Ġaladarba l-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek tkun mifruxa ma’ Malta u Għawdex kollha, jista’ l-Ministru jgħid liema spiżeriji tal-Gvern se jitħallew miftuħa apparti mill-ispiżeriji tal-isptarijiet?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma l-Onor. Interpellant li ġaladarba l-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek tkun mifruxa ma’ Malta u Għawdex kollha, l-ispizerija tal-Gvern tal-Furjana se tibqa' miftuħa.
Pitkalija — Bdiewa li jdaħħlu prodotti fil-Pitkalija
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' bdiewa (full/part-time) li huma reġistrati bħala persuni li jdaħħlu l-prodotti fil-Pitkalija, kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex? Minn liema lokalitajiet, b'numri separati għal kull lokalità huma dawk li jdaħħlu l-prodotti fil-Pitkalija?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lil Onor. Interpellant li t-tweġiba diġà ngħattat għall-istess mistoqsija li kienet magħmula f’forma oħra. In-numru tat-tweġiba kienet 387.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm huma n-numru ta' pitkala li huma liċenzjati li jaħdmu ta' pitkala, kemm f'Ta’ Qali kif ukoll f'postijiet oħra jekk hemm?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lil Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li n-numru ta’ pitkala li huma liċenzjati huwa ta’ 21, 18 minnhom huma pitkala privati u 3 minnhom huma pitkala tal-Koperattiva Ċentrali.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx il-ħsieb li l-esperiment ta' farmers’ market f'Ta’ Qali jitwessa’ iktar? Kemm hu n-numru ta' bdiewa li qed joperaw minn Ta' Qali preżentement?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lil Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li n-numru ta’ bdiewa li qed joperaw mill-Farmers’ Market f’Ta’ Qali hu dak ta’ 31.
Ninsab infurmat ukol illi hemm il-ħsieb li jinfetaħ
Farmers’ Market
ieħor in-naħa t’isfel ta’ Malta.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' koperattivi tal-bdiewa/ sajjieda/ raħħala li huma rikonoxxuti mill-Ministeru? F'liema lokalitajiet huma reġistrati dawn il-koperattivi?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lil Onor. Interpellant illi t-tagħrif mitlub huwa dak li qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra bħala Tabella ‘A’.
Taħt id-Direttorat tal-Agrikoltura hemm 19 il-koperattiva u taħt id-Direttorat tal-
Fisheries Control
hemm 2.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' persuni li huma reġistrati bħala raħħala għat-tkabbir tal-majjal/produzzjoni tal-ħalib/tkabbir tat-tiġieġ, f'Malta u f'Għawdex rispettivament? Minn liema lokalitajiet huma dawn il-persuni hekk reġistrati?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lil Onor. Interpellant illi t-tagħrif mitlub huwa dak li qed jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra bħala Tabella ‘A’.
F’Malta u Għawdex għandna total ta’ 147 produttur irreġistrat li jrabbi l-Majjali, 112 il-produttur irreġistrat li jrabbi t-tiġieġ, 119 il-produttur irreġistrat bħala produttur tal-ħalib mill-baqar u 1843 l-persuna irreġistrati għall-produzzjoni tal-ħalib minn-nagħaġ u mogħoż.
Jista' l-Ministru jgħid min hu responsabbli għall-immaniġjar tal-parkeġġ tal-VIP fl-Isptar Mater Dei?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat l-kumpanija Parksec hi responsabbli mill-immaniġjar tal-parkeġġ tal-VIP, skont il-proceduri u l-istruzzjonijiet tal-maniġment tal-Isptar.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 453, peress li tal-Customer Care kellhom jikkuntajtaw lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, u milli jidher dan l-individwu għadu ma ġiex ikkuntatjat, jista' jagħmel follow up ta' dan il-każ?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li dan il-każ ġie solvut.
Jista’ l-Ministru jara li jiġi kkuntattjat l-individwu, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, sabiex tittieħed l-azzjoni neċessarja mill-Korporazzjoni Enemalta sabiex jitneħħew wires biex ikun jista’ japplika biex jissewwa saqaf li waqa’?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sar kuntatt bejn l-individwu u d-distrett ta' Raħal Ġdid fejn ġew spjegati lilu l-proċeduri f'dawn iċ-ċirkostanzi.
