Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm talbiet minn persuni Għawdxin għall-adozzjoni f'dawn l-aħħar sentejn kull sena separatament, u tgħid fiex wasal il-proċess ta’ kull każ?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tara li tinħadem ir-rata ta’ kemm se jkollu f ‘idu mill-pensjoni, l-pensjonant li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament li minkejja li ilu li applika minn Frar 2013 għadu ma rċieva xejn?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 118 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kien it-total taż-żieda fis-salarji li ħadu l-membri tal-Kabinett bejn Mejju 2008 u Diċembru 2010? Jista' jgħid kemm kien it-total taż-żieda fis-salarji li ħadu bejn Jannar 2001 u Jannar 2012? Jista' jgħid kemm kienet is-somma sħiħa li l-membri tal-Kabinett taw lura minn dawn iż-żidiet li ħadu?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab infurmat li t-total taż-żieda fis-salarji li ħadu l-membri tal-Kabinett bejn Mejju 2008 u Diċembru 2010 kien ta’ €1,331,318.45, filwaqt li bejn Jannar 2011 u Jannar 2012, din iż-żieda kienet ta’ €355,558.83 bejniethom.
Ninsab infurmat ukoll li s-somma sħiħa li l-membri tal-Kabinett taw lura kienet tammonta għal €299,566.13.
Power Station Ġdida — dokument tal-Expression of Interest and Capability
Question
Jista' l-Ministru jgħid għala, fil-press launch tal-proċess kompetittiv għall-bini tal-Power Station li taħdem bil-gass, qal li kull min ried seta' jitlob u jingħata d-dokument tal-Expression of Interest and Capability, meta llum hu rappurtat fil-media li l-Ministeru tiegħu qed jiċħad li jagħmel dan minħabba l-allegata sensittività kummerċjali tad-data?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għad-dokument impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-Tnejn 13 ta' Mejju, 2013 f'seduta 17
Jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex infurmat li l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, illum keċċiet numru ta' ħaddiema u se tibda l-four-day week mid-29 ta' April li ġej? Jista' jgħid x'wassal għal dan u x'qed isir min-naħa tal-Gvern biex jindirizza din is-sitwazzjoni?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninsab infurmat illi l-Malta Enterprise ġiet infurmata mill-kumpanija msemmija li se tibda topera erbat ijiem (4) f’ġimgħa minħabba nuqqas temporanju ta’ ordnijiet. L-uniċi mpjiegi li ġew itterminati jirrigwardaw erba’ ħaddiema li kienu għadhom taħt prova (probation).
Minn laqgħat li saru bejn Malta Enterprise u l-kumpanija, jidher li m’hemmx bżonn ta’ intervent min-naħa tal-Gvern għax is-sidien qegħdin jippruvaw joħolqu swieq ġodda.
Jista' l-Ministru jgħid kif ħa tkun solvuta l-kwistjoni ta' madwar 600 ex ħaddiema tax-xatt, li qed jippretendu li jitħallsu iktar minn €35 miljun f'arretrati u li l-Partit Laburista wiegħed li jsolvi appena jkun fil-Gvern wara li fl-aħħar xhur saru laqgħat bejnu u rappreżentanti tal-ex ħaddiema?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li l-arretrati tal-ħaddiema tax-xatt huma s-suġġett ta’ erba’ kawżi miftuħa mill-ħaddiema tax-xatt, ħaddiema tax-xatt irtirati u werrieta tal-ħaddiema tax-xatt li kienu rtiraw.
Jista' l-Ministru jgħid kemm negozji żgħar ibbenefikaw mill-MicroInvest sal-lum xahar b'xahar? Kemm ħarġu tax credits s'issa? Kemm hu l-ammont ta' investiment li benefiċċjarji għamlu/se jagħmlu?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninsab infurmat illi sal-aħħar ta’ April 2013, mill-iskema MicroInvest ibbenefikaw elf, tmien mija u erbgħa u tletin (1,834) negozji żgħar kif muri fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. It-total ta’ krediti fuq taxxa maħruġa huwa ta €13,372,759 filwaqt li l-investimenti li fuqhom inagħtaw dawn il-krediti ta’ taxxa jammontaw għal €39,946,336.
