Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 376, jinforma f’liema stadju wasal il-proċess għall-bini taċ-ċentru reġjonali ġdid tal-kura primarja f'San Ġiljan?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li min-naħa tad-Dipartiment tal-kura primarja tas-saħħa sar ix-xogħol fuq il-medical brief u kalkolazzjoni ta’spejjeż tal-proġġetti taċ-ċentru reġjonali l-ġdid tal-kura primarja f’San Ġiljan.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 958 u 247 u jagħti rendikont ta' kemm-il deputy nursing officer huma assenjati fil-preżent ġewwa l-ITU fl-Isptar Mater Dei? Kemm huwa n-numru ta' deputy nursing officers li suppost ikun hemm f'din is-sala tal-isptar skont benchmarks stabbiliti internazzjonalment? X'inhu r-rwol ta' deputy nursing officer? Hemm xi ħsieb li jiżdied in-numru ta' deputy nursing officers fl-ITU u jekk iva, x'inhi r-raġuni għalfejn se jkun hemm din iż-żieda?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 377 u jinforma fl-liema stadju wasal il-proċess għall-bini taċ-ċentru reġjonali ġdid tal-kura primarja f'Raħal Ġdid?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli interpallant l sar l-medical brief, stimi u xogħol ieħor ta’ pjanar relatat ma dan il-proġett. Issa se jssir talba biex il-Ministeru jieħu fondi mill-European Regional Development Fund ħalli jkun jista’ jiġi ffinanzjat dan il-proġett.
Sptar Mater Dei — Pazjenti jistennew fuq Stretcher
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 398 u jgħid kemm-il pazjent tħalla jistenna fuq stretcher fis-sala tal-osservazzjoni jew f'xi parti oħra tal-Isptar Mater Dei mid-9 ta' Marzu 2013 sal-lum? Jista' jagħti d-dettalji ġurnata b'ġurnata?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Onor. Ministru jgħid kemm ħadu sehem studenti, mit-890 li jattendu fil-Kulleġġ Maria Reġina Subien tal-Mosta, għall-isports day li saret nhar il-Ġimgħa, 17 ta` Mejju 2013? Il-Kulleġġ jesiġi li l-istudenti kollha jieħdu sehem? U jekk le, għal liema raġuni l-Kulleġġ jippermetti li studenti ma jipparteċipawx f`attività relatata mal-isports u l-eżerċizzju fiżiku meta s-suġġett tal-PE huwa wieħed obbligatorju? Jista’ jgħid kemm fil-fatt kien l-ammont ta’ studenti li fil-ġurnata indikata naqsu milli jattendu l-iskola?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li 400 student ħadu sehem fl-isports day li saret nhar il-Ġimgħa, 17 ta` Mejju 2013.
L-iskola tesiġi li l-istudenti kollha jieħdu sehem. Min ma attendiex, ġie mmarkat assenti mill-iskola u intbagħtet SMS kif isir is-soltu.
L-għadd ta’ studenti li fil-ġurnata ndikata naqsu milli jattendu l-iskola kien ta’ 292.