Jista’ l-Ministru jara li tiġi kkuntattjata l-persuna, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, sabiex tkun ikkunsidrata mill-ġdid it-talba tagħha għal reviżjoni tal-kont tad-dawl u l-ilma?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dan il-każ għadda għand l-ARMS Ltd u qed jiġi investigat.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk l-individwu, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, għadux akkreditat bħala ambaxxatur? Jekk iva, x’inhu xogħlu u xi spejjeż hemm involuti f‘din il-kariga? Jista’ jikkonferma jekk igawdix minn immunità diplomatika?
Response (VELLA, GEORGE)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna li d-dettalji tagħha ngħataw separatament, m'għadhiex akkreditata bħala Ambaxxatur.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — każ ta' individwu
Question
Jista’ l-Ministru jara li xi ħadd mill-impjegati tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma jikkuntatjaw lis-sinjura li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma kkuntatjat lis-sinjura msemmija dwar il-problema li għandha u ġiet iggwidata x'għandha tagħmel.
Ministeru tal-Finanzi — konsulenzi mogħtija b'direct order
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni/kumpaniji/partnerships li ngħataw kuntratt jew appointment ta' konsulenza mill-11 ta' Marzu 2013 sal-lum mill-Ministeru, id-dipartimenti jew entitajiet pubbliċi li huma fi ħdanu permezz ta' direct order? X'kien ix-xogħol li ġew mitluba jagħmlu għal kull kuntratt jew appointment ta' konsulenza? X'inhu il-valur ta' kull kuntratt jew appointment ta' konsulenza?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta hija fin-negattiv.
Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — konsulenzi mogħtija b'direct order
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni/kumpaniji/partnerships li ngħataw kuntratt jew appointment ta' konsulenza mill-11 ta' Marzu 2013 sal-lum mill-Ministeru, id-dipartimenti jew entitajiet pubbliċi li huma fi ħdanu permezz ta' direct order? X'kien ix-xogħol li ġew mitluba jagħmlu għal kull kuntratt jew appointment ta' konsulenza? X'inhu il-valur ta' kull kuntratt jew appointment ta' konsulenza?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninfroma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed tiġi miġbura.
Ministeru tas-Saħħa — konsulenzi mogħtija b'direct order
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni/kumpaniji/partnerships li ngħataw kuntratt jew appointment ta' konsulenza mill-11 ta' Marzu 2013 sal-lum mill-Ministeru, id-dipartimenti jew entitajiet pubbliċi li huma fi ħdanu permezz ta' direct order? X'kien ix-xogħol li ġew mitluba jagħmlu għal kull kuntratt jew appointment ta' konsulenza? X'inhu il-valur ta' kull kuntratt jew appointment ta' konsulenza?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li mill-11 ta’Marzu 2013 sal-lum mill-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħaw taħtu, ingħataw 2 Direct orders mill-Isptar Monte Carmeli mis-Sur Mark Vella Bonano għal servizz ta’ accountancy għall-prezz ta’ €7,486 u sur Alex Cutajar għal site inspections għall-prezz ta’ €100.
Ministeru għall-Familja u Soliderjetà Soċjali — konsulenzi mogħtija b'direct order
Question
Tista' l-Ministru tgħid min huma l-persuni/kumpaniji/partnerships li ngħataw kuntratt jew appointment ta' konsulenza mill-11 ta' Marzu 2013 sal-lum mill-Ministeru, id-dipartimenti jew entitajiet pubbliċi li huma fi ħdanu permezz ta' direct order? X'kien ix-xogħol li ġew mitluba jagħmlu għal kull kuntratt jew appointment ta' konsulenza? X'inhu il-valur ta' kull kuntratt jew appointment ta' konsulenza?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — konsulenzi mogħtija b'direct order
Question
Tista' l-Ministru tgħid min huma l-persuni/kumpaniji/partnerships li ngħataw kuntratt jew appointment ta' konsulenza mill-11 ta' Marzu 2013 sal-lum mill-Ministeru, id-dipartimenti jew entitajiet pubbliċi li huma fi ħdanu permezz ta' direct order? X'kien ix-xogħol li ġew mitluba jagħmlu għal kull kuntratt jew appointment ta' konsulenza? X'inhu il-valur ta' kull kuntratt jew appointment ta' konsulenza?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili, ma ta l-ebda kuntratt jew appointment ta' konsulenza.
Jista' l-Ministru jgħid jekk fis-sentejn li ġejjin il-power station ta' Delimara hix se tkun konvertita minn heavy fuel oil għal diesel?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Gvern diġà beda bil-proċess ta' espressjoni ta' interess u kapaċità għall-power purchase agreement għall-provvista ta' enerġija ġdida u aktar nadifa kif imwiegħed qabel l-elezzjoni ġenerali.