Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-organisational structure sħiħa tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) kif ukoll il-lista sħiħa tal-impjegati tal-istess Awtorità? Jista’ jagħti wkoll il-grad u d-dettalji sħaħ tar-remunerazzjoni ta’ kull impjegat/a?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li twġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Internal Audit and Investigations Department — organisational structure
Question
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-organisational structure sħiħa tal-Internal Audit and Investigations Department kif ukoll il-lista sħiħa tal-impjegati tal-istess Dipartiment? Jista’ jagħti wkoll il-grad u d-dettalji sħaħ tar-remunerazzjoni ta’ kull impjegat/a?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-organisational structure sħiħa tas-Centre for Development, Research and Training (CDRT) kif ukoll il-lista sħiħa tal-impjegati tal-istess ċentru? Jista’ jagħti wkoll il-grad u d-dettalji sħaħ tar-remunerazzjoni ta’ kull impjegat/a?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa fiċ-Ċentru għall-Iżvilupp, Riċerka u Taħriġ hemm żewġ direttorati: dak għat-Taħriġ u Żvilupp u dak għall-Proġetti Korporattivi.
L-għan tal-ewwel wieħed hu li jħarreġ lill-impjegati tas-settur pubbliku u jiżviluppa l-ħiliet u l-kapaċita’ tal-amministrazzjoni pubblika waqt li t-tieni jgħin lid-dipartimenti fi proġetti li għandhom x’jaqsmu ma’ Riżorsi Umani.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istrutturi organizzattivi taż-żewġ direttorati kif ukoll il-lista sħiħa tal-impjegati tal-istess Ċentru bil-gradi u d-dettalji sħaħ tar-remunerazzjoni.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' persuni, gruppi ta' persuni li bbenefikaw mill-Miżura 121, dwar l-immodernizzar ta' azjendi agrikoli? Minn liema lokalitajiet huma dawk li bbenefikaw? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk għadx fadal applikazzjonijiet pendenti jew li għadhom ma bbenefikawx wara li applikaw? Kemm huma, u minn fejn huma?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lil Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li fl-ewwel sejħa taħt Miżura 121 ibbenefikaw 282 applikant. L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra bħala Tabella A.
Ninsab infurmat ukoll li 363 applikant huma eliġibli mit-tieni sejħa li nħarġet għall-għajnuna finanzjarja taħt il-Miżura 121. Madankollu, dan il-proċess għadu mhux finalizzat għaliex fadal jiġi konkluż l-istadju ta’ l-appell.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta' informazzjoni qed tingħata lill-bdiewa/raħħala, f'Malta u f'Għawdex dwar l-użu u l-preżenza tan-nitrati?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lil Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li t-tagħrif li qiegħed jingħata lill-bdiewa u r-raħħala taħt il-programm InfoNitrates huwa relatat ma l-obbligi tal-Programm ta’ Azzjoni dwar in-Nitrati. Għal dan il-għan ġiet imnedija kampanja ta’ informazzjoni ġewwa Għawdex nhar il-15 ta’ Mejju u li ser tkun qiegħda tiġi segwita minn tletin laqgħa oħra ma’ bdiewa u raħħala professjonali ġewwa 30 lokalità madwar il-Gżejjer Maltin.
Ninsab infurmat ukoll li din l-informazzjoni qiegħda titqassam permezz ta’ DVD u fuljett informattiv lill-madwar 20,000 persuna li huma involuti fis-settur agrikolu.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta' border checks qed iseħħu għal dak li jirrigwarda d-dħul ta' siġar u pjanti fis-suq lokali?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lil Onor. Interpellant li tweġiba għal din il-mistoqsija ngħatat parżjalment taħt in-numru 1714, iżda jien ninsab infurmat li l-istess risposta tapplika wkoll għall-pjanti li jidħlu fis suq lokali.
