Jista’ l-Prim Minsitru jgħid jekk ġietx stabilita gwida ta’ kemm Ministri u Segretarji Parlamentari jistgħu jimpjegaw nies minn barra is-servizz pubbliku magħhom fil-Minsiteri?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan huwa diġà regolat hekk kif deskritt mid-dokument Engagement of Staff for Ministers’ Secretariat li diġà tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fis-seduta numru 7 tal-15 ta’ April 2013.
Jista’ l-Ministru jgħid tul ix-xahar ta’ April kemm pazjenti damu jistennew sodda fis-sala fl-Isptar Mater Dei wara li ġie deċiż li kellhom bżonn admission wara li daħlu l-Emerġenza?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li r-risposta mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Trasferiment ta’ pazjenti mill-Isptar Mater Dei għar-Residenza San Vinċenz de Paul
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew trasferiti pazjenti għar-Residenza San Vinċenz de Paul mill-Isptar Mater Dei mill-10 ta’ Marzu sal-lum ġimgħa b’ġimgħa? Kemm hemm pazjenti bħalissa fl-Isptar Mater Dei jistennew biex jiġu trasferiti għal-long term care?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li r-risposta mitluba tingħata f’xi seduta oħra
Tista’ l-Ministru tgħid minn min huwa magħmul l-admissions board għad-dħul tal-anzjani fir-residenza San Vinċenz de Paul? Kemm-il darba ltaqa' mill-11 ta' Marzu 2013 ’l hawn?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjonijiet għall-kura fit-tul se jibdew jgħaddu minn proċess ta’ assessjar minn tim multidixxiplinarju biex b’hekk jitqies kull aspett ta’ bżonn tal-applikant, kemm bżonnijiet kliniċi kif ukoll bżonnijiet soċjali. Dan il-proċess qiegħed ikun iffinalizzat u fil-ġimgħat li ġejjin se jkun jista’ jibda jiffunzjona.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hu l-ammont ta’ persuni b'diżabilità li għandhom anqas minn 60 sena li qegħdin jgħixu jew f'San Vinċenz de Paul jew xi djar tal-anzjani tal-Gvern? Tista’ tindika dawn l-ammonti dar b'dar u skont l-etajiet tal-persuni indikati?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm huwa n-numru ta' persuni b'diżabilità li jgħixu fil-komunità li qed jibbenefikaw mis-servizz tat-Telecare, Home Help jew servizz ta’ handyman? Tista’ tindika n-numru ta’ dawn il-persuni li jibbenifkaw minn kull servizz?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Id-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunità ma jzommx informazzjoni dwar kemm persuni b’diżabilità qed juzaw is-Servizz tat-Telecare u s-Servizz tal-Handyman.In-numru ta' persuni b'diżabilità li jgħixu fil-komunità li qed jibbenefikaw mis-servizz tal-Home Care Help huwa ta’ 332.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ VAT rifuż lil persuni b'diżabilità għax-xiri ta' apparat u tagħmir ieħor li jgħinuhom jgħixu ħajja aktar indipendenti?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi peress li l-liġi tal-VAT m’għandhiex provvedimenti għal rifużjoni ta’ l-ammont ta’ VAT lill-persuni b’diżabilità fuq xiri ta' apparat u tagħmir ieħor li jgħinuhom jgħixu ħajja aktar indipendenti, l-ebda ammont ta’ VAT ma jiġi rifuż.
Ta’ min jgħid iżda, li l-VAT fuq apparat u tagħmir ieħor għall-użu ta’ persuni b’diżabilità jiġi ġeneralment intaxxat b’rata mnaqqsa ta’ VAT ta’ 5%.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb l-mistoqsijiet parlamentari 589, 1192 u 1436 u jelenka l-ismijiet tal-persuni kollha li servew bħala segretarji permanenti mill-1992 sal-lum u f'kull ka¿ jgħid kemm damu jservu f'din il-kariga u x'kienet ir-raġuni għaliex waqfu jservu f'din il-kariga?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari numri 589 u 591 u d-dokumenti relatati li diġà tpoġġew fuq il-mejda tal-kamra.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 590, 1193 u 1435 u ċjoè: Peress li l-Prim Ministru ġie rrappurtat li qal li hija prassi normali li segretarji permanenti jintalbu joffru r-riżenja tagħhom wara l-elezzjoni, jista' l-Prim Ministru jgħid mill-elezzjoni tal-1996 sal-aħħar elezzjoni, kemm-il segretarju permanenti ntalab joffri r-riżenja wara li tħabbar ir-riżultat tal-elezzjoni u f'kull każ jgħid jekk it-talba saritx bil-fomm jew permezz ta' ittra? Minn min saret it-talba? Fil-każ li saret bil-miktub, jista' jipprovdi kopja tal-ittra?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 354 u 589.
B’referenza għar-risposti tal-mistoqsijiet parlamentari 591, 1196 u 1432, jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-komunikazzjoni li permezz tagħha s-segretarji permanenti offrew ir-riżenja tagħhom?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-komunikazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 1434, u kummenti li ta s-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-kultura fejn qal li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, bħala chairman se jkollu rwol maniġerjali, jista’ l-Ministru jgħid kif ir-rwol taċ-chairman se jkun differenti minn dak tal-kordinatur, u dan peress li t-tnejn donnhom għandhom rwol maniġerjali?