Minħabba raġunijiet ta’ saħħa u sigurtà u minħabba l-fatt li fost id-diversi
sport stations
kien hemm inkluż
Ø
Tracking
ġewwa l-Park tal-Majjistral u l-Limiti ta’ Fomm ir-Riħ,
Ø Rugby u
Obstacle races
fil-Bajja ta' Golden Sands,
Ø
Abseiling
ġewwa l-
premises
tal-Iskola,
Ø Snorkling ġewwa l-Bajja ta’ Fra Ben, u
Ø
Stations
u logħob fl-iskola stess,
intbagħtet
consent form
lil ġenituri sabiex dawn japprovaw li uliedhom jieħdu sehem fl-attivitajiet imsemmija.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni Maltin, minn kull lokalità f’Malta u Għawdex, fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li jew qegħdin taħt arrest preventiv jew qed jiskontaw piena ta’ ħabs?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni se titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti b’rabta ma’ pussess jew traffikar ta’ droga, sena b’sena fl-aħħar ħames snin? Jista’ l-Ministru jagħti din l-informazzjoni skont il-lokalità li fihom kienu residenti l-persuni?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuni li tressqu l-Qorti b’konnessjoni ma’ pussess jew traffikar ta’ droga matul dawn l-aħħar ħames snin kienu hekk:
Pussess
Traffikar
2008
324
137
2009
386
171
2010
285
160
2011
281
127
2012
255
148
Infurmat ukoll li t-tagħrif kif mitlub fl-aħħar parti tal-Mistoqsija ma jinżammx taħt forma ta’ statistika.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti b’rabta ma’ vjolenza domestika, sena b’sena fl-aħħar ħames snin? Jista’ l-Ministru jagħti din l-informazzjoni skont il-lokalità li fihom kienu residenti l-persuni?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuni li tressqu l-Qorti b’konnessjoni ma’ vjolenza domestika matul dawn l-aħħar ħames snin kienu hekk:
2008
2009
2010
2011
2012
752
651
720
101
732
Infurmat ukoll illi t-tagħrif kif mitlub fl-aħħar parti tal-Mistoqsija ma jinzammx taħt forma ta’ statistika.
(Ara dokument Nru 596 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 28 tat-Tnejn, 10 ta' Ġunju 2013)
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti b’rabta ma’ logħob illegali, sena b’sena fl-aħħar ħames snin? Jista’ jagħti din l-informazzjoni skont il-lokalità li fihom kienu residenti l-persuni?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuni li tressqu l-Qorti b’konnessjoni ma’ logħob illegali matul dawn l-aħħar ħames snin kienu hekk:
2008
2009
2010
2011
2012
65
31
44
41
38
Infurmat ukoll illi t-tagħrif kif mitlub fl-aħħar parti tal-Mistoqsija ma jinżammx taħt forma ta’ statistika.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti b’rabta ma’ money laundering jew reati simili, sena b’sena fl-aħħar ħames snin? Jista’ jagħti din l-informazzjoni skont il-lokalità li fihom kienu residenti l-persuni?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuni li tressqu l-Qorti mill-Pulizija b’konnessjoni ma’ money laundering matul dawn l-aħħar ħames snin kienu hekk:
2008
2009
2010
2011
2012
2
10
8
7
1
Il-lokalitajiet li fihom kienu residenti dawn il-persuni kienu jinkludu: Attard, Buġibba, Birkirkara, Birżebbuġa, Ħamrun, Luqa, Mosta, Marsaskala, Naxxar, Sliema, Siġġiewi, San Pawl il-Baħar, San Ġwann, Żabbar, kif ukoll l-Olanda, Spanja u il-Ġermanja
Kunsill Malti għall-Isport – sejħa għal Kap Eżekuttiv
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 1302, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-applikazzjonijiet tal-kandidati kollha, kif ukoll is-CVs tagħhom? Barra minn hekk jista’ jikkonferma li l-Bord tal-Għażla m’għamilx nota ta’ ġustifikazzjoni dwar kif u għaliex għoġobhom iqassmu l-marki lil kull kandidat individwali? Jekk fil-fatt jeżisti dan id-dokument, jista’ jpoġġih ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jpoġġgi wkoll kopji tan-notamenti li uffiċjali governattiv normalment jagħmlu f’kull file u li jkunu jinsabu eżattament kif wieħed jiftaħ file governattiv? Jista’ jikkonferma li, wara li titpoġġa d-dokumentazzjoni mitluba aktar 'l fuq, m’hemmx aktar dokumenti fil-file?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Dwar it-talba sabiex jitpoġġew is-CVs tal-kandidati, ninforma lill-Onor. Interpellant li, peress li dawk jinkludu data personali estensiva, ma jidhirlix li dawn għandhom jiġu ppublikati. Din id-deċiżjoni qed tittieħed in vista ta' parir li l-Kunsill Malti għall-Isport ħa mill-Uffiċju tal-Kummissarju ċtad-Data. Fl-istess waqt ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Bord tal-Għażla ma għamel l-ebda nota ta' ġustifikazzjoni dwar kif u għaliex għoġobhom iqassmu l-marki lil kull kandidat individwali u ma kienx hemm notamenti kif mitluba fil-file.
