Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proġett ta' Smart City? Jista' jgħid jekk ix-xogħlijiet humiex on schedule? Jista' jgħid kemm huma l-kumpaniji li qed joperaw fi Smart City u kemm huma l-impjegati li jħaddmu magħhom? F'liema setturi joperaw dawn il-kumpaniji?
Response (MIZZI, JOE)
Il-Kumpanija in kwistjoni mhiex tal-Gvern għajr għas-sehem minoritarju li l-Gvern għandu.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proġett tal-Marsa Sport Village?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-Kunsill Malti għall-Isport (KMS) iltaqa’ ma’ investituri interessati fl-iżvilupp tal-kunċett ta’ Villaġġ Sportiv fil-Marsa biex jisma’ s-suġġerimenti dwar kif jista’ isir titjib fuq is-sejħa oriġinali biex jiġi żviluppat il-kunċett propost b’mod sostenibbli. Dan wara li sa meta għalaq iż-żmien stipulat għas-sottomissjoni ta’ interess f’dan il-proġett ma kien hemm ħadd li ssottometta interess.
Is-sejħa għal Espressjoni t’Interess għall-iżvilupp tal-kunċett propost ghall-Villaġġ Sportiv tal-Marsa ġiet ippubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern nhar id-29 ta’ Lulju 2011 u l-perjodu ta’ sottomissjonijiet għalaq fil-25 ta’ Ottubru 2011. Il-KMS kien aċċetta li jestendi d-data tal-egħluq oriġinali b’erba’ ġimgħat oħra wara li tlieta mill-ħames żviluppaturi, li ħallsu biex ġabru d-dokument uffiċjali u attendew għal-laqgħat ta’ informazzjoni, kienu talbu għal estensjoni fiż-żmien tas-sottomissjonijiet.
Wara dawn il-laqgħat ġiet abbozzata sejħa riveduta li sal-lum għadha ma ġietx ippubblikata.
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu ilmenti fil-customer care tal-Isptar Mater Dei matul l-2012? Jista' jgħid dwar xiex kienu dawn l-ilmenti? Kemm-il każ kien magħluq u kemm-il każ għadu miftuħ?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din l-mistoqsija tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm sab persuni fuq il-waiting list biex issirilhom operazzjoni f'dawn l-oqsma: kirurġija ġenerali, uroloġija, newrokirurġija, kirurġija plastika, kirurġija tat-tfal, ENT, ġinekoloġija, oftamoloġija, ortopedija, kirurġija tal-qalb u dentistrija, fl-isptarijiet tal-Gvern meta sar Ministru u kemm ilhom jistennew f'kull każ?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li każijiet li jkunu ta’ natura Elective, li ma jkunux urġenti, jitpoġġew fuq il-waiting list skond in-natura tal-każ, filwaqt li dawk li jkunu urġenti jsiru minnufih.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport — staff complement
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-istaff complement tas-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport, liema kariga huma okkupati u min jokkupahom, liema huma vakanti, f'liema skala hi kull kariga u jekk l-ingaġġ sarx direttament mis-Servizz Pubbliku jew inkella minn barra s-settur pubbliku?
Response (BARTOLO, EVARIST)
L-għadd komplut tal-istaff tas-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport huwa 11. It-tagħrif l-ieħor mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — staff complement
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-istaff complement tal-Ministeru, kariga b'kariga, liema kariga huma okkupati u min jokkupahom, liema huma vakanti, f'liema skala hi kull kariga u jekk l-ingaġġ sarx direttament mis-Servizz Pubbliku jew inkella minn barra s-settur pubbliku?
Response (BRINCAT, LEO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat fil-Mistoqsija Parlamentari Numru 528.
Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali — staff complement
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-istaff complement tas-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali, kariga b'kariga, liema kariga huma okkupati u min jokkupahom, liema huma vakanti, f'liema skala hi kull kariga u jekk l-ingaġġ sarx direttament mis-Servizz Pubbliku jew inkella minn barra s-settur pubbliku?
