Jista' l-Ministru jgħid għalfejn il-mediċina Simvastatin tinsab out of stock? Meta hu mistenni li din il-mediċina tkun provduta? X'alternattivi qed jingħataw il-pazjenti sakemm din il-mediċina terġa' tkun disponibbli?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-Mediċina Simvastatin tinsab disponibbli in stock.
Jista' l-Ministru jgħid għalfejn il-mediċina Buscopan tinsab out of stock? Meta hu mistenni li din il-mediċina tkun provduta? X'alternattivi qed jingħataw il-pazjenti sakemm din il-mediċina terġa' tkun disponibbli?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-mediċina Buscopan li jintużaw fl-isptar huma disponibbli u jinsabu in stock.
Jista' l-Ministru jikkomferma li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, ġie impjegat mal-Public Broadcasting Services (PBS) bħala Head of Drama? Jista' jgħid jekk saritx sejħa biex jimtela' dan il-post u jekk iva, jista' jindika hekk kenitx interna jew pubblika ? Jista jgħid x'salarju annwali qed jitħallas?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-Sur Frederick Testa m’huwiex impjegat mal-PBS, iżda ġie ingaġġat fuq bażi ta’ “contract for service” fuq proġetti speċifiċi għal perijodu ta’ 12-il xahar b’remunerazzjoni ta’ €2,350 fix-xahar.
Jista' l-Ministru jgħid minn kemm ilha li ddaħlet fis-seħħ il-Freedom of Information Act, kemm-il talba kien hemm min-naħa tal-mezzi tax-xandir, fejn fiha ġiet rikjesta informazzjoni taħt din l-liġi?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 237, jista' l-Ministru jgħid jekk, ladarba r-riżenja ma kenitx offruta mis-Sindku Laburista indikat, din intalbitx min-naħa tal-Ministeru jew dipartiment konċernat in vista tas-serjetà tal-każ?
Response (VELLA, KARMENU)
L-Onorevoli Interpellant jifhem li l-każ għadu sub judice u għaldaqstat l-akkużat huwa preżunt innoċenti sakemm jinstab ħati.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex lift użat ħafna fir-Residenza San Vinċenz de Paul ilu għal numru ta' ġimgħat bil-ħsara b'inkonvenjenza għar-residenti, qraba u impjegati li normalment jagħmlu użu minnu?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li bħalissa hemm lift wieħed li mhux jiffunzjona f’dan l-isptar. Dan il-lift qiegħed fil-binja amministrattiva u ilu wieqaf mid-9 ta’ Mejju. Dan ġie rrapportat u ttieħdu l-passi biex tinxtara lift card ġdida.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' studenti fl-iskejjel primarji u sekondarji li lilhom jiġu amministrati anti-dipressanti fl-iskejjel pubbliċi, tal-Knisja u indipendenti, waqt il-ħin tal-iskola, skont proċeduri stabbiliti? Kemm saru żjarat minn infermiera tal-MMDNA għal dan l-iskop matul l-2012?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li skont ir-records miġbura mill-Education Medical Services fi ħdan id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi, m'hemmx studenti li jieħdu l-antidipressanti fl-iskejjel pubbliċi, tal-knisja u indipendenti waqt il-ħin tal-iskola. Għalhekk ma saru l-ebda żjarat għal dan l-iskop minn infermiera tal-MMDNA matul l-2012.
Madankollu, ġie rrapurtat każ wieħed fi skola indipendenti li jikkonċerna studenta tal-ħames sena sekondarja. Infurmat li l-infermiera tal-MMDNA ma ġewx involuti f'dan il-każ.
Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterju intgħażlet ir-rock opera Ġensna bħala parti min-Notte Gozitana 2013? Jista' l-Ministru jikkonferma jekk sarux tibdiliet fil-lirika tal-verżjoni skedata għal waqt in-Notte Gozitana fid-dawl li l-lirika oriġinali tista’ tiġi interpretata bħala li fiha tagħwiġ storiku li jnaqqas l-importanza tal-Indipendenza li issa Gvern Laburista stess kemm-il darba tenna li kien pass storiku mill-aktar importanti għal pajjiżna? Jista' jgħid kemm finalment se jkunu nħarġu fondi pubbliċi biex tittella' din il-produzzjoni?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li d-deċiżjoni sabiex tittella' 'rock opera' Ġensna bħala parti min-Notte Gozitana 2013, kienet wahda unanima mill-Kumitat Organizattiv ta' din l-attivita. Il-likrika ta' ' Gensna in Concert' hija l-istess lirika li intużat fil-produzzjoni li ttelleghet fl-2009 f'Dar il-Mediterran u li skont il-ħarġa tal- Mument tat-8 ta' Marzu ta' dik l-istess sena kienet deskritta bħala l-aqwa rock opera li nkitbet f'Malta. Din il-produzzjoni li kienet tinkludi cast ta' iktar minn disgħin ruh flimkien mal-ipprogettar ta' viżwali maħduma apposta għall-palk ġiet tiswa 23,600 Eur
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — periti u inġiniera - xogħol privat
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema periti u inġiniera fi ħdan il-Ministeru għamlu talba biex jagħmlu xogħol privat fl-2013?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li , fi ħdan dan il-Ministeru, matul din is-sena ma saret l-ebda talba minn periti jew enġiniera biex jagħmlu xogħol privat fit-2013.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — transfers ta' impjegati
Question
B’referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 609 u 876, jista’ l-Prim Ministru jgħid min iddeċieda liema ħaddiema jkunu trasferiti u fejn ikunu trasferiti?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma sarux trasferimenti; kulma sar kien ċaqliq ta’ persuni skont l-esiġenza tas-servizz u li ġew diskussi maċ-Chairman.
