Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li l-impjegat tal-Università ta' Malta li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, għandu kuntratt ta' xogħol bħala audio visual manager fl-Iskola Medika u jekk fl-affermattiv jgħid mill-età tal-irtirar tiegħu sal-lum kemm-il darba kellu kuntratti ta' din in-natura ffirmati dan l-individwu, meta ġie ffirmat l-aħħar wieħed u meta hu previst li jiskadi l-aħħar kuntratt li hemm fis-seħħ? Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-aħħar kuntratt iffirmat u li hu fis-seħħ?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Il-persuna li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant huwa mpjegat mal-Fakultà tal-Mediċina u Kirurġija fl-Universita` ta' Malta bħala General Audiovisual Manager fuq bażi kuntrattwali definit.
Huwa ffirma żewġ kuntratti: Wieħed fuq bażi full-time li beda fl-24 ta' Mejju 2008 u ġie mġedded kull sitt xhur sal-31 ta' Diċembru 2009. Imbagħad ġie mġedded xahar b'xahar mill-1 ta' Jannar 2010 sal-31 ta' Diċembru 2010.
It-tieni kuntratt, fuq bażi part-time, beda fil-31 ta' Jannar 2011 u ġie mġedded kull sitt xhur.
L-aħħar estensjoni tal-kuntratt hija għall-perjodu l-1 ta' Jannar 2013 sat-30 ta' Ġunju 2013.
Kopja tal-aħħar kuntratt iffirmat qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – kuntratti ta’ security guards
Question
Jista’ l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra bil-lista ta’ kuntratti ta’ servizzi ta’ sigurtà (security guards/officers) li huma in vigore fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-entitajiet li huwa responsabbli minnhom u li r-rata komputata fis-siegħa hija ta’ anqas minn €5.66 eskluża l-VAT?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din it-tweġiba se tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali – kuntratti ta’ security guards
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jinforma lill-Kamra bil-lista ta’ kuntratti ta’ servizzi ta’ sigurtà (security guards/officers) li huma in vigore fil-Ministeru u l-entitajiet li huwa responsabbli minnhom u li r-rata komputata fis-siegħa hija ta’ anqas minn €5.66 eskluża l-VAT?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-riposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin – kuntratti ta’ security guards
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra bil-lista ta’ kuntratti ta’ servizzi ta’ sigurtà (security guards/officers) li huma in vigore fil-Ministeru u l-entitajiet li huwa responsabbli minnhom u li r-rata komputata fis-siegħa hija ta’ anqas minn €5.66 eskluża l-VAT?
Response (VELLA, GEORGE)
L-informazzjoni mitluba se tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għat-Turiżmu – kuntratti ta’ security guards
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra bil-lista ta’ kuntratti ta’ servizzi ta’ sigurtà (security guards/officers) li huma in vigore fil-Ministeru u l-entitajiet li huwa responsabbli minnhom u li r-rata komputata fis-siegħa hija ta’ anqas minn €5.66 eskluża l-VAT?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li twegiba se tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li qed jintalab ħlas għall-użu tal-basketball/netball court li hemm ġewwa l-Marsa Sports Club (fejn il-parking area), kemm huwa dan il-ħlas u għalkemm ħin? Minn meta beda jintalab dan il-ħlas u għaliex? Jista’ jgħid ukoll x'inhu r-rwol tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li r-rata kummerċjali għall-użu tal-faċilità imsemmija mill-Onorevoli Interpellant hija ta’ €50 għal kull sessjoni ta’ 90 minuta. L-aħħar li ġiet riveduta din ir-rata kien f’Diċembru tal-2011. Hemm rati kummerċjali stabbiliti għall-użu tal-faċilitajiet kollha amministrati mill-Kunsill Malti għall-iSport (KMS) għajr għall-High Ropes f’Ta’ Qali, l-Outdoor Gym fl-istess lokalità, l-iMsida Skating Park u l-Qormi Sports and Fitness Park.
Meta l-faċilitajiet ikunu ser jintużaw minn għaqdiet reġistrati mal-KMS tiġi applikata rata sussidjata wara li ssir talba mill-għaqda lill-istess KMS. Il-flus miġbura jagħmlu tajjeb għall-manutenzjoni u l-amministrazzjoni tal-istess facilitajiet.
