B'referenza għall-istqarrija numru 845 maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni fit-30 ta' April 2013, jista' l-Ministru jgħid meta u kif ingħataw l-istruzzjonijiet biex ma jsirx ċaqliq ta' ħaddiema kif imsemmija fl-istess stqarrija? Kemm sar ċaqliq ta' ħaddiema wara li ngħataw dawn l-istruzzjonijiet u dan iċ-ċaqliq sar fuq talba tal-impjegat jew tal-management?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lil Onor. Interpellant illi l-istruzzjonijiet intbagħtu bil-miktub lil uffiċjali responsabbli f’żewġ okkażżjonijiet, fit-18 u fid-29 ta’ April 2013.
Ninsab infurmat illi wara t-30 ta’ April 2013, ma sar l-ebda ċaqliq ta’ ħaddiema.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se ssir is-separazzjoni fl-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) u li permezz tagħha d-Direttorat tal-Ambjent mhux se jibqa’ parti mill-Awtorità? Jeżisti pjan ta' kif se ssir din is-separazzjoni? Il-ħaddiema se jiġu kkonsultati fuq din is-separazzjoni? Kif qiegħed jiġi kontemplat li jinqasmu d-direttorati tas-servizzi korporattivi u tal-infurzar?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lil Onor. Interpellant li l-mistoqsija għanda tiġi riferuta lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett tal-palazzini li permezz tiegħu sidien ta’ proprjetà antika kienu qed jiġu mħajra jikkonvertu tali proprjetà f'akkomodazzjoni lussuża?
Response (VELLA, KARMENU)
Il-proġett bħalissa qiegħed jiġi implimentat. Bħalissa qiegħdin isiru numru ta’ laqgħat kemm bejn il-Ministeri responsabbli kif ukoll mad-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali u l-MEPA.
Wara dawn il-laqgħat mistennija tibda konsultazzjoni bilaterali ma’ dawk il-proġetti magħżula taħt is-sejħa ta’ expression of interest.
Jista’ l-Ministru jipprovdi lista ta’ impjegati fl-entitajiet u d-dipartimenti kollha li jifformaw parti mill-Ministeru, inkluż konsulenti, li ġew impjegati mal-Ministeru wara d-9 ta’ Marzu 2013?
Response (VELLA, KARMENU)
Qiegħed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u Bdil fil-Klima — impjegati
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi lista ta’ impjegati fl-entitajiet u d-dipartimenti kollha li jifformaw parti mill-Ministeru, inkluż konsulenti, li ġew impjegati mal-Ministeru wara d-9 ta’ Marzu 2013?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lil Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li kien hemm żewg persuni li ġew impjegati wara d-9 ta’ Marzu 2013. Dawn huma – Is-Sur Alan Pulis bħala konsulent part-time tal-Ministru fuq tibdil fil-klima u persuna oħra bħala R & D Executive mal-WasteServ. Din ta’ l-aħħar impjegata b’urġenza fit-2 ta’ Mejju 2013, fuq għażla u rakkomandazzjoni tal-Management, għat-tkomplija ta’ proġetti ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea.
Grant Scheme for Sustainable Tourism Projects — applikazzjonijiet
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1437, jista’ l-Ministru jagħti d-data ta’ meta se titlesta l-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet peress li din il-parti tal-mistoqsija ma ġietx imwieġba?
Response (VELLA, KARMENU)
Il-proċess ta' evalwazzjoni mistenni jieħu l-istess ammont ta' żmien originarjament previst; jiġifieri madwar tlett xhur. F'dan l-istadju m'huwiex prudenti li tingħata data iżda minkejja dan tista tinghata assigurazzjoni li l-proċess ser jingħata l-prijorita’ neċessarja sabiex jitwettaq fl-iqsar żmien possibbli.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — impjegati fis-segretarjati minn barra s-Servizz Pubbliku
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 722, dwar persuni impjegati minn barra s-Servizz Pubbliku mas-segretarjat tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru u tas-Segretarju Parlamentari, jista' l-Prim Ministru jinforma l-Kamra b'dawn id-dettalji: l-isem ta’ dawn l-individwi, il-kariga li qed jokkupaw, l-iskala tas-salarju tagħhom u l-impjieg preċedenti tagħhom?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ġħat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari numru 529 u 838. Għal aktar dettalji jista’ ukoll jigi kkonsultat id-dokument Engagement of Staff for Minister’s Secretariats li diġà tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra mal-mistoqsija parlamentari 23 tal-15 t’April 2013.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — impjegati fis-segretarjati minn barra s-Servizz Pubbliku
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 723, dwar persuni impjegati minn barra s-Servizz Pubbliku mas-segretarjat tal-Ministeru u tas-Segretarju Parlamentari, jista' d-Deputat Prim Ministru jinforma l-Kamra b'dawn id-dettalji: l-isem ta’ dawn l-individwi, il-kariga li qed jokkupaw, l-iskala tas-salarju tagħhom u l-impjieg preċedenti tagħhom?
Response (GRECH, LOUIS)
Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin — impjegati fis-segretarjati minn barra s-Servizz Pubbliku
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 724, dwar persuni impjegati minn barra s-Servizz Pubbliku mas-segretarjat tal-Ministeru, jista' l-Ministru jinforma l-Kamra b'dawn id-dettalji: l-isem ta’ dawn l-individwi, il-kariga li qed jokkupaw, l-iskala tas-salarju tagħhom u l-impjieg preċedenti tagħhom?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-persuni msemmija kienu ngaġġati f'dawn il-karigi :
Mid-data tar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Nurmu 724, ġiet impjegata Secretariat Officer fi skala 10. Qabel ingħaqdet mas-Segretarjat Privat, din is-Secretariat Officer kienet impjegata x'imkien ieħor fil-privat.
