034 dwar siġar li nqalgħu jew inqatgħu mil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm permessi mogħtija biex inqatgħu/jinqalgħu żewġ siġriet li kien hemm quddiem il-knisja tal-Karmnu, fi Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar? Fejn tpoġġew dawn is-siġriet li nqatgħu/nqalgħu?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lil Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li sakemm is-siġar ma jkunux protetti kif spjegat taħt it-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 388, ma jinżammx l-ebda rekord. Għaldaqstant nirreferi lil Onor. Interpellant biex il-mistoqsija mil-ġdid issir lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk matul dawn l-aħħar erba’ xhur (matul l-2013) kienx hemm rapporti ġodda ta' siġar tal-palm li ġew maqtugħa minħabba l-bumunqar aħmar?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lil Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li matul dawn l-aħħar 4 xhur, nqalgħu total ta' 248 siġra tal-palm infettati mill-bumunqar l-aħmar. Il-qtugħ isir wara spezzjonijiet li jkunu saru, li jirriżultaw kemm minn rapporti li jidħlu lid-Dipartiment kif ukoll wara spezzjonijiet bħala parti mis-sorveljanza għall-kontroll ta' dan l-insett.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni/kumpaniji/partnerships li ngħataw kuntratt jew appointment ta' konsulenza mill-11 ta' Marzu 2013 sal-lum mill-Ministeru, id-dipartimenti jew entitajiet pubbliċi li huma fi ħdanu permezz ta' direct order? X'kien ix-xogħol li ġew mitluba jagħmlu għal kull kuntratt jew appointment ta' konsulenza? X'inhu il-valur ta' kull kuntratt jew appointment ta' konsulenza?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-11 ta' Marzu 2013 sal-lum mill-Ministeru tat-Turiżmu u minn dipartimenti jew entitajiet fi ħdan il-Ministeru ma’ kien hemm l-ebda persuni, kumpaniji jew partnerships li ngħataw kuntratti jew appointment ta' konsulenza permezz ta' direct order.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — kuntratti b'direct order
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni/kumpaniji/partnerships li ngħataw kuntratt jew appointment ta' konsulenza mill-11 ta' Marzu 2013 sal-lum mill-Ministeru, id-dipartimenti jew entitajiet pubbliċi li huma fi ħdanu permezz ta' direct order? X'kien ix-xogħol li ġew mitluba jagħmlu għal kull kuntratt jew appointment ta' konsulenza? X'inhu il-valur ta' kull kuntratt jew appointment ta' konsulenza?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li fil-Ministeru, id-dipartimenti u entitajiet pubbliċi fi ħdan l-istess Ministeru tiegħi ma ngħata ebda kuntratt jew appointment ta' konsulenza permezz ta' direct order mill-11 ta' Marzu 2013 sal-lum.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — Kuntratti b'direct order
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni/kumpaniji/partnerships li ngħataw kuntratt jew appointment ta' konsulenza mill-11 ta' Marzu 2013 sal-lum mill-Ministeru, id-dipartimenti jew entitajiet pubbliċi li huma fi ħdanu permezz ta' direct order? X'kien ix-xogħol li ġew mitluba jagħmlu għal kull kuntratt jew appointment ta' konsulenza? X'inhu il-valur ta' kull kuntratt jew appointment ta' konsulenza?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lil Onor. Interpellant li skond l-informazzjoni li għaddewlna, qiegħed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub, miġbur f’Tabella ‘A’.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — kuntratti b'direct order
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni/kumpaniji/partnerships li ngħataw kuntratt jew appointment ta' konsulenza mill-11 ta' Marzu 2013 sal-lum mill-Ministeru, id-dipartimenti jew entitajiet pubbliċi li huma fi ħdanu permezz ta' direct order? X'kien ix-xogħol li ġew mitluba jagħmlu għal kull kuntratt jew appointment ta' konsulenza? X'inhu il-valur ta' kull kuntratt jew appointment ta' konsulenza?
Response (MIZZI, JOE)
Sa issa kien hemm erba’ individwi li ngħataw kuntratt ta’ konsulenza b’direct order mill-11 ta’ Marzu 2013 sal-lum. Dawn huma:
John Schembri – Health & Safety Services – Cottonera No 1 Dock Project - €1,433.70
Aldo Busuttil – Health and Safety Services – Cospicua (St. John Street) Public Garden - €2,218.00
Perit Adrian Mifsud – Geo Technical Consultant – Ghar Lapsi - €4,318.80
Lara Borg Bugeja – Legal Advisor - €37,710.35 fis-sena
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — Kuntratti b'direct order
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni/kumpaniji/partnerships li ngħataw kuntratt jew appointment ta' konsulenza mill-11 ta' Marzu 2013 sal-lum mill-Ministeru, id-dipartimenti jew entitajiet pubbliċi li huma fi ħdanu permezz ta' direct order? X'kien ix-xogħol li ġew mitluba jagħmlu għal kull kuntratt jew appointment ta' konsulenza? X'inhu il-valur ta' kull kuntratt jew appointment ta' konsulenza?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — kuntratti b'direct order
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni/kumpaniji/partnerships li ngħataw kuntratt jew appointment ta' konsulenza mill-11 ta' Marzu 2013 sal-lum mill-Ministeru, id-dipartimenti jew entitajiet pubbliċi li huma fi ħdanu permezz ta' direct order? X'kien ix-xogħol li ġew mitluba jagħmlu għal kull kuntratt jew appointment ta' konsulenza? X'inhu il-valur ta' kull kuntratt jew appointment ta' konsulenza?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ingħata kuntratt wieħed (1) mill-ħdax ta’ Marzu sal-lum mill-Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali.
Isem il-Konsulent/kumpanija/
Partnership
Ix-Xogħol mitlub li jagħmlu
Valur ta’ kull kuntratt
Dr Franco Debono LL.D.
Law Commissioner (Law Revision Act 1980 Chapter 12)
€29,292
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul l-2012? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid jekk kull servizz mogħti ngħatax b’direct order jew le?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed npoggi fuq il-Mejda tal-Kamra
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm kumpaniji, lukandi, u fabbriki li l-Gvern qatgħalhom is-servizz tad-dawl u l-ilma minħabba li ma ħallsux l-kontijiet bejn Marzu 2012 u Marzu 2013? Jista' jgħid kemm kienu jammontaw il-kontijiet pendenti ta’ dawn il-kumpaniji, lukandi u fabbriki li nqatgħatilhom il-provvista tal-elettriku?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninsab infurmat illi ġew sospiżi 189 kont non-residential li l-valur tagħhom huwa ta' €2,618,075.60