Raħal Ġdid — konverżjoni ta' Casa Flamini f'dar tal-anzjani
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk hux se tkompli fuq il-pjan li d-dar fil-pjazza ta’ Raħal Ġdid, magħrufa bħala Casa Flamini, tkun ikkonvertita f’day centre jew night shelter għall-anzjani f’eżerċizzju ta’ public-private partnership, kif kien maħsub u ppjanat fil-leġiżlatura li għaddiet tant li kienet ħarġet expression of interest għal hekk?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-Gvern qiegħed fil-proċess li janalizza u jevalwa l-possibbilitajiet kollha.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jkompli bil-pjan u applikazzjoni li hemm quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) biex il-ground ta’ Pace Grasso f’Raħal Ġdid jitwaqqa’ u minfloku ssir skola sekondarja ġdida li tieħu post dik li hemm biswit il-ground u li hi żgħira wisq għall-ħteġijiet tal-lum?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat min-naħa tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada li l-proċess tal-MEPA f'dan l-istadju għadu għaddej.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Pakkett finanzjarju ta' individwu
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti d-dettalji tal-pakkett finanzjarju li kellu l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament bejn Marzu 2004 u Marzu 2013?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-pakkett finanzjarju li kellu l-individwu msemmi fil-Mistoqsija Parlamentari, bejn Marzu 2004 u Marzu 2013 huwa kif ġej:
Marzu 2004
:
Kap tas-Segretarjat (Segretarjat Privat tad-deputat Prim Ministru u Ministru tal-Politika Soċjali)
Salarju Bażiku: Skala 4 (LM 10,279 f’2004)
Allowance
: 25% ta Skala 7 (LM 1,972 p.a. f’2004)
Expense Allowance
ekwivalenti ta’ Skala 4 (LM 700 p.a.)
Użu ta’ karozza inkluz il-fuel
Faċilita’ ta’ telefon b’xejn
April 2004: Kap tas-Segretarjat (Segretarjat tal-Prim Ministru)
Salarju Bażiku: Skala 3 (LM 11,329 f’2004)
Allowance
: 25% ta Skala 7 (LM 1,972 p.a. f’2004)
Expense Allowance
ekwivalenti ta’ Skala 3 (LM 900 p.a.)
Użu ta’ karozza inkluz il-fuel
Faċilita’ ta’ telefon b’xejn
March 2008:
Kap tas-Segretarjat (Segretarjat tal-Prim Ministru)
Salarju Bażiku: Skala 2 (€ 31,873 f’2008)
Allowance
: 25% ta Skala 7 (€ 5,074 p.a. f’2008)
Expense Allowance
ekwivalenti ta’ Skala 2 (ara nota * isfel)
Użu ta’ karozza inkluz il-fuel
Faċilita’ ta’ telefon b’xejn
*L-
Expense Allowance
ekwivalenti ta’ Skala 2, li kienu jirċievu dawk l-uffiċċjali f’pożizzjoni marbuta ma’
Performance Agreement
fuq Skala 2, żdiedet minn € 2795.25 għal € 6,000 mis-16 ta’ Settembru 2008. Dir-reviżjoni, effettiva mis-16 ta’ Settembru 2008, ġiet applikata wkoll fil-kaz tal-pakkett remunerattiv tal-individwu msemmi f’Ġunju 2012.
Jista' l-Prim Ministru jagħti lista ta' kull kuntratt li l-uffiċċju tiegħu kellu fis-seħħ fi Frar 2013, jekk kull kuntratt ingħatax b'direct order jew b'tender, min rebaħ kull kuntratt, kemm hija l-ispiża ta' kull kuntratt u meta jagħlaq kull kuntratt?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din it-tweġiba se tingħata f’xi seduta ohra.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettieq tal-Manifest Elettorali — kuntratti
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru jagħti lista ta' kull kuntratt li l-Ministeru tiegħu kellu fis-seħħ fi Frar 2013, jekk kull kuntratt ingħatax b'direct order jew b'tender, min rebaħ kull kuntratt, kemm hija l-ispiża ta' kull kuntratt u meta jagħlaq kull kuntratt?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' kull kuntratt li l-Ministeru tiegħu kellu fis-seħħ fi Frar 2013, jekk kull kuntratt ingħatax b'direct order jew b'tender, min rebaħ kull kuntratt, kemm hija l-ispiża ta' kull kuntratt u meta jagħlaq kull kuntratt?