Response (BRINCAT, LEO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat fil-Mistoqsija Parlamentari Numru 528.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-istaff complement tal-Ministeru, kariga b'kariga, liema kariga huma okkupati u min jokkupahom, liema huma vakanti, f'liema skala hi kull kariga u jekk l-ingaġġ sarx direttament mis-Servizz Pubbliku jew inkella minn barra s-settur pubbliku?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hu l-istaff complement tal-Ministeru, kariga b'kariga, liema kariga huma okkupati u min jokkupahom, liema huma vakanti, f'liema skala hi kull kariga u jekk l-ingaġġ sarx direttament mis-Servizz Pubbliku jew inkella minn barra s-settur pubbliku?
Response (DALLI, HELENA)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari Numru 528
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-istaff complement tal-Ministeru, kariga b'kariga, liema kariga huma okkupati u min jokkupahom, liema huma vakanti, f'liema skala hi kull kariga u jekk l-ingaġġ sarx direttament mis-Servizz Pubbliku jew inkella minn barra s-settur pubbliku?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari Numru 528.
Long Term Power Purchase Agreements u Gas Supply Agreement
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 201, peress li l-Ministru, meta ħabbar id-data tal-bidu tal-proċess tal-Espressjoni ta' Interess u Kapaċità għal-Long Term Power Purchase Agreement u Gas Supply Agreement lill-media qal li se jippublika il-kopja ta' interess, jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jagħmel dan? Jekk le, jista' jgħid għaliex?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kopja ta' dan id-dokument tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra it-Tnejn 13 ta' Mejju f'seduta numru 17.
Power Station ta' Delimara — lifespan tal-estensjoni
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 202, peress li fid-domanda tiegħi kont ċar u kont qed nirreferi għall-estensjoni ta' power station ta' Delimara hekk kif proposta mill-Gvern preżenti, jiġifieri dik li għaliha ħarġet l-espressjoni ta' interess u għalhekk, jista' l-Ministru jgħid kemm huwa ddisinjat/ikkalkulat il-lifespan fi snin tal-operat ta' din il-power station proposta?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant jagħmel referenza għad-dokument li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra it-Tnejn 13 ta' Mejju, 2013 f'seduta numru 17.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 239, jista' l-Prim Ministru jikkjarifika għaliex se titneħħa il-preżenza tal-Pulizija waqt is-smigħ tal-Kummissjonijiet tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) peress li għalkemm minn Frar 2012 din il-preżenza tal-pulizija tneħħiet waqt is-smigħ tal-Bord tal-Awtorità, però waqt is-smigħ tal-Kummissjonijiet (EPC Boards) inżammet ġaladarba l-ammont ta' applikazzjonijiet mismugħin minn dawn il-Kummissjonijiet (EPC Boards) huwa ta' ammont ħafna akbar u ġaladarba l-preżenza tal-pubbliku tkun ħafna akbar ukoll, dan meta tieħu ukoll fil-kuntest li jkun hemm ħafna aktar talbiet li jiġu rijutati minn dawn il-bordijiet?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, għadha ma ddeċidietx li ser tneħħi l-preżenza tal-Pulizija waqt is-smigħ tal-Kummissjonijiet tal-Ambjent u l-Ippjanar.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 241, peress li l-kuntratt li irreferejt għalih kien estensjoni ta' kuntratt eżistenti ta' konsulenza mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) mill-11 ta' Marzu 2013 'l hawn u li barra minn hekk, u peress li l-kuntratt oriġinali kien għal perjodu definit, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk kellux xi klawsola li jista' jiġi estiż u jekk fl-affermattiv għal kemm tul ta' żmien setgħa jiġi estiż u għal kemm-il darba?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità m’għandha xejn iktar x’iżżid mar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 241.
