Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm persuni b’diżabilità li sabu impjieg part-time jew full-time wara li ħadu sehem fil-proġett Me2? X’impjieg sabu? Kemm minn dawn il-persuni b’diżabilità kellhom problemi ta’ saħħa mentali?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li 58 persuna b’diżabilità sabu impjieg part-time waqt li 6 persuni b’diżabiltà sabu impjieg full-time wara li ħadu sehem fil-proġett ME2, waqt li 37 persuna b’diżabilità bdew jattendu xi studju post sekondarju/terzjarju. Is-64 persuna li sabu impjieg bdew jaħdmu ma’ kumpaniji privati kif ukoll 15 minnhom bdew jaħdmu mal-Koperativa ME2 li toffri servizi varji lil numru ta’ entitajiet pubbliċi. L-impjieg li nstab ivarja bejn data inputting, sales persons, xogħol ġo fabbriki tal-manifattura, xogħol ta’ ippakkjar u ta’ tindif fost oħrajn.
Il-maggor parti tal-persuni li ħadu sehem fil-proġett ME2 kellhom promblemi ta’ saħħa mentali. Il-proġett għaldaqstant ma għamel l-ebda distinzjoni bejn persuna b’diżabilità u oħra, ġaladarba kienet eleġibli li tibbenefika mill-istess proġett.
Tista’ l-Ministru tindika x’tip ta’ diżabilità gravi kellhom il-persuni li kkwalifkaw għall-Pensjoni tad-Diżabilità? Persuni li għandhom nuqqas ta’ saħħa mentali severa jistgħu japplikaw għal din il-pensjoni?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tagħti tagħrif dwar in-numru ta’ każijiet ta’ vjolenza domestika li ġew irrapurtati fl-għases kollha, lokal lokal matul is-sena l-oħra? Kemm minn dawn il-każijiet ġew irreferuti lill-Aġenzija Appoġġ?’
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tgħid x’passi qed jieħu l-Gvern biex jiżdiedu n-numru ta sodod għall-anzjani għal din is-sena?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Id-Dipartiment qiegħed f’taħdidiet ma’ numru ta’ stakeholders. Sadanitant id-dipartiment qed iħares lejn diversi miżuri biex jindirizza l-bżonn ta’ iżjed postijiet għal kura fit-tul permezz ta’, diversi skemi li jinvolvu wkoll lis-settur privat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux vera li l-Public Relations Uniont tal-Isptar Monte Karmeli twaqqaf milli jkompli jaħdem? Jekk iva, għalfejn ittieħdet din id-deċiżjoni meta dan il-unit kien jagħmel ħafna xogħol utli fost oħrajn billi jieħu inizjattivi biex titnaqqas l-istigma li għad hawn fuq dan l-isptar u l-mard mentali?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Public Relations Unit tal-Isptar Monte Karmeli għadu qiegħed jiffunzjona.
Jista’ l-Minitru jara għaliex l-appuntament għal Dental Checkup ta’ dawn iż-żewġt anzjani li d-dettali tagħhom qed jingħataw separatament ġie imċaqlaq mis-27 ta’ Awwissu 2013 għas-27 ta’ Marzu 2014? Fhimt sew li l-wegħda elettorali tal-Gvern kienet li jnaqqas il-waiting list mhux iżidha? Jista’ jara dan il-każ?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li Dentista irtirat fl-20/09/2011, filwaqt li ħames dentisti oħra irreżenjaw bejn Novembru tas-sena 2011 u April 2013. Filwaqt li nirrigrazzja lill-Onorevoli interpellant tal-mistoqsija, jirriżuta li ma ttieħdu l-ebda passi mill-gvern preċedenti biex din is-sitwazzjoni tiġi evitata, u bis-saħħa t’hekk ġie deċiż li jkun propriju issa li jintbagħtu avviżi bl-appuntamenti retardjati.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' bdoti tal-Air Malta li ddaħħlu għax-xogħol meta kienu off duty? Jekk fl-affermattiv jista’ jgħid kemm swiet lill-Air Malta din is-sahra?
Response (VELLA, KARMENU)
Qiegħed inpoġġ l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l- Ministru jgħid kemm bdoti tal-Air Malta għamlu użu mill-early retirement scheme u kemm swiet din l-iskema lill-Air Malta?
Response (VELLA, KARMENU)
In-numri ta’ piloti li għamlu użu mill-early retirement scheme huma tnax (12).
Tminn (8) piloti li ħadu s-somma kumplessiva ta’ €2,730,698.00
Pilota (1) se jitħallas is-somma ta’ €4,777.00 kull xahar sad-data tal-pensjoni fis-sena 2023
Tlett (3) piloti oħra li sa’ l-aħħar tas-sena sejrin jgħamlu użu ta’ skema b’estimu ta’ €988,076.00
Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — Impjegat fis-segretarjat minn barra s-Servizz Pubbliku
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 735 u jgħarraf lill-Kamra jekk fis-segretarjat tal-Ministeru tiegħu ġewx impjegati individwi li huma minn barra s-servizz pubbliku? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm hu n-numru ta' dawn il-persuni u jekk kinux jirreġistraw għax-xogħol mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC)?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 694.
