Legislature:
Category:
Reset
Active:

Delegazzjoni fi Franza

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid min kienu l-persuni kollha li akkumpanjawh fid-delegazzjoni fi Franza mit 23 ta' April 'l quddiem? Kemm hija l-ispiża relatata ma' din is-safra?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien kont nifforma parti mid-delegazzjoni mmexija mill-Prim Ministru fi Franza, f’April ta’ din is-sena. Dettalji dwar din id-delegazzjoni ngħataw mill-Prim Ministru fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 857. L-ispiża relatata mal-parteċipazzjoni tiegħi f’din id-delegazzjoni kienet ta’ €1165.99.
Leg 12 PQ #956 Sitting 18 2013-05-14 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — managers

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 242 u jagħti spjegazzjoni għalfejn sitt managers li jaħdmu fl-Isptar Mater Dei, u li f'dawn l-aħħar ġranet ġew mogħtija grad fi skala sitta, wara biss ġimgħa ġew avżati li ma kenux eliġibbli għall-istess grad?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li ma’kellniex pożizzjoni ta’ managers li ġew appuntati f’dawn l-aħħar xhur.
Leg 12 PQ #957 Sitting 18 2013-05-14 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — tqassim ta' ikel

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 245 u jgħid għalfejn nhar it-Tlieta 9 ta' April 2013 f'nofsinhar il-pazjenti ġewwa s-sala Gynae tal-Isptar Mater Dei ma tqassmilhomx l-ikel regolari u kawża ta' hekk il-pazjenti baqgħu għal ħin twil mingħajr ikel u kielu għal ħabta tas-2.30 p.m.?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li fid-data msemmija, waqt xogħol ta’ manutensjoni fis-sala msemmija, involontarjament giet mitfijja l-B Pod. Dan ikkaġuna dewmien biex jitqassam l-ikel. Min naħa tagħna, filwaqt li niskużaw ruħna mal-pazjenti, li forsi seta’ ikkawżalhom xi inkonvenjenza, nirringrazzjaw lill-Onorevoli Interpellant tal-mistoqsija, li bis-saħħa ta’ dan sirna nafu bl-inċident u għalhekk se nieħdu passi biex dan ma jerġgħax jirrepeti ruħu.
Leg 12 PQ #958 Sitting 18 2013-05-14 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — ITU - Deputy Nursing Officers

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 247 u jagħti rendikont ta' kemm-il deputy nursing officer huma assenjati fil-preżent ġewwa l-ITU fl-Isptar Mater Dei? Kemm huwa n-numru ta' deputy nursing officers li suppost ikun hemm f'din is-sala tal-isptar skont benchmarks stabbiliti internazzjonalment? X'inhu r-rwol ta' deputy nursing officer? Hemm xi ħsieb li jiżdied in-numru ta' deputy nursing officers fl-ITU u jekk iva, x'inhi r-raġuni għalfejn se jkun hemm din iż-żieda?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Qrati ta' Għawdex — kawżi pendenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm kien hemm kawżi pendenti quddiem is-sezzjonijiet kollha tal-qrati ta' Għawdex fl-aħħar ta' kull sena mis-sena 2005 sal-lum? Jista' jgħid kemm kien hemm każijiet pendenti quddiem l-istess sezzjonijiet tal-Qorti ta' Għawdex fl-aħħar ta' April 2013?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #1040 Sitting 18 2013-05-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għat-Turiżmu