Power Station Ġdida — studji dwar l-impatt fuq l-ambjent u s-saħħa
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 290 u jgħid xi studji saru jew qed isiru qabel ma tiġi kkummissjonata l-power station il-ġdida mill-Gvern preżenti biex jiġu mħarsa kemm l-ambjent tal-madwar kif ukoll is-saħħa ta' dawk kollha li jgħixu fil-lokalitajiet viċin il-power station proposta? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji kollha li saru u li għad iridu jsiru f'dan ir-rigward?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kopja ta' dan id-dokument tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra it-Tnejn 13 ta' Mejju f'seduta numru 17.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 294, jista' l-Ministru jgħid għaliex daħal dan it-tibdil meta l-eżami kif kien sas-sena l-oħra kien diġà inklussiv u addattat għat-tfal kollha għax kulħadd seta' juri l-ħiliet tiegħu f'dak li kien kapaċi l-aktar u għalhekk min kien isibha diffiċli biex jesprimi ruħu bil-kliem waqt l-orali, kien imur tajjeb fil-kitba u viċe versa? Peress li jekk se tingħata l-għajnuna, la tfal, la l-ġenituri u l-anqas l-iskejjel mhuma se jkunu jafu f'liema livell qegħdin it-tfal (u dan kien l-iskop ta' dan l-eżami tal-benchmark), jista' l-Ministru jgħid jekk kienx il-każ li lill-ġenituri ma ġiex spjegat lilhom l-iskop ta' dan l-eżami? L-għalliema ġew ikkonsultati jew intalbu jagħtu l-opinjoni tagħhom f'dan ir-rigward? Ġew organizzati laqgħat bejn l-għalliema u l-ġenituri dwar is-suġġet qabel ma ttieħdet id-deċiżjoni?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Il-ġenituri ta' tfal b'diżabilita` u b'diffikulta` li jitgħallmu laqgħu dan it-tibdil li ilhom jitolbuh huma. Nistiednu jiltaqa' ma' ġenituri bħal dawn u jara jekk jaqblux mat-tibdil. Qed jitolbu tibdil simili fl-eżamijiet kollha.
It-tibdil li daħal din is-sena sar wara numru ta’ kunsiderazzjonijiet fosthom li:
1. Madwar 110 student għażlu li ma jgħamlux il-komponent tal-qari fl-2012. B’dan l-arranġament se tingħata opportunità lil dawn it-tfal u oħrajn, biex dawn ukoll jieħdu sehem fl-eżami tal-
benchmark.
2. L-għajnuna mogħtija fil
-component: Reading with Understanding
qiegħda biex tiffaċilita l-qari biss u t-tfal mistennija li jwieġbu bil-kitba huma stess.
3. L-għan tal-eżami tal-
benchmark
hu li assessjar ta’ din l-għamla ikun wieħed inklussiv, li jilħaq it-tfal kollha inkluż dawk bi bżonnijiet differenti.
Jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont ta' kemm-il persuna ġiet impjegata minn barra s-servizz pubbliku f'kull segretarjat? Kemm minn dawn il-persuni kienu bla xogħol qabel ma ġew ingaġġati fis-segretarjati u kemm minnhom kienu jirreġistraw? X'inhi l-kariga ta' dawn il-persuni fis-segretarjati u x'inhi l-paga (inkluż allowance) li qed jirċievu?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 838.
Kien hemm persuna waħda li qabel ma ġiet ingaġġata fis-segretarjat tiegħi kienet qed tirreġistra għal impjieg.
Fir-rigward tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għall-linji gwida
Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats
li diġa tpoġġew fuq il-mejda tal-kamra.
Dwar informazzjoni li tirrigwardja Ministeri oħra, nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex ipoġġi l-mistoqsija lill-Ministri kkonċernati.
Jista' l-Mininistru jgħid min kienu l-persuni li akkumpanjawh fid-delegazzjoni fi Franza mit-23 ta' April 'l quddiem? Kemm hija l-ispiża relatata ma' din is-safra?
Response (VELLA, GEORGE)
Matul iż-żjara tiegħi f'Pariġi kelli jakkumpanjani ċ-'Chief of Staff' tiegħi. Dwar l-ispiża din kienet kif ġej:
€
Hotel għaċ-'Chief of Staff' 335
Transport bit-trejn: Brussels/Pariġi/Brussels 564
Total 899