Lest nagħti lill-Onorevoli Interpellant b'mod privat l-ismijiet tal-uffiċċjali u fejn kienu impjegati qabel.
Ministeru għat-Turiżmu — impjegati fis-segretarjati minn barra s-Servizz Pubbliku
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 726 dwar persuni impjegati minn barra s-Servizz Pubbliku mas-segretarjat tal-Ministeru u tas-Segretarju Parlamentari, jista' l-Ministru jinforma l-Kamra b'dawn id-dettalji: l-isem ta’ dawn l-individwi, il-kariga li qed jokkupaw, l-iskala tas-salarju tagħhom u l-impjieg preċedenti tagħhom?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Qiegħed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra sa fejn tippermetti l-liġi tal-protezzjoni tad-data.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — impjegati fis-segretarjati minn barra s-Servizz Pubbliku
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 725 dwar persuni impjegati minn barra s-Servizz Pubbliku mas-segretarjat tal-Ministeru u tas-Segretarju Parlamentari, jista' l-Ministru jinforma l-Kamra b'dawn id-dettalji: l-isem ta’ dawn l-individwi, il-kariga li qed jokkupaw, l-iskala tas-salarju tagħhom u l-impjieg preċedenti tagħhom?
Response (BARTOLO, EVARIST)
It-tagħrif mitlub dwar is-segretarjat tal-Ministeru tiegħi qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Rigward is-segretarjat tas-Segretarju Parlamentari, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 555.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — impjegati fis-segretarjati minn barra s-Servizz Pubbliku
Question
B'referenza għall-mistoqisija parlamentari numru 727, dwar persuni impjegati minn barra s-Servizz Pubbliku mas-segretarjat tal-Ministeru u tas-Segretarju Parlamentari, jista' l-Ministru jinforma l-Kamra b'dawn id-dettalji: l-isem ta’ dawn l-individwi, il-kariga li qed jokkupaw, l-iskala tas-salarju tagħhom u l-impjieg preċedenti tagħhom?
Response (BRINCAT, LEO)
Nirreferi lil Onor. Interpellant għat-tweġibiet li ngħataw għal mistoqsijiet parlamentari numri 556 u 557. Aktar tagħrif qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra bħala Tabella ‘A’.
Ċentri għall Persuni b’Diżabilità – Manual of Procedures
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 36125 tal-Leġiżlatura li għaddiet, tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-manual of procedures taċ-ċentri għall-persuni b’diżabilità?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li b’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1632 id-dokument hawn fuq imsemmi qiegħed fil-proċess li jiġi rivedut. Dan minħabba d-diversi tibdiliet ta’ operat li saru matul dawn l-aħħar snin u minħabba esiġenzi oħra fl-operat. Tajjeb li wiehed jgħid ukoll li Servizz ikopri diversi oqsma u għalhekk dan il-proċess qed jieħu ċertu ħin. Għaldaqstant dan id-dokument ma jistax jinħareġ bħalissa. Huwa maħsub li meta dan id-dokument ikun lest, l-informazzjoni li qiegħda f’dan id-dokument ssir ukoll b’mod issimplifikat (easy format) sabiex jingħata lill-ġenituri u lill-klijenti. Tajjeb li wieħed isemmi li avolja il-Manwal tal-Proċeduri mhux lest, is-Servizz jimxi fuq il-Policies u l-Kodiċi tal-Etika tal-Fundazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 993, tista’ l-Ministru tgħid:
a) X’etajiet għandhom kull tifel u tifla li huma
fostered
;
b) Kemm minn dawn it-tfal fostered huma taħt care order;
ċ) Kemm hemm foster carers jieħdu ħsieb dawn it-tfal;
d) Kemm minn dawn il-foster carers mhumiex qraba tat-tfal;
e) Kemm hemm tfal li qegħdin fi djar residenzjali li jistgħu jiġu fostered; u
f) Kemm hemm tfal oħra fil-komunità li qed jistennew li jiġu fostered u x’etajiet għandhom?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 574, tista’ l-Ministru tindika dawk l-istandards li diġà huma fis-seħħ u jekk l-Aġenzija Appoġġ infurmatx lill-foster carers b’dawn l-istandards li ġew approvati?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informażżjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm inbound tourists f’kull xahar bejn April 2012 u April 2013?
Response (VELLA, KARMENU)
L-aħħar statistika li nħarġet dwar ‘inbound tourists’ mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika kienet għax-xahar ta’ Marzu 2013. Il-figuri ta’ April mistennija jiġu ippublikati fit- 30 ta Mejju 2013.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-emission levels fiż-Żejtun u nħawi oħra fin-nofsinhar ta’ Malta għal dak li għandu x’jaqsam ma’ NO2 , SO2 u particulate matter 2.5 u 10 , u carbon monoxide u ozone minn Marzu 2012 sa Marzu 2013?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lil Onor. Interpellant illi l-mistoqsija għanda tiġi riferuta lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm new cases ta’ primary lung cancer f’Malta u Għawdex f’kull xahar bejn l-2008-2013?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li mill-istatistika miġbura mir-Reġistru Nazzjonali tal-Kanċer kien hemm total ta’ 923 persuni li mardu bil-kanċer tal-pulmun fis-snin 2008 sal-2012.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk dawk li għandhom il-kartuna r-roża permezz tal-SLH145 minn qabel Marzu 2012 għadhomx intitolati li jġeddu l-SLH 145 u jibqgħu għalhekk iġeddu l-kartuna r-roża? X’jiġri fil-każ li l-pazjent jitlef l-SLH145?