kunsilli lokali — skemi għall-għajnuna finanzjarja

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il skema ġiet imnedija biex tingħata għajnuna finanzjarja lill-kunsilli lokali mill-bidu tas-sena sal-lum? X'inhu l-iskop ta' kull skema li ġiet imnedija? Kemm hemm flus ivvutati għal kull skema? Kemm-il kunsill lokali hu mistenni li jibbenefika minn dawn l-iskemi?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sa issa din is-sena kienu varati ħames (5) skemi għall-Kunsilli Lokali kif ġej: Skema Allokazzjoni Numru ta’ Kunsilli Lokali Kultura (Part 2) € 169,000 56 Sports € 29,842.88 36 Book Box € 8,800 7 Inizjattivi Specjali € 110,481 11 Libreriji € 26,807.82 47 L-iskop ta’ kull waħda minn dawn l-iskemi hu li tingħata għajnuna diretta lill-Kunsilli Lokali bl’għan ewlieni li jingħata stimolu lill-attivita’ kulturali, edukattiva u sportiva fil-lokalitajiet rispettivi.
Leg 12 PQ #1041 Sitting 18 2013-05-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għat-Turiżmu

kunsilli lokali — skemi ta' għajnuna

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi skemi biex tingħata għajnuna lill-kunsilli lokali fil-ħidma tagħhom hemm ippjanati li jinħarġu minn issa sal-aħħar tas-sena? Jista' jagħti deskrizzjoni ta' kull skema li hemm il-ħsieb li tinħareġ, kemm se jkun il-vot allokat għal kull skema u kemm-il kunsill hu mistenni jibbenefika minn kull skema?

Response (VELLA, KARMENU)

Infurmat mis-Segretarjat Parlamentari li l-iskemi għadhom qiegħdin jinħadmu, kif jitfassal il-pjan dwar dawn l-iskemi, l-informazzjoni ser tiġi ippublikata.
Leg 12 PQ #1042 Sitting 18 2013-05-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għat-Turiżmu

kunsilli lokali — ismijiet ta' toroq

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' toroq bl-ismijiet tal-istess toroq li saru mill-kunsilli lokali, wieħed wieħed, u sena b'sena għas-snin 2010, 2011, 2012 u din is-sena sal-aħħar ta' April 2013?

Response (VELLA, KARMENU)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli bl-informazzjoni mitluba li jkopru sa April 2013.
Leg 12 PQ #1043 Sitting 18 2013-05-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Finanzi

minimum wage — tnaqqis fit-taxxa

Question

Jista' l-Ministru jagħti numru, anke approssimattiv, ta' kemm huma dawk li se jgawdu mill-proposta tal-baġit ta' 0% taxxa għal dawk li huma fuq il-minimum wage? Kemm hu stmat li se tiswa din il-miżura?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #1044 Sitting 18 2013-05-14 Oral · Interim From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Finanzi

xiri tal-ewwel residenza — tnaqqis fit-taxxa

Question

Jista' l-Ministru jispjega xi proċess qed jitħaddem sabiex dawk li se jibbenefikaw minn refund ta' taxxa fuq ix-xiri tal-ewwel residenza tagħhom (hekk kif tħabbret fil-baġit) jiġu mogħtija dan ir-refund?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

FTS — manutenzjoni fl-iskejjel

Question

Jista' l-Ministru jelenka x-xogħol kollu ta' manutenzjoni li sar b'sena b'sena f'dawn l-aħħar għaxar snin mill-Fondazzjoni tal-Iskejjel t'Għada (FTS) u kemm kienet in-nefqa ta' kull xoghol li sar f'kull skola?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Dipartiment tar-Riżorsi għall-Iskejjel — manutenzjoni ta' skejjel

Question

Jista' l-Ministru jelenka x-xogħol kollu ta' manutenzjoni li sar b'sena b'sena f'dawn l-aħħar ħames snin minn mindu twaqqaf id-Dipartiment tar-Riżorsi għall-Iskejjel fid-Direttorat tas-Servizzi Edukattivi u kemm kienet in-nefqa ta' kull xogħol li sar f'kull skola?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Skola Umberto Colosso — użu tal-binja

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li partijiet minn dik li kienet l-iskola Umberto Colosso f'Santa Venera se tittieħed minn Ministeru ieħor biex isiru uffiċini għal segretarju permanenti li mhux tal-Edukazzjoni?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm diskussjonijiet għaddejjin bejn il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u l-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima biex isir użu aktar effiċjenti minn partijiet tal-binja li qabel kienet l-iskola Umberto Calosso.