Ir-rwol tal-persuna li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant huwa dak ta’ Manager tal-Kumpless Sportiv tal-Marsa
.
Jista’ l-Ministru jgħid liema mill-membri l-ġodda tal-bord ta’ Heritage Malta maħtura dan l-aħħar mis-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kultura u Gvern Lokali, huwa nominat mill-Ministeru għal Għawdex, u dan peress li fil-Heritage Malta Act f’sezzjoni 9 (1) hemm speċifikament miktub li wieħed mill-membri ta’ dan il-bord irid ikun nominat mill-Ministeru għal Għawdex?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna maħtura fuq il-bord ta’ Heritage Malta nominat mill-Ministeru ta Għawdex skont l-Heritage Malta Act huwa s-Sur Peter Muscat.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra ma’ liema ambaxxaturi ltaqa’ tul ix-xhur ta Marzu, April u Mejju sal-ġurnata tal-lum? Jista’ jindika ukoll x’ġie diskuss?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li r-risposta mitluba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra ma’ liema ambaxxaturi ltaqa’ tul ix-xhur ta Marzu, April u Mejju sal-ġurnata tal-lum? Jista’ jindika ukoll x’ġie diskuss?
Response (VELLA, KARMENU)
Matul dawn l-aħħar xhur il-Ministru ltaqa’ mal-Abbaxxaturi tal-Awstrija, Iżrajel, Turkija, Kuwajt u Spanja.
Matul dawn il-laqgħat ta’ korteżija ġew diskussi punti marbuta mas-settur turistiku.
(Ara dokument Nru. 701 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 34 tat-Tnejn, 24 ta' Ġunju 2013)
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – laqgħat ma’ Ambaxxaturi
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra ma’ liema ambaxxaturi ltaqa’ tul ix-xhur ta Marzu, April u Mejju sal-ġurnata tal-lum? Jista’ jindika ukoll x’ġie diskuss?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fix-xhur indikati fil-Mistoqsija Parlamentari rċevejt l-ambaxxaturi minn dawn il-pajjiżi:-
Ċina
Ghana
Kuwait
L-Istati Uniti tal-Amerika
Renju Unit
F'dawn il-laqgħat ġie diskuss kif tista' tissaħħaħ il-kollaborazzjoni bejn dawn il-pajjiżi u l-gvern Malti fil-qasam tal-edukazzjoni, xogħol u riċerka.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — laqgħat ma' ambaxxaturi
Question
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra ma’ liema Ambaxxaturi ltaqgħa tul ix-xhur ta Marzu, April u sal-ġurnata tal-lum? Jista’ jindika ukoll x’ġie diskuss?
Response (BRINCAT, LEO)
L-Ambaxxaturi li ltqajt magħhom matul ix-xhur indikati kienu:
-L-Ambaxxatriċi Amerikana għal Malta – is-Sinjura Gina Abercrombie-Winstanley
-L-Ambaxxatur Olandiż għal Malta- is-Sur Robbert J. Gabrielse
-L-Ambaxxatur Taljan għal Malta – is-Sur Giovanni Umberto De Vito
-L-Ambaxxatriċi tal-Awstrija għal Malta – Dr Petra Schneebauer
-Il-Kummissarju Għoli Ingliż – is-Sur Robert Luke
-L-Ambaxxatriċi Svediża għal Malta – Is-Sinjura Ulla Gudmundson
-L-Ambaxxatur tal-Kuwait għal Malta – Is-Sur Faisal S. Al-Musaileem
-L-Ambaxxatur Spanjol għal Malta – is-Sur Felipe De La Morena
-Il-Kummissarju Għoli tan-New Zealand għal Malta - Dr Trevor Donald Matheson
fejn ġew diskussa suġġetti topiċi marbutin mal-oqsma ewlenin tad-dekasteru tiegħi.
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm hemm studenti mill-Università ta’ Malta li qed jattendu għall-kors tal-medjazzjoni u kemm minnhom f’dak tal-grad ta’ masters?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab informat li ħmistax-il student qed isegwu l-kors li jwassal għall-Master of Arts in Mediation. L-istudenti li kienu reġistrati għall-Postgraduate Diploma kollha għażlu li jkomplu għall-Master.
