Jista' l-Ministru jara għala Triq il-Prinjoli f'Santa Luċija kienet mitfija kollha kemm hi, li hi triq twila ħafna, nhar it-Tnejn 15 t'April 2013 filgħaxija?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill_onorevoli Interpellant illi l-ħsara li kien hemm fit-triq imsemmija ġiet irranġata nhar it-tnejn 16 t'April, 2013
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tiegħu dwar is-suġġett tal-allegati arretrati li huma allegatament dovuti lill-membri tal-Korp tal-Pulizija bħala sahra, suġġet li kien tqajjem kemm-il darba mill-Partit Laburista fix-xhur li għaddew u li l-Partit Laburista kien wiegħed li, kemm-il darba jkun fil-Gvern, jitħallsu u kienet issemmiet ċifra ta' għexieren ta' miljuni ta' ewro?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed isiru taħdidiet mal-Assoċjazzjoni tal-Pulizija ta’ Malta kif inhi maħtura sal-lum bil-għan li jintlaħaq ftehim ġust għal partijiet kollha involuti.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26, jista' l-Ministru jispjega jekk it-tweġiba tiegħu tfissirx li la l-iskema hija mħaddma mill-BOV, la l-Malta Enterprise u lanqas il-Ministeru m'huma qed jitolbu informazzjoni xahar b'xahar biex ikunu jafu l-andament tat-take up tal-iskema?
Response (CARDONA, CHRIS)
Kif jaf tajjeb l-Onorevoli Interpellant l-iskema JEREMIE hija mmexija mill-Bank of Valletta li għandu obbligu biss li jirrapporta lill-European Investment Fund, fil-waqt li dan tal-aħħar tirrapporta direttament lill-Gvern. Sadanittant qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma u issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hemmx pjan li l-Monti tal-Belt ta' fost il-ġimgħa jiċċaqlaq għal Triq l-Ordinanza, inkluż biswit il-bini tal-Parlament il-ġdid?
Response (CARDONA, CHRIS)
Iva hemm diskussjonijiet għaddejjin ma' dawk involuti.
Jista' l-Prim Ministru jagħti r-reazzjoni tiegħu għad-diskors ta' nhar il-Ħadd filgħodu fil-Furjana mill-President ta' Malta dwar id-diskors li l-President kellu jaqra fil-ftuħ tal-Parlament?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nirrispetta l-fehma tal-President tar-Repubblika li tirrijafferma l-bżonn ta’ konvenzjoni kostituzzjonali.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 117 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Turiżmu u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid min kienu jew huma llum id-direttur/diretturi tal-IPSL? X'inhuma l-ħlas/ħlasijiet li qed jirċievi/u? Hemm xi ħlasijiet oħrajn fil-forma ta' allowances? Saru xi kuntratt/kuntratti għal din il-kariga?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Il-proċess tal-ħatriet tad-Diretturi fl-IPSL għadu għaddej u l-informazzjoni dwar il-kompożizzjoni tal-IPSL titħabbar fil-mument opportun.
Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — staff complement
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-istaff complement tal-Ministeru, kariga b'kariga, liema kariga huma okkupati u min jokkupahom, liema huma vakanti, f'liema skala hi kull kariga u jekk l-ingaġġ sarx direttament mis-Servizz Pubbliku jew inkella minn barra s-settur pubbliku?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 694
Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda u jispiċċa x-xogħol ta' rranġar tal-ħsara kawżata mill-maltemp fil-moll ġewwa Wied iż-Żurrieq? X'se tkun l-ispiża ta' dan ix-xogħol? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istimi tax-xogħol relatat?
