Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — kuntratti

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' kull kuntratt li l-Ministeru tiegħu kellu fis-seħħ fi Frar 2013, jekk kull kuntratt ingħatax b'direct order jew b'tender, min rebaħ kull kuntratt, kemm hija l-ispiża ta' kull kuntratt u meta jagħlaq kull kuntratt?

Response (MIZZI, JOE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni kollha mitluba.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — kuntratti

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' kull kuntratt li l-Ministeru tiegħu kellu fis-seħħ fi Frar 2013, jekk kull kuntratt ingħatax b'direct order jew b'tender, min rebaħ kull kuntratt, kemm hija l-ispiża ta' kull kuntratt u meta jagħlaq kull kuntratt?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li l-Ministeru tiegħi ma kienx jeżisti fi Frar 2013, u peress li r-responsabbilta’ ministerjali tal-Ministeru tiegħi kif imwaqqaf wara l-aħħar elezzjoni ġenerali hija differenti minn kif kienu l-Ministeri qabel, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ kuntratti li jiena sibt in vigore u kif applikabbli għall-Ministeru tiegħi.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — kuntratti

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' kull kuntratt li l-Ministeru tiegħu kellu fis-seħħ fi Frar 2013, jekk kull kuntratt ingħatax b'direct order jew b'tender, min rebaħ kull kuntratt, kemm hija l-ispiża ta' kull kuntratt u meta jagħlaq kull kuntratt?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #422 Sitting 21 2013-05-21 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — kuntratti

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' kull kuntratt li l-Ministeru tiegħu kellu fis-seħħ fi Frar 2013, jekk kull kuntratt ingħatax b'direct order jew b'tender, min rebaħ kull kuntratt, kemm hija l-ispiża ta' kull kuntratt u meta jagħlaq kull kuntratt?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba se tingħata f'seduta oħra.

Benefiċċji u skemi għan-negozji

Question

Jista' l-Ministru jgħid attwalment x'benefiċċji u skemi hemm għal min: a) jixtieq ikabbar in-negozju tiegħu; b) jagħmel xi ristrutturar; ċ) jibda negozju ġdid; u d) jispiċċa minn impjegat sabiex jibda negozju tiegħu?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninsab infurmat li l-Malta Enterprise toffri l-iskemi ta’ għajnuna murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra. Filwaqt li ma toffrix għajnuna speċifika biex imprenditur jispiċċa minn impjegat u jiftaħ negozju għal rasu, tali imprenditur xorta jkun jista’ jibbenefika mill-inċentivi ta’ għajnuna biex tiftaħ negozju ġdid. L-iskemi l-oħra li l-Malta Enterprise tagħmel disponibbli għan-negozji jistgħu ukoll jgħinu f’dawn l-oqsma indirettament. Barra minn hekk, il-Malta Enterprise toffri wkoll is-servizz ta’ Business First, fejn negozji jistgħu jinqdew min-numru ta’ servizzi amministrattivi taħt saqaf wieħed. Aktar dettalji jinstabu fis-sit elettroniku www.businessfirst.com.mt. Dan is-sit jagħti ukoll dettalji prattiċi dwar x’għandu jagħmel negozjant sa mill-pjan li jiftaħ negozju sa l-egħluq tiegħu.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — staff complement

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-istaff complement tal-Ministeru, kariga b'kariga, liema karigi huma okkupati u min jokkupahom, liema huma vakanti, f'liema skala hi kull kariga u jekk l-ingaġġ sarx direttament mis-Servizz Pubbliku jew inkella minn barra s-settur pubbliku?

Response (CARDONA, CHRIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #590 Sitting 21 2013-05-21 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Segretarji Permanenti — talba għar-riżenja

Question

Peress li l-Prim Ministru ġie rappurtat li qal li hija prassi normali li Segretarji Permanenti jintalbu joffru r-riżenja tagħhom wara elezzjoni, jista' l-Prim Ministru jgħid mill-elezzjoni tal-1996 sal-aħħar elezzjoni, kemm-il segretarju permanenti intalab joffri r-riżenja wara li tħabbar ir-riżultat ta' elezzjoni u f'kull każ jgħid jekk it-talba saritx bil-fomm jew permezz ta' ittra? Minn min saret it-talba? Fil-każ li saret bil-miktub, jista' jipprovdi kopja tal-ittra?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 354 u 589.