Response (VELLA, GEORGE)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' kull kuntratt li l-Ministeru tiegħu kellu fis-seħħ fi Frar 2013, jekk kull kuntratt ingħatax b'direct order jew b'tender, min rebaħ kull kuntratt, kemm hija l-ispiża ta' kull kuntratt u meta jagħlaq kull kuntratt?
Response (VELLA, KARMENU)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Prim Ministru jelenka l-ismijiet tal-persuni kollha li servew bħala segretarji permanenti mill-1992 sal-lum u f'kull każ jgħid kemm damu jservu f'din il-kariga u x'kienet ir-raġuni għaliex waqfu jservu f'din il-kariga?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-każ tal-Qorti ta' dawk in-nursing aides li kienu daħlu qabel l-1996 u għalkemm suppost daħlu fi grad 13, kien hemm ammont minnhom li daħħluhom fi grad 14?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Il-Ministeru tas-Saħħa jixtieq jinforma lil-Onorevoli Interpellant, li l-każ tan-Nursing Aides qiegħed fil-Qorti fi stadju ta’ Appell.
Peress li Triq Fra Luka Zurki fiż-Żurrieq f'tarf minnhom tagħlaq, u peress li l-qlib tal-ilma tax-xita jaqleb għall-parti tat-triq fejn tagħlaq, u peress li kellu jsir culvert tal-ilma ħalli l-ilma li jinġabar f'din it-triq jiġi jferra' ġo Triq Ġan Mari Zammit, jista' l-Ministru jgħid meta se jsir dan il-culvert tal-ilma peress li kull darba li tagħmel ix-xita ssir ħsara lil diversi proprjetajiet li jinsabu f'din it-triq?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-proprjetà li minnha huwa propost l-culvert tal-ilma hija soġġetta għall-ordni mill-Qorti. Għaldaqstant, Transport Malta qed tinvestiga l-possibilità illi jintalbu l-permessi neċessarji mill-Qorti sabiex l-imsemmi xogħol ikun jista’ jsir.
Tista' l-Ministru tara l-każ dwar familja, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li applikat għal post tal-Gvern imma s' issa għadha tistenna?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni tal-applikanta in kwestjoni ġiet ikkanċellata fl-10/01/2012. Għaldaqstant hija mitluba biex tiġi ġewwa l-Awtorità tad-Djar fil-ħinijiet tal-ftuħ sabiex tammenda l-applikazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux veru illi skejjel sekondarji li kienu ġew strutturalment ikkundannati se jirċievu intake ta' student ġodda mis-sena skolastika li ġejja? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid liema huma dawn l-iskejjel? Min iċċertifika li dawn l-iskejjel mhumiex aktar strutturalment ikkundanati?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab informat li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada ma kkundannat l-ebda skola sekondarja. Id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi ma hu se jibgħat l-ebda student ġo skola strutturalment ikkundannata. Id-Direttorat m'għandux informazzjoni li hemm skejjel li qed jintużaw li huma kkundannati.
Jista' l-Ministru jgħid b'minn min hu kompost il-bord tal-gvernaturi tal-Awtorità ta' Malta għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA) u x'inhi r-remunerazzjoni tagħhom?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninsab infurmat li ċ-Chairman u l-Bord ta’ Gvernaturi tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta fi Frar 2013 kienu:
Prof. Joe V Bannister (Chairman)
Prof Josef Bonnici
Dr Anton Felice
Dr Cythia Scerri Debono
Mr Frank Xerri de Carlo
Dr Louise Ellul Cachia Caruana
Mr Albert Attard
Iċ-Chairman tal-Awtorità jitħallas remunerazzjoni annwali ta’ €82,105 skont il-kuntratt eżistenti. Huwa wkoll intitolat għar-rifużjoni fuq il-kontijiet tat-telefon.
Kull gvernatur jitħallas onorarja ta’ €3,494 fis-sena bħala gvernaturi tal-MFSA flimkien ma’ onorarja ta’ €2,329 fis-sena bħala gvernaturi tal-Listing Authority. M’għandhomx benefiċċji oħra.