Response (VELLA, KARMENU)
L-irwol taċ-Ċermen tal-Fondazzjoni Valletta 2018 huwa dak li jiċċerja l-Bord tal-Gvernaturi u li jiggwidah bil-viżjoni tiegħu biex jiġi implimentat il-proġett tal-Kapitali Ewropeja tal-Kultura f’Malta fl-2018. Fl-istess waqt huwa wkoll iċ-Ċermen tal-Kummissjoni Interministerjali tal-Kapitali Ewropeja tal-Kultura (IMC ECoC). Dan hu l-istess rwol taċ-Ċermen preċedenti.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — impjegati fis-segretarjati minn barra s-Servizz Pubbliku
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 728, dwar persuni impjegati minn barra s-Servizz Pubbliku mas-segretarjat tal-Ministeru, jista' l-Ministru jinforma l-Kamra b'dawn id-dettalji: l-isem ta’ dawn l-individwi, il-kariga li qed jokkupaw, l-iskala tas-salarju tagħhom u l-impjieg preċedenti tagħhom?
Response (MIZZI, JOE)
Fl-uffiċju tas-Segretarjat tal-Ministru hemm tlettax min-nies li m’humiex uffiċjali tas-Servizz Pubbliku.Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għal Għawdex — impjegati fis-segretarjati minn barra s-Servizz Pubbliku
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 729, dwar persuni impjegati minn barra s-Servizz Pubbliku mas-segretarjat tal-Ministeru, jista' l-Ministru jiforma l-Kamra b'dawn d-dettalji: l-isem ta’ dawn l-individwi, il-kariga li qed jokkupaw, l-iskala tas-salarju tagħhom u l-impjieg preċedenti tagħhom?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija Parlamentari numru 558.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — Impjegati fis-segretarjati minn barra s-Servizz Pubbliku
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 730, dwar persuni impjegati minn barra s-Servizz Pubbliku mas-segretarjat tal-Ministeru, fejn fit-tweġiba tagħha l-Ministru irreferietni għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 528 u din l-istess mistoqsija tirreferik għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 324, u peress li din l-aħħar risposta ma tirrispondix il-mistoqsija oriġinali tiegħi, tista' l-Ministru tagħti risposta hekk kif mitlub fil-mistoqsija oriġinali, jiġifieri mistoqsija parlamentari 730?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fis-Segretarjat tal-Ministeru ġew impjegati 7 impjegati minn barra s-Servizz Pubbliku u li ma kienux jirreġistraw mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ ( E.T.C ).
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — Impjegati fis-segretarjati minn barra s-Servizz Pubbliku
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 731, dwar persuni impjegati minn barra s-Servizz Pubbliku mas-segretarjat tal-Ministeru u tas-Segretarju Parlamentari, jista' l-Ministru jinforma l-Kamra b'dawn id-dettalji: l-isem ta’ dawn l-individwi, il-kariga li qed jokkupaw, l-iskala tas-salarju tagħhom u l-impjieg preċedenti tagħhom?
Response (CARDONA, CHRIS)
Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Dwar l-impjieg li kellhom qabel l-uffiċċjali in kwistjoni ninsab infurmat li, minbarra li mhix relevanti u hija purament personali, din l-informazzjoni ma tinżammx.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — Impjegati fis-segretarjati minn barra s-Servizz Pubbliku
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 732, dwar persuni impjegati minn barra s-Servizz Pubbliku mas-segretarjat tal-Ministeru u tas-Segretarju Parlamentari, tista' l-Ministru tinforma l-Kamra b'dawn id-dettalji: l-isem ta’ dawn l-individwi, il-kariga li qed jokkupaw, l-iskala tas-salarju tagħhom u l-impjieg preċedenti tagħhom?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Finanzi — Impjegati fis-segretarjati minn barra s-Servizz Pubbliku
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 734, dwar persuni impjegati minn barra s-Servizz Pubbliku mas-segretarjat tal-Ministeru, jista' l-Ministru jinforma l-Kamra b'dawn id-dettalji: l-isem ta’ dawn l-individwi, il-kariga li qed jokkupaw, l-iskala tas-salarju tagħhom u l-impjieg preċedenti tagħhom?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor interpellant li l-complement kif ukoll salarji, allowances, eċċ... tal-istaff fis-Segretarjati Privati kollha huma kif stabbiliti fid-dokument Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats li kopja tiegħu diġa tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
L-Onorevoli Interpellant japprezza li d-diffuzjoni tad-dettalji personali mitluba tista’ tkun ksur tad-dritt tal-privatezza tal-persuni.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm daħlu ħaddiema ġodda jaħdmu mas-servizz pubbliku u ma’ aġenziji tal-Gvern mid-9 ta’ Marzu 2013 s’issa, minbarra dawk li huma parti mill-kontinġenti u s-segretarjat tal-Ministri u Segretarji Parlamentari? Meta saret is-sejħa għal dawn il-ħaddiema ġodda u x’kategorija ta’ ħaddiema huma?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab infurmat li mid-9 ta’ Marzu 2013, daħlu jaħdmu 78 impjegat ġdid fis-Settur Pubbliku: 44 fis-Servizz Pubbliku u 34 ma’ Entitajiet Pubbliċi.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli li japplikaw għas-Servizz Pubbliku u għall-Entitajiet Pubbliċi rispettivament, u li juru d-dettalji ta’ meta ħarġu s-sejħiet, kif ukoll il-kategoriji/gradi li l-impjegati ġodda ġew reklutati fihom.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm persuni li huma reġistrati/mogħtija permess biex jaħdmu bħala xerrejja mill-Pitkalija f'Ta’ Qali? Kif jiġi kkontrollat min jidħol fil-Pitkalija fil-ħin meta l-pubbliku mhux permess li jidħol jixtri?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lil Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li din is-sena hemm 1317-il persuna li għandhom permess bħala xerrejja fil-Pitkalija f’Ta’ Qali.
Dawn il-persuni jiġu mogħtija sticker ikkulurita li din trid tiġi mwaħħla ma’ quddiem tal-vettura tagħhom, għaldaqstant, minn ma jkollux din l-i
sticker
ma jitħalliex jiddaħal fil-Pitkalija.