Response (VELLA, KARMENU)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jinfetaħ iċ-chilcare centre fl-iskola primarja taż-Żurrieq?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Fil-leġislatura ta' qabel saret applikazzjoni mal-MEPA għall-bini ta' Childcare Centre fl-iskola Primarja taż-Żurrieq. Il-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi kienet infurmata mill-Ministeru ta' dak iż-żmien li din l-applikazzjoni ġiet milqugħa. F'dan l-istadju il-Fondazzjoni qed taħseb li dan iċ-ċentru jitlesta fl-2014.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-miżura Continuation of Pension Reform hekk kif ippreżentata fil-baġit ta' Novembru 2012 mill-Partit Nazzjonalista fil-Gvern ġiet inkluża fil-baġit li ġie ppreżentat mill-Gvern Laburista? Jekk għadha hemm meta beħsiebhom jattwawha?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
L-Onor. Interpellant jaf li l-Gvern il-ġdid wettaq il-wegħda tiegħu li jżomm il-miżuri kollha tal-baġit kif ippreżentati mill-Gvern ta' qabel. Nitlob lill-Onor. Interpellant li jistaqsi lill-Ministru responsabbli dwar it-twettiq tal-mizura li rrefera ghaliha f'din il-mistoqsija
Ministri u Segretarji parlamentari — biljetti tal-ajru
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid minn fejn qed jinxtraw il-biljetti tal-ajru għad-delegazzjonijiet tal-Ministeru u Segretarji Parlamentari għal safar barra l-pajjiż? Dan qed isir dirett mill-Air Malta jew minn xi aġenzija jew aġenziji? Kemm intnefaq s'issa fuq biljetti mill-11 ta' Marzu 2013 'l hawn?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-biljetti tal-ajru għad-delegazzjonijiet tal-Ministeru u Segretarju Parlamentari għal safar barra l-pajjiż s’issa nxtraw minn Euro Jet Ltd, Britannia Services, Bianchi Travel, Tristar Travel u l-Air Malta. Mill-11 ta’ Marzu 2013 ‘l hawn intefqu € 42,665.
Nixtieq ninforma lil Onorevoli Interpellant li n-nefqa mhix finali peress li għad iridu jsiru xi refużjonijiet.
Tista' l-Ministrui tara l-każ dwar familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li applikat għal post tal-Gvern imma s' issa għadha tistenna u se tispiċċa bla saqaf fuq rasha?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-applikanta u r-raġel tagħha applikaw għall-akkommodazzjoni soċjali nhar il-11 ta’ Jannar, 2012. Huma qegħdin jikru mingħand is-settur privat u jħallsu kera ta’ €200 fix-xahar. Il-lokalitajiet preferuti tal-applikanti huma Kirkop, Zurrieq u Valletta. L-applikazzjoni tagħha qegħda tingħata l-attenzjoni meħtieġa flimkien mal-applikazzjonijiet tal-istess kategorija. Sadanittant il-koppja huma mħeġġa li jekk huma interessati japplikaw taħt l-Iskema ta’ sussidju fuq il-kera dejjem jekk huma konformi mal-kriterji tal-Awtorita’ tad-Djar.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux veru li s-servizz tal-Emerġenza li kien jingħata mis-St James Hospital ta' Ħaż-Żabbar u mill-Capua Hospital ta' Tas-Sliema mill-Ġimgħa filgħaxija sa t-Tnejn filgħodu, se jieqaf mit-3 ta' Mejju 2013? Jekk fl-affermattiv, x'inhi r-raġuni li dan is-servizz se jieqaf?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onprevoli Interpellant sabiex jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1330 fejn ingħatat ir-raġuni għaliex dan is-servizz twaqqaf.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 375, jista' l-Ministru jagħti tweġiba kompleta u jgħid x'inhi l-pożizzjoni tiegħu fuq din il-policy u jekk hemmx xi ħsieb li din il-policy tiġi mibdula? Jekk iva, x'tibdil se jsir u għaliex?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li m’hemmx l-ebda ħsieb li nbidlu din il-policy.
Jista' l-Ministru jgħid għalfejn pazjenti li għandhom bżonn il-mediċina Risperidone depot u li qed jiġu approvati fuq din il-mediċina mid-dipartiment konċernat peress li jikkwalifikaw skont il-protokolli eżistenti, mhumiex filfatt qed jingħataw din il-mediċina? Min ħa tali deċiżjoni li l-pazjenti ma jinbdewx fuq din il-mediċina u għaliex? Ma jaħsibx li tali dewmien għal dan it-trattament jista' jwassal sabiex il-pazjenti jiddetterjoraw u possiblment anke jwassal għal ħtieġa ta' kura fi sptar?
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet sabiex tiddaħħal xi forma ta' sistema ta' reimbursement għas-sistema tal-għoti ta' mediċini mis-sistema nazzjonali tas-saħħa, inkluż mis-sistema tal-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek? X`konsultazzjonijiet beħsiebhom isiru mal-imsieħba soċjali involuti f`dan il-qasam? Min se jiġi kkonsultat?