FTS — laqgħa mal-Ministru

Question

Peress li l-Ministru ddikjara li għadu ma ltaqax mal-Fondazzjoni tal-Iskejjel t'Għada (FTS), jista' jagħti ħjiel meta se jiltaqa'?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li diġà ltqajt maċ-Chairman u l-General Manager tal-Fondazzjoni tal-Iskejjel t'Għada (FTS).

FTS — laqgħa mal-bord/general manager

Question

Jista' l-Ministru jagħti r-raġunijiet għalfejn ma ħassx il-bżonn li jiltaqa' mal-bord jew il-general manager tal-Fondazzjoni tal-Iskejjel t'Għada (FTS) speċjalment fid-dawl li għamel diversi dikjazzjonijiet dwar il-bini tal-iskejjel ġodda?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija fil-Mistoqsija Parlamentari Nru. 1127.

Klabb 3-16

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il Klabb 3-16 hawn f'Malta u f'Għawdex? Fejn qegħdin?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Bħalissa hemm 17 il-ċentru ta’ Klabb 3-16 f’dawn il-lokalitajiet: 1. Victoria, Għawdex 2. Mellieħa 3. San Pawl il-Baħar 4. Rabat 5. Ħaż-Żebbuġ 6. Qormi 7. Ħamrun 8. Mosta 9. B’Kara 10. Pembroke 11. San Ġwann 12. Naxxar 13. Żurrieq 14. Birżebbuġa 15. Marsaskala 16. Żabbar 17. Fgura Ċentri li se jiftħu sas-Sajf 2013 18. Siġġiewi 19. Attard 20. Luqa 21. Żejtun Ċentri li se jiftħu f’Ottubru 2013 22.Nadur 23.Xagħra 24.Mġarr (Malta) 25.Sliema 26.St. Venera 27.Valletta 28.Cospicua 29.Paola

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — fuel

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa tal-Ministeru għall-provvista ta' fuel tal-karozzi kollha tal-Ministru u s-segretarjat privat għall-perijodu bejn l-1 ta' Ġunju 2012 u t-8 ta' Marzu 2013?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nefqa għall-provvista tal-fuel tal-karozzi kollha li kienu jintużaw bejn l-1 ta’ Ġunju 2012 u t-8 ta’ Marzu 2013 kienet €4300.65. Il- fuel li ingħata għall-karozza li kien juża Mr Chris Said ammonta għal €3753.19 u l-fuel li ntuża għall-karozza li kien juża s-Segretarjat ammonta għal €547.46.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — fuel

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa tal-Ministeru għall-provvista ta' fuel tal-karozzi kollha tal-Ministru u s-segretarjat privat għall-perijodu bejn l-1 ta' Ġunju 2012 u t-8 ta' Marzu 2013?

Response (DALLI, HELENA)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella tal-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant
Leg 12 PQ #1166 Sitting 18 2013-05-14 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — fuel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa tal-Ministeru għall-provvista ta' fuel tal-karozzi kollha tal-Ministru u s-segretarjat privat għall-perijodu bejn l-1 ta' Ġunju 2012 u t-8 ta' Marzu 2013?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li in-nefqa tal-Ministeru għall-provista ta' fuel tal-karozzi kollha tal- Ministeru u s-segretarjat privat għall-perjodu bejn l-1ta' Ġunju 2012 u t-8 ta' Marzu 2013 kienet ta' 5164.90 Eur
Leg 12 PQ #1167 Sitting 18 2013-05-14 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Nefqa għall-użu ta' mobiles

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru għal użu tal-mobiles kollha tal-Prim Ministru u s-segretarjat privat għall-perijodu bejn 1 ta' Ġunju 2012 u t-8 ta' Marzu 2013?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-nefqa tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru għal użu tal-mobiles kollha tal-Prim Ministru u segretarjat privat għall-perijodu bejn l-1 ta’ Ġunju 2012 u t-8 ta’ Marzu 2013 kienet ta’ €18,255.84.