Legislature:
Category:
Reset
Active:

San Ġwann – applikazzjonijiet pendenti għal lifts f’housing soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet li għadhom pendenti biex jiġu stallati lifts f'housing soċjali f'San Ġwann mill-2013 'l hawn?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-2013 ‘l hawn, l-Awtorità tad-Djar irċiviet u qiegħda tipproċessa 4 applikazzjonijiet ġodda li ġew riferuti għall-istallar ta’ lift fil-blokki ta’ Housing Soċjali f’San Ġwann. L-Awtorità tad-Djar qiegħda tipproċessa wkoll 2 applikazzjonijiet oħra ġodda li għadhom fil-fażi inizjali.

L-Imsida – Stallazzjoni ta’ lifts f’housing soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew stallati lifts f'housing soċjali fl-Imsida mill-2013 'l hawn?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mis-sena 2013 sal-20 ta’ Diċembru 2016, ma ġewx stallati lifts fil-blokki ta’ Housing Soċjali fl-Imsida.

L-Imsida – applikazzjonijiet pendenti għal lifts f’housing soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet li għadhom pendenti biex jiġu stallati lifts f'housing soċjali fl-Imsida mill-2013 'l hawn?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mis-sena 2013 ‘l hawn, l-Awtorità tad-Djar ma rċiviet l-ebda applikazzjoni għall-istallar ta’ lift fil-blokki ta’ Housing Soċjali fl-Imsida.

Ta’ Xbiex – Stallazzjoni ta’ lifts f’housing soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew stallati lifts f'housing soċjali f’Ta’ Xbiex mill-2013 'l hawn?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mis-sena 2013 sal-20 ta’ Diċembru 2016, ġew istallati 3 lifts fil-blokki ta’ Housing Soċjali f’Ta’ Xbiex.

Ta’ Xbiex – applikazzjonijiet pendenti għal lifts f’housing soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet li għadhom pendenti biex jiġu stallati lifts f'housing soċjali f’Ta’ Xbiex mill-2013 'l hawn?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mis-sena 2013 ‘l hawn, l-Awtorità tad-Djar irċiviet u qiegħda tipproċessa 2 applikazzjonijiet ġodda li ġew riferuti għall-istallar ta’ lift fil-blokki ta’ Housing Soċjali f’Ta’ Xbiex.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — persuni f'position of trust

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni fuq position of trust minn Marzu 2013 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Minn dawn, kemm saru tal-post għax ġew assorbiti fis-Servizz Pubbliku u b'hekk ma baqgħux fuq position of trust?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li minn Marzu 2013 ġew maħtura 9 persuni f’position of trust mal-Ministeru għall-Intern u s-Sigurta` Nazzjonali. Bħalissa fil-Ministeru fadal 5 persuni f’position of trust. Ħadd minn dawn ma kellu għalfejn jiġi assorbit fis-Servizz Pubbliku għax biex persuna tkun f’position of trust trid tkun fis-settur pubbliku.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — persuni f'position of trust

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni fuq position of trust minn Marzu 2013 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Minn dawn, kemm saru tal-post għax ġew assorbiti fis-Servizz Pubbliku u b'hekk ma baqgħux fuq position of trust?

Response (BONNICI, OWEN)

Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Kompetittività u Ekonomija Diġitali, Marittima u tas-Servizzi — persuni f'position of trust

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni fuq position of trust minn Marzu 2013 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Minn dawn, kemm saru tal-post għax ġew assorbiti fis-Servizz Pubbliku u b'hekk ma baqgħux fuq position of trust?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn Marzu gew mahtura 3 persuni f’ position of trust mal-Ministeru ghall-Kompetittivita u Ekonomija Digitali, Marittima u tas-Servizzi. Bhalissa fil- Ministeru, fadal 3 f’position of trust. Hadd minn dawn ma kellu ghalfejn jigi assorbit fis-Servizz Pubbliku ghax biex persuna tkun f’position of trust trid tkun fis-settur pubbliku.
Leg 12 PQ #29335 Sitting 467 2017-01-10 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — persuni f'position of trust

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni fuq position of trust minn Marzu 2013 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Minn dawn, kemm saru tal-post għax ġew assorbiti fis-Servizz Pubbliku u b'hekk ma baqgħux fuq position of trust?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn Marzu 2013 gew maħtura tlettax (13) il persuna f’position of trust mal-Ministeru għal Għawdex. Bħalissa fil-Ministeru, fadal sebgħa (7) persuni f’position of trust. Hadd minn dawn ma kellu għalfejn jiġi assorbit fis-Servizz Pubbliku għax biex persuna tkun f’position of trust trid tkun fis-settur pubbliku.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — persuni f'position of trust

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni fuq position of trust minn Marzu 2013 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Minn dawn, kemm saru tal-post għax ġew assorbiti fis-Servizz Pubbliku u b'hekk ma baqgħux fuq position of trust?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn Marzu 2013 ġew maħtura tmien persuni f’position of trust mal-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar. Bħalissa fil-Ministeru fadal erbgħa persuni f’position of trust. Ħadd minn dawn ma kellu għalfejn jiġi assorbit fis-Servizz Pubbliku għax biex persuna tkun f’position of trust trid tkun fis-settur pubbliku.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — persuni f'position of trust

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni fuq position of trust minn Marzu 2013 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Minn dawn, kemm saru tal-post għax ġew assorbiti fis-Servizz Pubbliku u b'hekk ma baqgħux fuq position of trust?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Marzu 2013 gew maħtura 8 persuni f’position of trust mal-Ministeru tal-Familja u Solidarjetà Soċjali. Bħalissa fil-Ministeru fadal 6 persuni f’position of trust. Ħadd minn dawn ma kellu għalfejn jiġi assorbit fis-Servizz Pubbliku għax biex persuna tkun f’position of trust trid tkun fis-settur pubbliku.