Primary Health Care — kap eżekuttiv - remunerazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid x`inhu s-salarju, allowances, overtime, u benefiċċji oħra li l-personal assistant tal-Kap Eżekuttiv tal-Primary Health Care tħallset matul is-sena 2013, xahar b`xahar, u jindika kemm-il siegħa ta' overtime jew sigħat ta' on-call inħadmu? Min jawtoriżża u japprova dawn l-ammonti?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin — membri tal-bordijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-bordijiet tal-awtoritajiet u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Xi kwalifiki għandu kull membru? X'esperjenza jew expertise għandu kull membru relatata mas-settur fejn ġie ingaġġat bħala membru ta’ bord? F'każ li m'għandhom l-ebda esperjenza relatata, x'kienu l-kriterji li fuqhom intgħażlu dawn il-membri?
Response (VELLA, GEORGE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari Numru 1379.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin — membri tal-bordijiet - remunerazzjoni u benefiċċji
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-onorarja, allowances u perks oħra li għandu kull membru tal-bord u chairperson fl-awtoritajiet u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (VELLA, GEORGE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari Numru 1380.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-bordijiet tal-awtoritajiet u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Xi kwalifiki għandu kull membru? X'esperjenza jew expertise għandu kull membru relatata mas-settur fejn ġie ingaġġat bħala membru ta’ bord? F'każ li m'għandhom l-ebda esperjenza relatata, x'kienu l-kriterji li fuqhom intgħażlu dawn il-membri?
Response (VELLA, KARMENU)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Numru 1379.
Ministeru għat-Turiżmu — membri tal-bordijiet - remunerazzjoni u benefiċċji
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-onorarja, allowances u perks oħra li għandu kull membru tal-bord u chairperson fl-awtoritajiet u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (VELLA, KARMENU)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Numru 1380.
Segretarju Parlamentari għall-Kultura u Gvern Lokali — Membri tal-Bordijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-bordijiet tal-awtoritajiet u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tas-Segretarju Parlamentari tiegħu? Xi kwalifiki għandu kull membru? X'esperjenza jew expertise għandu kull membru relatata mas-settur fejn ġie ingaġġat bħala membru ta’ bord? F'każ li m'għandhom l-ebda esperjenza relatata, x'kienu l-kriterji li fuqhom intgħażlu dawn il-membri?
Response (VELLA, KARMENU)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Numru 1379.
Segretarju Parlamentari għall-Kultura u Gvern Lokali — membri tal-bordijiet - remunerazzjoni u benefiċċji
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-onorarja, allowances u perks oħra li għandu kull membru tal-bord u chairperson fl-awtoritajiet u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tas-Segretarju Parlamentari tiegħu?
Response (VELLA, KARMENU)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Numru 1380.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se tidħol fis-seħħ l-iskema tal-insurance għas-sajjieda Maltin u Għawdxin, liema skema kien diġà sar ħafna xogħol fuqha taħt il-Gvern preċedenti?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lil Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-Bord għall-Monitoraġġ dwar Għajnuna mill-iStat (State Aid Monitoring Board) għad irid japprova l-ftehim iffirmat mal-Ko-operattivi.
Bdiewa – programm ta’ informazzjoni dwar in-nitrati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru żjarat għand il-bdiewa minn Jannar 2013 sal-aħħar ta’ April bħala parti mill-programm ta’ informazzjoni lill-bdiewa fuq it-tnaqqis ta’ nitrati?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lil Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-ammont ta’ żjarat bħala parti mill-programm ta’ informazzjoni lill-bdiewa fuq it-tnaqqis ta’ nitrati bejn Jannar u April 2013 kien dak ta’ 327.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux audits fuq l-infiq tal-local action groups minn Jannar 2013 sal-lum?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-infiq tal- local action groups għal perjodu msemmi jsir meta dan jaqa’ fis-sena finanzjarja li tkun taħt skrutinju mill-Awtorità tal-Verifika. Ninsab infurmat li din is-sena tibda fis-16 ta’ Ottubru u tintemm fil-15 ta’ Ottubru tas-sena ta’ wara.