Għawdex – Skola Sir Arturo Mercieca – maniġjar ta’ traffiku
Question
Peress li l-ġenituri tal-istudenti tal-kinder tal-Iskola Sir Arturo Mercieca tar-Rabat, Għawdex qed jilmentaw peress li fil-ħin tal-ħruġ ta' wliedhom fis-14.10 p.m. it-triq ma tkunx magħluqa u allura jibqa’ għaddej it-traffiku waqt li t-tfal ikunu ħerġin b’periklu kbir għal dawn it-tfal, u peress li meta saru lmenti mal-Pulizija dwar dan il-Pulizija qed jgħidu li dan l-ilment irid jiġi indirizzat lill-Transport Malta peress li l-ħinijiet fuq it-tabelli jiġu regolati minnhom, jista’ għalhekk il-Ministru jara li dan l-inkonvenjent, li wkoll qed ikun ta' periklu, jitneħħa immedjatament?
Response (MIZZI, JOE)
Jien infurmat li Transport Malta kkonfermat li t-tfal tal-iskola Sir Arturo Mercieca ma joħorġux mill-iskola qabel is-sagħtejn u kwart ta’ wara nofs in-nhar. Ninsab infurmat ukoll li t-tabelli fuq il-post juru li din it-triq tkun magħluqa għat-traffiku mis-sagħtejn u kwart ta’ wara nofs in-nhar. Madanakollu ser tiġi nfurmata l-Awtorita’ biex tevalwa s-sitwazzjoni.
Sptar Mater Dei — Emerġenza - persuni fuq stretcher
Question
Jista' l-Ministru jagħti statistika ta' kemm kien hemm persuni li damu fuq stretcher fl-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei għal iktar minn 24 siegħa sakemm issejħu biex jingħataw sodda, xahar b'xahar, matul l-2012?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol sar fl-aħħar leġiżlatura fuq bejgħ ta' oqbra ġodda fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata u x-xogħol sar fuq il-proġett tat-tkabbir tal-istess Ċimiterju? X'kienet l-ispiża minfuqa fl-aħħar leġiżlatura fuq dawn iż-żewġ inizjattivi?
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm refunds mogħtija liċ-ċittadin mid-Dipartiment tat-Taxxa tad-Dħul li kien ilhom pendenti għal ħafna snin fl-ewwel xahrejn tal-2003, 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2011, 2012 u 2013?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli nterpellant illi refunds mogħtija liċ-ċittadini fl-ewwel xahrejn għas-snin 2003 sa 2013 huma murija fit-tabella t’hawn taħt. Id-dettalji jirreferu għall-refunds li tħallsu wara l-iskadenza tad-data meta dawn kienu dovuti.
Sena
Numru
Ammont
€
2003
170
318,944
2004
2,317
4,500,074
2005
14,316
10,170,957
2006
10,606
9,521,780
2007
6,106
8,948,011
2008
137
99,439
2009
316
283,026
2010
1,024
256,861
2011
643
530,062
2012
6,104
9,054,913
2013
1,594
885,510
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' proprjetajiet li ngħataw b'encroachment bejn Marzu 2008 u Marzu 2013, sena b'sena, inkluż lil min ingħataw, għal liema skop u kemm ġew mitluba jħallsu?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ proprjetajiet li ngħataw b’encroachment bejn Marzu 2008 u Marzu 2013 bid-dettalji kollha mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Madankollu, din il-lista ma tinkludiex
encroachments
li għandhom dettalji li huma ta’ natura personali jew kummerċjali, iżda ma nsib l-ebda diffikulta sabiex ngħaddi din l-informazzjoni lill-Onorevoli Membru b’mod kunfidenzjali.
Tista' l-Ministru tara għala qed isir xogħol bla permess konsistenti f’bini ta’ kmamar fuq il-bejt tal-blokk li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li il-Blokk in kwestjoni jinkludi erba’ entratruri li huma 7, 8, 9 u 10. Entraturi 9 u 10 ġew trasferiti lil Awtorità permezz ta’ Avviż Legali 235/12 filwaqt li Entraturi 7 u 8 għadhom ma’ ġewx trasferiti lil Awtorita’. L-Onor. huwa ġentilment mitlub jispeċifika in-numru tal-Entratura. F’każ li ir-referenza hija għall-Entraturi 7 u 8, il-mistoqsija għandha tiġi riferuta lid-Dipartiment tal-Propjeta tal-Gvern.