B'referenza għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 956, jista' l-Ministru jikkonferma li fuq ċirkolari li nħarġet fl-20 ta' Frar, ir-ri¿ultat ġie ppublikat fit-28 ta' Marzu u t-Tnejn ta' wara, ċjoè fl-1 ta' April, dawk magħ¿ula ġew infurmati li ma kinux eleġibbli għall-istess grad? Jistà l-Ministru jagħti r-raġuni ta’ dan?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-mistoqsija tinvolvi l-eliġibilità ta’ kandidati għal sejħa mas-Servizz Pubbliku ta’ Malta, li hija materja li taqa’ taħt ir-responsabilità tal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku. Għaldaqstant, nistieden lill-Onorevoli Interpellant sabiex jindirizza din il-mistoqsija parlamentari lill-Onorevoli Prim Ministru.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk hux veru li ngħatat ordni li skrivana tal-kuntrattur li taħdem ġewwa l-Isptar Mater Dei tiġi trasferita għal Ministeru fil-Belt Valletta, meta din suppost tirraporta għax-xogħol fl-isptar? Min ta din l-ordni u għaliex? Għalfejn intgħa¿let din il-persuna partikolari? X’inhu x-xogħol li din il-persuna se tkun qed tagħmel?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li m’hemm l-ebda skrivani tal-kuntrattur jaħdmu fil-Ministeru fil-Belt.
SKEJJEL — Amministrazzjoni ta’ mediċini lill-istudenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' studenti fl-iskejjel primarji u sekondarji pubbliċi, tal-Knisja u indipendenti,li lilhom tiġi amministrata l-mediċina Ritalin waqt il-ħin tal-iskola, skont proċeduri stabbiliti? Kemm huwa n-numru ta' studenti fl-istess skejjel li jingħataw xi tip ta' kalmant waqt il-ħin tal-iskola? Kemm saru żjarat minn infermiera tal-MMDNA għal dan l-iskop mill-1 Ottubru 2012 sal-aħħar ta' April 2013?
Response (BARTOLO, EVARIST)
It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif ġej:
Skejjel Pubbliċi
In-numru ta’ studenti fl-iskejjel primarji u sekondarji pubbliċi li ħadu l-mediċina ġenerika methylphenidate hydrochloride (li dawn jinkludu Ritalin u Equasym) bejn l-ewwel ta’ Ottubru 2012 u l-aħħar ta’ April 2013, kien ta’ 143 student u li bejniethom kellhom 11657 vista mill-infermiera tal-MMDNA waqt il-ħin tal-iskola. Ma tistax tingħata l-informazzjoni ta’ kemm hemm studenti li jieħdu kalmant imma jista’ jingħata t-tagħrif li hemm 9 studenti li ħadu mediċina anti-psikotika bħal risperidone, sulpride u fluanxol, u li bejniethom kellhom 315 vista mill-infermiera tal-MMDNA fl-istess perjodu waqt il-ħin tal-iskola.
Skejjel tal-Knisja
Dsatax–il student huma rrappurtati li qed jagħmlu użu mir-Ritalin fl-iskejjel tal-Knisja. Fl-ebda każ ma ġie rrappurtat użu mis-servizz mogħti minn infermiera tal-MMDNA.
Skejjel Indipendenti
Ġew rrappurtati sitt każijiet ta’ użu ta’ Ritalin fl-iskejjel Indipendenti. Kien biss fi skola waħda li ġie rrappurtat li infermier/a żar/et l-iskola darba kuljum bejn Ottubru 2012 u l-aħħar ta’ April 2013.
Peress li dawk li jiffrekwentaw il-gym tal-kumpless sportiv fi Triq l-Ewropa, Rabat Għawdex, qed jilmentaw minħabba s-sħana u minkejja li saru diversi talbiet biex jiġi stallat aircondition unir ieħor, dan baqa’ qatt ma sar, jista’ l-ministru jieħu l-passi neċessarji biex jara li dan isir?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat, il-Ministru għal Għawdex.