Jista' l-Ministru jgħid meta se jingħata r-refund u kif se jingħata dan ir-refund lil dawk li ħallsu taxxa fuq id-dħul żejjed fl-ewwel xhur ta' din is-sena issa li daħlu fis-seħħ rati ta' taxxi ġodda?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li meta r-rati tat-taxxa ġodda daħlu fil-payroll tal-employers, il-mekkanizmu tal-Final Settlement System (FSS) beda jaġġusta awtomatikament it-tnaqqis tat-taxxa biex it-taxxa li nzammet zejda fil-pagi li tħallsu fl-ewwel xhur tiġi kkunsidrata u sa l-aħħar tas-sena tkun inqatgħet it-taxxa preċiza. B’hekk fil-pagi li se jitħallsu fix-xhur li ġejjin, it-taxxa mnaqqsa bl-FSS se tkun anqas mis-soltu biex tikkumpensa għat-taxxa mnaqqsa zejda.
Is-sistema tal-FSS dejjem tagħti kaz it-taxxa li tkun nzammet fil-pagi preċedenti b’hekk tizgura li l-ħaddiem tinqatagħlu taxxa ezatt fuq l-impjieg tiegħu.
Tista' l-Ministru tagħti lista ta' mediċini li ġew imraħħsa fl-aħħar tliet snin u b' kemm ġew imraħħsa dawn il-mediċini wara ħidma mit-taqsima li hemm fi ħdan l-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) biex tittratta l-prezzijiet tal-mediċini? Il-Kumitat bejn l-istakeholders kollha biex ikompli dan ix-xogħol ġie ffurmat? Jekk iva, min huma l-membri ta' dan il-kumitat u kemm-il darba ltaqa' mill-bidu ta' Marzu 2013 sal-lum? Kemm hu stmat li jiġu mraħħsa mediċini matul is-sena 2013? Meta hu maħsub li jkun hemm aktar roħs fil-mediċini li jinbiegħu mill-ispiżeriji tagħna?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella tal-Informazzjoni ta'medicini li raħsu kif mitluba mill-Onor.Interpellant.
Barra r-rappreżentant tal-Gvern, ir-rapreżentant ta'l-istakeholders jiġu nominati minnhom stess u mhux mill-Gvern.L-istakeholders li jiffurmaw dan il-kumitat huma r-rapreżentanti tal-Kamra tal-Kummerċ, Intrappriża u Industrija,is-Sezzjoni lokali li tirrapreżenta l-Manifatturi fi ħdan din il-kamra,l-GRTU, l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Industrija tar-Riċerka tal-Farmaċewtika, Il-Kamra tal-Ispizjara, l-Għaqda tal-Konsumaturi u uffiċjali fi hdan l-Awtorita ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur, l-Awtorita Maltija tal-Mediċini tal-Ministeru responsabbli għas-Saħħa kif ukoll tal-Ministeru responsabbli għall-Konsumatur.
Din is-sena l-Kumitat għadu ma ltaqax u jirriżulta li fit-tnax il-xahar ta'qabel dan il-kumitat iltaqa' darba biss. Jien tajt struzzjonijiet lis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tiegħi biex jara li x-xogħol ta' dan il-kumitat jitkompla.
Il-ftehim li hemm bħalissa dwar il-prezzijiet tal-mediċini huwa volontarju u għalhekk wieħed ma jistgħax jgħid kemm se ikun in-numru ta' mediċini li ser jorħsu. Bħalissa għaddejjin diskussjonijiet mal-importaturi fuq numru ta'mediċini li l-prezz tagħhom huwa ogħla mill-medja Ewropeja biex jitraħħas il-prezz ta' dawn il-mediċini.
Jista' l-Ministru jagħti assigurazzjoni li l-proċess tal-istudju finali fuq il-link permanenti bejn Malta u Għawdex se jitkompla? Jista' jgħid fiex wasal il-proċess u kif beħsiebu jimxi l-Ministeru tiegħu fuq dan il-proġett? X'inhu mistenni li jsir matul is-sena 2013 u s-sena 2014 u x'inhuma t-timeframes li qed jitpoġġew?
Response (MIZZI, JOE)
Kif jaf l-Onor Interpellant, l-impenn tal-Gvern huwa li jkompli bl-istudji neċessarji fuq il-possibilita ta’ link permanenti bejn Malta u Għawdex. Nassigura lill-Onor Interpellant li l-Kamra se tkun qed tinżamm aġġornata bl-iżviluppi li jista’ jkun hemm.