Ministeru għas-Saħħa — Impjegati fis-segretarjat minn barra s-Servizz Pubbliku
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 736, dwar persuni impjegati minn barra s-servizz pubbliku mas-segretarjat tal-Ministeru, fejn fir-risposta tiegħu l-Ministru rreferieni għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 63, peress li r-risposta għal din mistoqsija parlamentari hi dwar salarji, allowances u benefiċċji oħra ta' uffiċjali fis-segretarjat tal-Ministru u peress li din ir-risposta ma għandha x'taqsam xejn mal-mistoqsija oriġinali li saret lill-Ministru, jista' l-Ministru jirrispondi u jagħti d-dettalji hekk kif mitluba fil-mistoqsija parlamentari 736?
Jista' l-Ministru fir-risposta tiegħu, meta jsemmi n-numru ta' persuni minn barra s-Servizz Pubbliku fis-segretarjat tal-Ministeru, jinforma l-Kamra b'dawn id-dettalji dwar dawn l-individwi: l-isem ta' dawn l-individwi, il-kariga li qed jokkupaw, l-iskala tas-salarju tagħhom, u l-impjieg preċedenti tagħhom
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li r-risposta flimkien ma’ dokumenti relatati, ġiet imwieġba u mpoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra fis-seduta 7 mistoqsija parlamentari 63 datata 15 ta’ April 2013.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm daħlu ħaddiema mas-settur pubbliku mid-9 ta Marzu 2013 sad-9 ta' Mejju 2013 u kif dan jitqabbel mal-istess perjodu tas-sena l-oħra?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u se tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 1254, jista’ l-Ministru jfisser b'mod konkret x'kienu r-rekwiżiti li ntalbu fil-kwotazzjonijiet jew fis-sejħiet għall-offerti għal kiri jew xiri ta' karozzi għall-użu tal-Ministeri u entitajiet governattivi oħra mid-9 ta' Marzu sal-lum u dan in konformi mal-wegħda elettorali tal-Partit Laburista kif hemm miktub f'paġna 107 tal-Programm Elettorali?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lil Onor. Interpellant illi l-Ministeri u l-entitajiet governattivi ġew avżati li x-xiri u l-kiri ta’ karozzi għandu jirrispetta l-wegħda elettorali tal-Partit Laburista li qiegħda miktuba f'paġna 107 tal-Programm Elettorali.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – kuntratti ta’ security guards
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra bil-lista ta’ kuntratti ta’ servizzi ta’ sigurtà (security guards/officers) li huma in vigore fil-Ministeru u l-entitajiet li huwa responsabbli minnhom u li r-rata komputata fis-siegħa hija ta’ anqas minn €5.66 eskluża l-VAT?
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima – kuntratti ta’ security guards
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra bil-lista ta’ kuntratti ta’ servizzi ta’ sigurtà (security guards/officers) li huma in vigore fil-Ministeru u l-entitajiet li huwa responsabbli minnhom u li r-rata komputata fis-siegħa hija ta’ anqas minn €5.66 eskluża l-VAT?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lil Onor. Interpellant illi t-tweġiba se tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura – kuntratti ta’ security guards
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra bil-lista ta’ kuntratti ta’ servizzi ta’ sigurtà (security guards/officers) li huma in vigore fil-Ministeru u l-entitajiet li huwa responsabbli minnhom u li r-rata komputata fis-siegħa hija ta’ anqas minn €5.66 eskluża l-VAT?
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar – kuntratti ta’ security guards
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra bil-lista ta’ kuntratti ta’ servizzi ta’ sigurtà (security guards/officers) li huma in vigore fil-Ministeru u l-entitajiet li huwa responsabbli minnhom u li r-rata komputata fis-siegħa hija ta’ anqas minn €5.66 eskluża l-VAT?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninsab infurmat li l-Malta Enterprise/Malta Industrial Parks għandhom kuntratt ma J & F Security bir-rata ta’ €5.45 fis-siegħa eskluża l-VAT fil-waqt li Kordin Grain Terminal tuża s-servizzi ta’ Sterling Security Co Ltd bir-rata ta’ €5.56 kull siegħa eskluża l-VAT.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali – kuntratti ta’ security guards
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra bil-lista ta’ kuntratti ta’ servizzi ta’ sigurtà (security guards/officers) li huma in vigore fil-Ministeru u l-entitajiet li huwa responsabbli minnhom u li r-rata komputata fis-siegħa hija ta’ anqas minn €5.66 eskluża l-VAT?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Finanzi – kuntratti ta’ security guards
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra bil-lista ta’ kuntratti ta’ servizzi ta’ sigurtà (security guards/officers) li huma in vigore fil-Ministeru u l-entitajiet li huwa responsabbli minnhom u li r-rata komputata fis-siegħa hija ta’ anqas minn €5.66 eskluża l-VAT?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
San Pawl il-Baħar — Triq il-Port Ruman - servizzi tal-ilma u drenaġġ
Question
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija 1478, liema domanda kienet relatata ma' mistoqsija parlamentari 761, għal darba oħra qed nitlob li ningħata risposta għad-domanda msemmija billi nitlob lill-Ministru biex jekk jogħġbu jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanta tat-Triq Port Ruman, San Pawl il-Baħar, u jindika fejn hemm servizzi u fejn m'hemmx servizzi tal-ilma u d-drenaġġ, fl-istess triq?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti tan-network tal-ilma u drenaġġ. Il-parti l-vojta fin-nofs ta' kull pjanta (murija f'ċirku) turi l-parti fejn ma hemm l-ebda servizz.