Għaldaqstant, ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni kollha fil-file dwar din is-sejħa, eskluż is-CVs tal-applikanti, diġa' tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jinforma b’liema skemi jew strutturi ġodda se jsaħħaħ is-settur tat-turiżmu sportiv din is-sena u fil-ġejjieni?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa qiegħdin isiru laqgħat bejn il-partijiet konċernati sabiex jibdew jiġu imfassla inizjattivi ġodda li għandhom jgħinu biex isaħħu t-turiżmu sportiv f’pajjiżna.
Il-Gvern hu kommes li jikseb riżultati f’qasir żmien.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 303, minħabba li huwa evidenti li kuntrarju għal dak li ntqal fil-kampanja elettorali minn diversi esponenti tal-Partit Nazzjonalista fejn l-ex Prim Ministru u l-ex Ministri u Segretarji Parlamentari taw lura ż-żieda kollha, u issa evidenti li kull ma ngħata lura kien biss wieħed minn kull ħamsa (one fifth), jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk għadhomx jagħtu lura din iż-żieda kif kien intqal? Meta ngħatat lura l-aħħar rifużjoni?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ir-rifużjoni li saret kienet id-differenza fl-onorarja li tħallset lill-Ex-Prim Ministru, ex-Ministri u ex-Segretarji Parlamentari, bejn it-12 ta’ Marzu, 2008 u l-31 ta’ Diċembru, 2011. Din l-onorarja kienet oriġinarjament ekwivalenti għal 70% ta’ skala ta’ salarju 1, u wara tnaqqset għal 50% ta’ skala ta’ salarju 1. Id-differenza ta’ 20% fil-ħlas tal-onorarja kienet is-somma li tħallset lura, liema somma tħallset bejn Frar, 2011 u Diċembru, 2012.
Bħalissa mhu qed isir ebda ħlas lura ieħor minn dawn il-persuni.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kienu l-emission levels fiż-Żejtun u nħawi oħra fin-nofsinhar ta’ Malta għal dak li għandu x’jaqsam ma’ NO2, SO2, u particulate matter 2.5 u 10, u carbon monoxide u ozone minn Marzu 2012 sa Marzu 2013?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-riżultati tal-kejl li sar matul l-2012 jkunu lesti f'Settembru 2013, dan għaliex normalment din id-data tkun trid tiġi iċċekkjata siegħa b' siegħa qabel ma tkun tista tintbgħat lill-UE. Din hija l-prassi f'dak li għandu x'jaqsam mar-rapurtaġġ ta' data tal-kwalita' tal-arja. Għaldaqstant id-data tal-2013 tkun lesta f'Settembru 2014.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex iż-żewġ persuni mir-Renju Unit u li joqgħodu f’Malta li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, legalment qegħdin jiġu rifjutati milli jbiddlu l-indirizz tal-karti tal-identità tagħhom wara li huma biddlu l-indirizz tar-residenza tagħhom f’Malta u qed jgħidulhom li dan minħabba dawn jagħlqu f’Novembru 2013?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Kif jidher fl-Avviz għall-iStampa tas-26 ta' Diċembru 2012, (anness), l-Uffiċċju Elettorali, mill-1 ta' Jannar 2013, ma baqax jaqdi l-funzjoni marbuta ma' pproċessar ta' applikazzjoni u ħruġ ta' dokumenti ta' identità għal kull min mhux ta' ċittadinanza Maltija.
Din il-funzjoni issa hija r-responsabbiltà tad-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u tal-Expatriates. Għalhekk dawn il-persuni huma mitluba biex jagħmlu applikazzjoni lid-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u tal-Expatriates sabiex jinħarġilhom id-dokument ta’residenza u identità.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm persuni jattendu fl-adult training centres, x’etajiet għandhom u x’diżabilitajiet għandhom? Kemm hemm applikanti godda biex jidhlu f'dawn iċ-ċentri?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hawn persuni li jieħdu pensjoni tad-diżabilità severa? Fiex tikkonsisti din id-diżabilità severa? Min liema lokalitajiet ġejjin?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.