ETC – IMPJEGATI F’MINISTERI U ENTITAJIET GOVERNATTIVI
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 721, li kienet dwar in-numru ta' persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC) u li ġew impjegati ma’ Ministeri u entitajiet oħra wara l-11 ta' Marzu 2013, għal liema mistoqsija r-risposta tal-Ministru kienet li kien hemm żewġ persuni li ġew impjegati ma’ Ministeri (wieħed mal-Ministeru tas-Saħħa u ieħor mal-Ministeru tat-Trasport u l-Infrastruttura), u peress li mill-
a) mistoqsija parlamentari 722 jirriżulta li ġiet impjegata persuna fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru
b) mistoqsija parlamentari 723 jirriżulta li ġiet impjegata persuna fil-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej
c) mistoqsija parlamentari 725 jirriżulta li ġew impjegati tliet persuni fil-Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol
d) mistoqsija parlamentari 727 jirriżulta li ġiet impjegata persuna fil-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u Tibdil fil-Klima
e) mistoqsija parlamentari 728 jirriżulta li ġiet impjegata persuna fil-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura
f) mistoqsija parlamentari 729 jirriżulta li ġiet impjegata persuna fil-Ministeru għal Għawdex
g) mistoqsija parlamentari 732 jirriżulta li ġew impjegati żewg persuni fil-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali
h) mistoqsija parlamentari 733 jirriżulta li ġew impjegati 2 persuni fil-Ministeru għall-Intern u s-Siguratà Soċjali,
li b'kollox jammontaw għal 12-il persuna, jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni għal din id-differenza ta' 10 persuni?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li l-informazzjoni li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 721 kienet skont il-formoli ta’ bidu ta’ mpjieg li rċeviet il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ sa dakinhar tal-mistoqsija. Ta’ min jgħid li l-Korporazzjoni ta’ kuljum tirċievi formoli ta’ bidu ta’ mpjieg minn diversi employers inkluż ministeri, dipartimenti u entitajiet oħra governattivi.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 1674. jista' l-Ministru jgħid x' sar mill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li fl-istqarrija tal-Ministeru tiegħu maħruġa tramite d-Dipartiment tal-Informazzjoni meta tħabbar il-Bord ġdid tal-Gozo Channel ġie mħabbar li hija s-segretarja tal-Bord? Din irreżenjat? Jekk iva, meta? X' kienet r-raġuni?
Response (REFALO, ANTON)
Il-persuna ikkonċernata irreżenjar fuq raġunijiet personali.
Malta Enterprise — Bord tad-Diretturi u Chairman - remunerazzjoni u benefiċċji
Question
Jista' l-Ministru jgħid min kienu ċ-Chairman u l-Bord tad-Diretturi tal-Malta Enterprise fi Frar 2013? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra kellu kull wieħed minnhom?
Response (CARDONA, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Malta Enterprise bejn Ġunju 2012 u Marzu 2013? Jista' jgħid f'liema gradi ġew impjegati? Jista' jgħid ukoll kif saru is-sejħiet għall-impjieg u kemm applikaw f'kull każ?
Response (CARDONA, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — Kuntratti b'direct order
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni/kumpaniji/partnerships li ngħataw kuntratt jew appointment ta' konsulenza mill-11 ta' Marzu 2013 sal-lum mill-Ministeru, id-dipartimenti jew entitajiet pubbliċi li huma fi ħdanu permezz ta' direct order? X'kien ix-xogħol li ġew mitluba jagħmlu għal kull kuntratt jew appointment ta' konsulenza? X'inhu l-valur ta' kull kuntratt jew appointment ta' konsulenza?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninsab infurmat li mill-11 ta' Marzu sal-lum, fil-Ministeru u fid-dipartimenti u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħti, ma ngħata l-ebda kuntratt jew appointment ta' konsulenza b'direct order.
Jista' l-Ministru jghid jekk hux se jkompli bil-pjan li kien hemm fil-leġiżlatura li għaddiet li l-Gvern jassisti lill-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid jagħmel il-progett tal-pjazza ta’ Raħal Gdid?
Response (MIZZI, JOE)
It-taħdidiet bejn l-MRRA u l-Kunsill Lokali Paola taħt l-amministrazzjoni preċedenti baqghu ma ġewx konklużi. Bħalissa qed isiru konsultazzjonijiet mal-Kunsilli Lokali kollha biex jiġu stabbiliti x’inhuma l-prijoritajiet ta’ kull kunsill.
Kuntratti ta' impjieg tal-uffiċjali tas-segretarjati privati
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 23, jista' l-Prim Ministru jgħid, ġaladarba l-kuntratti ta' impjieg tal-uffiċjali tas-segretarjati privati tal-Ministri kollha huma bbażati fuq id-dokument approvat mill-Kabinet, x'inhu n-numru ta' uffiċjali li jistgħu jiġu ingaġġati mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u minn kull Ministru fis-segretarjati privati rispettivi? F'liema grad jew responsabbilità huma jistgħu jkunu?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant lid-dokument Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats fih l-informazzjoni kollha meħtieġa. L-imsemmi dokument diġà tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — kiri ta' vetturi - proċedura
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 33, jista' l-Prim Ministru jgħid liema proċedura ġiet adoperata biex sar dan il-kiri ta' vetturi? Mingħand min qed jinkrew u b'kemm?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant dwar il-ħames vetturi mikrija mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru skont it-tweġiba ta’ Mistoqsija Parlamentari 33.