Is-Siġġiewi, Ħal Qormi u Ħal Luqa – road humps/sleeping policeman

Question

Jista' l-Ministru jindika kemm hemm road-humps / sleeping policeman ġewwa l-lokalitajiet tas-Siġġiewi, Ħal Qormi u Ħal Luqa?

Response (BONNICI, OWEN)

Infurmat mill-Kunsilli Lokali rispettivi li hemm tmienja u sittin (68) road hump f’Ħal Qormi, tnax (12)-il road hump f’Ħal Luqa u wieħed u għoxrin (21) fis-Siġġiewi.

Road Hump — proċedura

Question

Jista' l-Ministru jindika jekk hemmx xi proċedura partikolari sabiex issir road hump ġewwa lokalità?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li il-Kunsill Lokali konċernat irid jagħmel talba lil Transport Malta għal tali road hump u jinkludi pjanta ta’ skala 1:2500 fejn qed jipproponi tali road hump, wisa’ tat-triq u żewġ ritratti sabiex l-Awtorità tkun tista’ tipproċessa t-talba.
Leg 12 PQ #29380 Sitting 467 2017-01-10 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Ministeru għat-Turiżmu

Qasam tat-Turiżmu – liġi – sigħat ta’ ħidma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi liġi li xi sezzjoni li jaħdmu fil-Qasam tat-Turiżmu għandhom ġimgħa tax-xogħol ta' 46 siegħa minflok ta’ 40 siegħa u għalhekk mhux qed jitħallsu ta' overtime u anke l-Ħadd qed jitħallsu bis-siegħa siegħa?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #29382 Sitting 467 2017-01-10 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Każ ta’ individwu dwar id-Dipartiment tal-Artijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jara li jiġi kkuntattjat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward każ dwar id-Dipartiment tal-Artijiet?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-individwu li dettalji dwaru ngħataw separatamet ġie kkuntatjat u informat dwar il-proċedura li għandu jieħu sabiex iressaq il-każ tiegħu lid-Dipartiment Propjeta tal-Gvern.

Allowance tat-tfal – każ ta’ persuna

Question

Jista' l-Ministru jara li tiġi kkuntattjata l-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament rigward każ dwar allowances tat-tfal?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-persuna msemmija ġiet ikkuntattjata mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali u ingħatat l-informazzjoni meħtieġa dwar il-problema tagħha fuq l-allowance tat-tfal. Is-Sinjura se tkun qiegħda tirċievi d-differenza fil-ħlas wara li d-Dipartiment irċieva id-dokumenti li ma kellux għad-diżpożizzjoni tiegħu.

Awtorità tad-Djar – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jiġi vverifikat mill-Awtorità tad-Djar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, skont informazzjoni li għandha l-Awtorità tad-Djar, it-tiswijiet imsemmija kienu saru sena ilu u ma kien wasal l-ebda lment dwar xi ħsarat li setgħu rriżultaw fil-gallerija tal-appartament sottostanti. Madanakollu, għandha ssir spezzjoni minn uffiċċjali tekniċi tal-Awtorità tad-Djar biex jiġi vverifikat dan l-ilment.
Leg 12 PQ #29397 Sitting 467 2017-01-10 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Pawl il-Baħar – fawran tad-drenaġġ ħdejn l-Iskola Primarja

Question

Billi qed jiġri spiss li ħdejn l-iskola primarja ta' San Pawl il-Baħar qed ikun hemm fawran tad-drenaġġ, u skont rapport f'ġurnal lokali ngħad li dan qed jiġri minħabba xogħol ta' tiswija fuq il-pompa tad-drenaġġ li hemm fil-Pwales, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jitlesta dan l-istess xogħol, u dwar jekk hux possibbli li jiġi ppjanat mod ieħor ħalli l-fawran ħdejn l-iskola ma jibqax jirriżulta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma illi qed isir xogħol ta’ upgrading fis-sistema tad-drenaġġ tal-Pwales biex din tiġi ħafna aħjar u tkun tiflaħ għaż-żieda fl-ammont ta’ nies fl-akwata ta’ San Pawl il-Baħar. Dan ix-xogħol mistenni jitlesta din is-sena.
Leg 12 PQ #29398 Sitting 467 2017-01-10 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Tieqa tad-Dwejra – tabelli biex ma jgħaddux nies minn fuq it-tieqa

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru waħħalx tabelli li juru li persuni ma jistgħux jgħaddu minn fuq it-tieqa tad-Dwejra, Għawdex, u wkoll li min jinqabad jgħaddi minn hemm irid iħallas multi qawwija minħabba l-ksur ta' regolamenti li jkun qed iwettaq? S’issa, kemm kien hemm persuni li ġew b'xi mod immultati talli għaddew minn fuq l-istess tieqa?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Oneroveli Interpellant li twaħħlet tabella li tinforma li min jgħaddi minn fuq it-tieqa tad-Dwejra ikun qiegħed jikser ir-regolamenti u jista jeħel multa. Dwar kemm kien hemm persuni li ġew b'xi mod immultati talli għaddew minn fuq l-istess tieqa ninforma lill-Oneroveli Interpellant biex jirreferri l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.