Ministeru għall-Finanzi — handover mogħti

Question

Billi l-Ministru fl-intervista tiegħu ma' Ritianne Agius fil-ġurnal Kulħadd tas-Sibt 20 ta' April 2013, qal li, "ma setax jibda jaħdem mill-ewwel fl-interess tal-pajjiż..." għax, "ma tħalliex xi forma ta' handover jew komunikat u kellhom jibdew kollox mill-ġdid...", ma jaħsibx il-Ministru li kieku l-Prim Ministru ma neħħiex prattikament is-segretarji permanenti li l-kariga tagħhom inħolqot preċiżament biex ikun hemm transizzjoni bejn amministrazzjoni u oħra, kien jngħata l-handover li xtaq? Jista' jgħid jekk iltaqax mas-CEOs tal-entitajiet taħtu biex jingħata l-handover?

Response (CARDONA, CHRIS)

Le, ma naqbilx.

Ministeru għall-Finanzi — rendikont tal-files

Question

Jista' l-Ministru jiċċara jekk mal-ħatra s-segretarju permanenti tiegħu, kitibx lis-segretarju permanenti li taħtu kienet taqa' r-responsabilità tad-dekasteru li tiegħu l-Ministru Cardona llum hu responsabli tiegħu, biex jintbagħtu l-files mir-registry ta' dak li kien il-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment għand il-Ministru responsabbli mill-Ekonomija, l-Investiment u Negozji Żgħar?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninsab infurmat li iva, diġà kien hemm u għad hemm kuntatti bejn is-Segretarju Permanenti tiegħi u Segretarji Permanenti oħra relattivi dwar transfers ta' responsabbilitajiet u dokumenti.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — Impjegati minn barra s-Servizz Pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk fis-segretarjat tal-Ministeru tiegħu ġewx impjegati individwi li huma minn barra s-Servizz Pubbliku? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm hu n-numru ta' dawn il-persuni u jekk kenux jirreġistraw għax-xogħol mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC)?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — Impjegati minn barra s-Servizz Pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk fis-segretarjat tal-Ministeru tiegħu ġewx impjegati individwi li huma minn barra s-Servizz Pubbliku? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm hu n-numru ta' dawn il-persuni u jekk kenux jirreġistraw għax-xogħol mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC)?

Response (CARDONA, CHRIS)

Fis-Segretarjat Privat tiegħi ġew impjegati 18-il uffiċjal minn barra s-Servizz Pubbliku. Minn dawn l-uffiċjali, 8 minnhom kienu jirreġistraw għax-xogħol mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC).

Power station il-ġdida — tħaddim u manutenzjoni

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 482, jista' l-Ministru jgħid jekk, skont l-espressjoni ta' interess u kapaċità għal Long Term Power Purchase Agreement u Gas Supply Agreement min se jieħu x-xogħol tal-bini tal-power station il-ġdida hux se jkun responsabbli wkoll għat-tħaddim u manutenzjoni tal-power station il-ġdida, kif wkoll għax-xiri tal-gass?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghad-dokument li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fis-seduta tat-Tnejn 13 ta' Mejju, 2013, f'seduta 17.

Power station il-ġdida — redeployment ta' ħaddiema

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 481, jista' l-Ministru jikkonferma, jekk hux minnu li waqt laqgħa li membri tal-Gvern preżenti kellhom mal-ħaddiema tal-Korporazzjoni Enemalta qabel l-Elezzjoni Ġenerali li għaddiet kienu wegħduhom li l-ħaddiema li se jispiċċaw redundant mill-power station tal-Marsa u mill-power station ta' Delimara phase 1 kienu se jiġu redeployed fuq il-power station il-ġdida?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-laqgħa mal-ħaddiema tal-Korporazzjoni Enemalta ddiskutejna l-futur tal-Enemalta