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-lokalitajiet li se jkunu indirizzati din is-sena bil-vot għall-Home Ownership Scheme tal-Government Property Division li huma l-areas ta' residenzi li għadhom fuq konvenju?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta’ flus allokati fl-estimi għal din is-sena jammonta għal 1.5 miljun Ewro. Minn dan l-ammont, is-somma ta’ €626,632 diġa` ntefqu qabel l-elezzjoni biex inxtrat art fil-Housing Estate tal-Imqabba. Dan il-proċess mistenni jkompli, iżda peress li diġa` ntefaq ammont sostanzjali mill-flus allokati fil-bidu tas-sena, għadu ma ġiex deċiż liema artijiet fil-Housing Estates se jinxtraw bil-fondi rimanenti.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 28, jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi d-diffikultà jew raġuni għala ma tistax tingħata l-informazzjoni dwar liema rwoli eżekuttivi (mhux parlamentari) li s'issa ġew offruti lil liema deputati tal-Oppożizzjoni?
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' persuni jew negozji li għamlu użu s'issa mill-Business First?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninsab infurmat li sal-10 ta’ Mejju 2013, tlett elef tmien mija u ħamsa u tmenin (3885) persuna/negozju għamlu użu minn Business First, b’medja ta’ iktar minn 1000 kuntratt fix-xahar.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-Gvern fil-qasam tal-għajnuna lill-investituri biex jipprovdu venture capital għall-intrapriżi żgħar u medji biex ikunu jistgħu jiffinanzjaw proġetti fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa l-Malta Enterprise diġa' toffri numru ta' inċentivi biex tassisti lill-intrapriżi jagħmlu xogħol ta’ riċerka, żvilupp u innovazzjoni, fosthom l-iskemi tal-EUREKA u EUROSTARS, kif ukoll inċentivi abbażi ta’ krediti ta’ taxxa fuq investiment f’dan il-qasam. Bħalissa, m’hemmx pjanijiet għal venture capital fund biex jiffinanzja proġetti fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni. Jien infurmat ukoll li l-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija (MCAST), responsabbli mill-qasam tar-riċerka u innovazzjoni, joffri skema ta’ kummerċjalizzazzjoni għall-intrapriżi, ghalkemm dan ma jaqax taħt id-dekasteru tiegħi.
Jista' l-Ministru jgħid kif inhu kompost il-bord tal-Awtorità tal-Komunikazzjoni ta' Malta (MCA)?
Response (CARDONA, CHRIS)
Il-bord tal-Awtorità tal-Komunikazzjoni ta' Malta (MCA) huwa kostitwit kif se ngħid:
Dr Edward Woods - Chairman
Mr Godfrey Vella - Membru
Mr Phelim Cavlan - Membru
Ms Sarah Mifsud - Membru
Dr Alexandra Mizzi - Membru
Jista' l-Ministru jgħid kif inhu kompost il-bord tal-Awtorità dwar il-Lotteriji u l-Logħob (LGA)?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Bord il-ġdid tal-Lotteries & Gaming Authority huwa kompost minn Mario Galea bħala Chairman u Chris Cilia, Rachel Tua, Ruth Trapani Galea u Ceaser Grech bħala membri.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — kuntratti
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' kull kuntratt li l-Ministeru tiegħu kellu fis-seħħ fi Frar 2013, jekk kull kuntratt ingħatax b'direct order jew b'tender, min rebaħ kull kuntratt, kemm hija l-ispiża ta' kull kuntratt u meta jagħlaq kull kuntratt?
Response (BARTOLO, EVARIST)
It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninsab infurmat ukoll li l-entitajiet l-oħra fi ħdan il-Ministeru tiegħi ma kellhom l-ebda kuntratt fis-seħħ fi Frar 2013.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — kuntratti
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' kull kuntratt li l-Ministeru tiegħu kellu fis-seħħ fi Frar 2013, jekk kull kuntratt ingħatax b'direct order jew b'tender, min rebaħ kull kuntratt, kemm hija l-ispiża ta' kull kuntratt u meta jagħlaq kull kuntratt?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għaddewlna, qiegħed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub, miġbur f’Tabella ‘A’.