Kunsilli Lokali – xogħlijiet fuq ġonna u spazji pubbliċi
Question
Jista' l- Ministru jagħti tagħrif dwar liema xogħlijiet saru mill-kunsilli lokali tas-7, 9, 11, u 12-il distrett elettorali fil-lokalitajiet rispettivi individwali, lokal, lokal, bejn Ġunju 2012 u Mejju 2013, fil-ġonna u spazji pubbliċi oħra li hemm f'kull waħda minn dawn il-lokalitajiet? Jista' jindika jekk dawn il-ġonna humiex pubbliċi jew privati? Min wettaq dan ix-xogħol u kemm kienet l-ispiża?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar mingħand il-Kunsilli Lokali permezz ta’ ċirkolari elettronika maħruġa mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali u għaldaqstant tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
B'referenza għall-mistoqsija numru 1721, jista’ l-Ministru jgħid kemm ilha tinġabar din il-fee għall-court li kien imsemmi fit-tweġiba? Kemm huwa t-total tal-fee li nġabar tul il-perjodu minn meta bdiet tinġabar din il-fee ta' €50? Kemm hemm persuni jew għaqdiet li rreġistraw mal-Kunsill Malti għall-Isports sabiex jużaw din l-istess faċilità? X'maintenance sar fuq din il-faċilità, meta sar u kemm ġie jiswa? Jistgħu jpoġġu ritratti, jekk jeżistu, ta' kif kienet u kif saret il-faċilità wara tali maintenance? Jista’ l-Ministru jgħid kemm ilha tokkupa din il-kariga u kif intgħażlet il-persuna li hija l-manager tal-Kumpless Sportiv tal-Marsa?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Kunsill Malti għall-iSport introduċa ħlas għall-użu tal-court fil-Kumpless Sportiv tal-Marsa fl-2008. Kif ingħad fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 1721, f’Diċembru 2011 saret reviżjoni tal-ħlas. Minn meta saret ir-revizjoni u bdiet tinġabar il-fee ta’ €50 sal-lum inġabret is-somma ta’ €1,246.82. Il-maġġoranza ta’ dawk li ħallsu biex jużaw dawn il-courts huma aġenziji tal-ivjaġġar li ġabu timijiet barranin bħala turiżmu sportiv.
Individwi u għaqdiet sportivi ma jirreġistrawx mal-Kunsill Malti għall-Isport għall-użu ta’ faċilitajiet speċifiċi. Għalkemm l-użu tal-faċilitajiet sportivi b’rati sussidjati huwa wieħed mill-benefiċċji tal-għaqdiet sportivi li jirreġistraw mal-Kunsill Malti għall-Isport, tali għaqdiet sportivi u individwi li jirreġistraw mal-Kunsill Malti għall-Isport jagħmlu dan skont il-proviżjonijiet imsemmija f’Parti VII tal-Att dwar l-Isport (Kap 455). Fil-fatt illum il-KMS għandu aktar minn 400 għaqda, assoċjazzjoni u individwi reġistrati miegħu.
Bejn Novembru u Diċembru 2011 sar xogħol fuq dawn il-
courts
fosthom iż-żebgħa tal-art, tikħil u żebgħa oħra għat-taraġ, installazzjoni ta’ siġġijiet tal-plastik, u nżebagħ iċ-ċint tad-dawra. Il-materjal għal dan ix-xogħol sewa €3,184 u x-xogħol sar mill-ħaddiema tal-KMS.
Il-
Facility Manager
tal-Kumpless Sportiv tal-Marsa, ġie impjegat mal-Kunsill Malti għall-iSport fl-1 ta’ Novembru 2004 wara li saret sejħa u ġie magħżul wara li saru
interviews
.
Qatt ma ttieħdu ritratti qabel ma sar ix-xogħol f’dawn il-
courts
filwaqt li ritratti ta’ kif ġiet din il-faċilità qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 1183, jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu l-investigazzjonijiet u għal xiex huwa dovut dan id-dewmien?
Response (BRINCAT, LEO)
Filwaqt li napprezza l-interess tal-Onorevoli kollega, nista’ nassigurak li m’hemm l-ebda dewmien li mhux iġġustifikat dwar l-investigazzjoni. Id-dewmien huwa dovut biss għal fatt li hija x-xewqa tal-Ministeru li kull investigazzjoni ssir fil-fond u b’mod l-aktar professjonali u dettaljat minflok ma jsir xogħol tal-għaġġla. Il-Kamra ser tkun aġġornata fil-mument opportun.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni li fil-preżent qed jaħdmu mal-Kunsill Malti għall-Isport u li fil-leġiżlatura li għaddiet kienu f'xi ministeru? F'liema ministeru kienu, u meta daħlu u/jew ġew trasferiti mal-Kunsill?