Power Station tal-Marsa — Shifts

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 483 u jgħid kemm hemm nies jaħdmu fix-shifts kollha fil-power station tal-Marsa li se tiġi phased out appena tibda taħdem il-power station il-ġdida?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi Lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa hemm 130 ħaddiem jaħdmu fis-sezzjoni tal-operat tal-Marsa power station u 97 li jahdmu fis-sezzjoni tal-Manutenzjoni.
Leg 12 PQ #1068 Sitting 21 2013-05-21 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — waiting lists

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-waiting lists għal kull intervent li hemm fl-Isptar Mater Dei? Jista' jgħid jekk inbediex il-proċess sabiex jiġi stabbilit il-maximum waiting time għal kull intervent? Meta hu maħsub li dan il-proċess jitlesta?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Residenza San Vinċenz de Paul — applikazzjonijiet pendenti

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm każijiet pendenti diġà kklassifikati li jridu jidħlu fir-residenza San Vinċenz de Paul? Minn liema lokalitajiet huma l-applikanti?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellanta li jirriżulta li l-lista tal-applikanti biex jidħlu għall-kura fit-tul, kemm tar-Residenza San Vinċenz de Paul kif ukoll tad-Djar Residenzjali mhijiex eżatta u preċiża. Bħalissa għaddej il-proċess li permezz tiegħu tisaħħaħ id-“database” fejn tinżamm il-lista ta’ stennija. L-għan ta’ dan il-proċess huwa li l-lista ta’ stennija tinżamm b’mod ċar u trasparenti u kull applikant ikun jista’ jingħata ndikazzjoni tal-pożizzjoni tiegħu/tagħha fuq din il-lista.
Leg 12 PQ #1070 Sitting 21 2013-05-21 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — xiri u kiri ta' karozzi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'arranġamenti saru għall-karozza uffiċjali? Jekk qed tinkera kemm hi l-kirja fis-sena? Jekk inxtrat kemm inxtrat? Ħarġu offerti għal kiri jew xiri u minn fejn qed tinkera jew inxtrat?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 317.
Leg 12 PQ #1071 Sitting 21 2013-05-21 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva — xiri u kiri ta' karozzi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'arranġamenti saru għall-karozza uffiċjali tas-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva? Jekk qed tinkera kemm hi l-kirja fis-sena? Jekk inxtrat kemm inxtrat? Ħarġu offerti għal kiri jew xiri u minn fejn qed tinkera jew inxtrat?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma l-Onor. Interpellant li s-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva qed jagħmel użu minn karozza mikrija mingħand Meli Car Rentals bħala l-karozza uffiċjali tiegħu. Din il-karozza intgħażlet wara li nġabru tliet kwotazzjonijiet u ntgħażlet l-orħos kwotazzjoni. Qiegħda tinkera għas-somma ta’ € 59 kuljum.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — xiri u kiri ta' karozzi

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid x'arranġamenti saru għall-karozza uffiċjali? Jekk qed tinkera kemm hi l-kirja fis-sena? Jekk inxtrat kemm inxtrat? Ħarġu offerti għal kiri jew xiri u minn fejn qed tinkera jew inxtrat?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li jien qed nuża l-karozza li kienet tintuza mill-Ministru preċedenti tal-Affarijiet Barranin. Il-karozza hija propjetà tal-Gvern u għaldaqstant m’hemmx ħlas ta’ kirjiet x’isiru.

Segretarju Parlamentari għall-Presidenza Unjoni Ewropea 2017 u l-Fondi Ewropej — xiri u kiri ta' karozzi

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid x'arranġamenti saru għall-karozza uffiċjali tas-Segretarju Parlamentari għall-Presidenza Unjoni Ewropea 2017 u l-Fondi Ewropej? Jekk qed tinkera kemm hi l-kirja fis-sena? Jekk inxtrat kemm inxtrat? Ħarġu offerti għal kiri jew xiri u minn fejn qed tinkera jew inxtrat?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-Segretarju Parlamentari qed juża l-karozza li kienet tintuża mill-Ministru preċedenti tal-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Zgħar u l-Konsumatur. Il-karozza hija propjetà tal-Gvern u għaldaqstant m’hemmx ħlas ta’ kirjiet x’isiru.