Response (BARTOLO, EVARIST)
It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 1333, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm tenderers interessati u fejn kienu s-siti? Kemm kienet il-kirja f'kull każ? Min iddeċieda liema kirja tintgħażel? Jista' jgħid jekk kienx hemm postijiet tal-Gvern li ġew ikkunsidrati? Jista' jghid ukoll jekk sarux xi spejjeż fuq postijiet tal-Gvern bil-ħsieb li numru ta' impjegati jmorru hemm? Liema kien, jew kienu, dawn il-postijiet u kemm kienu l-ispejjeż f'kull każ? Jista' jgħid ukoll min iddeċieda li minflok isir sforz ħalli tinstab binja pubblika l-Gvern preċedenti jikri mingħand il-privat?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid x'użu għandha l-villa li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Kemm ilha mikrija din il-Villa u kemm huwa l-ħlas? Meta tiskadi din il-kirja? Kemm hemm ħaddiema fiha li qed jagħmlu użu minn din il-kirja? Min kien iddeċieda li l-Gvern preċedenti jikri din il-villa?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid x'użu għandha l-binja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Kemm ilha mikrija din il-binja u kemm huwa l-ħlas? Meta tiskadi din il-kirja? Kemm hemm ħaddiema fiha li qed jagħmlu użu minn din il-kirja? Min kien iddeċieda li l-Gvern preċedenti jikri din il-binja?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li d-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard għandu l-uffiċċju tiegħu f’parti mis-settur numru 5 tal-binja “The Emporium”, C. De Brockdorff Str. Msida.
Infurmat ukoll li dan l-uffiċju ilu mikri mill-5 ta’ Lulju 2005 u kien ġie deċiż wara sejħa pubblika. Il-kera għas-sena 2012-2013 kienet ta’ €46,164.74.
Il-kuntratt kien d’terminu sat-30 ta’Awissu 2018 pero l-aħħar sitt snin m’humiex marbutin. Bħalissa hemm 28 staff u tlett studenti li jaħdmu f’dan l-uffiċju.
Liċenzja tal-Mutur ‘A’ — applikazzjonijiet fl-uffiċċju ta’ Għawdex
Question
Peress li dawk li qed japplikaw għal-liċenzja tal-mutur A fl-uffiċċju ta’ Għawdex qed ikollhom ħafna diffikultajiet u qed jgħidulhom li l-applikazzjoni ma tistax tiġi pproċessata, jista’ l-Ministru jgħid għaliex qed jiġri dan?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li, sa ġimgħa ilu, wieħed ma setax japplika għall-kategorija “A” jekk ma kienx fil-pussess tal-kategorija “A2” għal perjodu ta’ sentejn jew aktar. Għalhekk, kien hemm numru ta’ applikanti li kellhom l-applikazzjoni tagħhom li ma’ setgħetx tiġi pproċessata minn Transport Malta.
Dan ir-regolament issa ġie mibdul permezz tal-Avviż Legali Numru 149 tal-2013 maħruġ fis-17 ta’ Mejju 2013, u li issa, fost oħrajn, jippermetti li applikant li għandu eta’ ta’ mill-anqas 24 sena jista’ japplika direttament mingħajr il-bżonn li jkollu l-kategorija “A2”. Dawk l-applikazzjonijiet pendenti issa se jinħadmu mill-aktar fis u l-applikanti ser jissejħu għat-test fi żmien 3 jew 4 ġimgħat.
Sptar Mater Dei — persuni trasportati mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex bil-helicopter
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li ġew trasportati bil-helicopter mill-Isptar Ġenerali t'Għawdex għall-Isptar Mater Dei f'dawn l-aħħar tliet xhur, jagħti l-età tal-persuna u r-raġuni għaliex ittieħdet l-Isptar Mater Dei?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni Għawdxin rikoverati fl-Isptar Mater Dei fuq medda tal-aħħar sitt xhur? F’liema ward kienu u kemm damu hemm kull wieħed u waħda separatament?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni Għawdxin li kellhom appuntamenti l-out patients l-Isptar Mater Dei f'dawn l-aħħar sitt xhur u għal liema servizz u jgħid kemm kien hemm appuntamenti li tħassru u ta' liema servizz?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.