Ħal Qormi – Triq l-Erba’ Qaddisin – zebra crossing
Question
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 21728 datata 15 ta’ Diċembru 2015 u 29180 datata 9 ta’ Diċembru 2016 rigward il-bżonn li ssir zebra crossing fi Triq L-Erba’ Qaddisin ġewwa Ħal Qormi fejn ġejt infurmat li ma kienx hemm talba mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi sabiex issir din iż-zebra crossing u għalhekk kienu bdew id-diskussjonijiet, jista' l-Ministru jara li dawn id-diskussjonijiet jiġu konklużi peress li issa għaddew iktar minn 13-il xahar minn meta bdew dawn id-diskussjonijiet?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kunsill Lokali ta’ Ħal-Qormi għarraf lil Transport Malta li approva talba sabiex issir Pedestrian Crossing fi Triq il-Kbira, fl-akwati msejħa Tal-Erba’ Qaddisin, eżatt qabel ir-roundabout. Ġaladarba Transport Malta tirċievi site-plan f’dan ir-rigward, tali talba tkun ikkonsidrata.
Sptar Mater Dei u Sptar Ġenerali t’Għawdex — sodod
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 28881 fejn il-Ministru qal li kull sodda fl-Isptar Mater Dei swiet medja ta' €874.40c kull lejl bejn l-2012 u l-2015, jista’ l-Ministru jgħid kemm hija kkalkulata li swiet kull sodda fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex kull sena fl-aħħar sitt snin? X’tinkludi din l-ispiża?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2016, in-nefqa għal kull sodda kull lejl fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex kienet ta’€636.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 26091 li saret sitt xhur ilu u li fiha l-Ministru kien qal li l-Gozo Channel għaddejja bit-taħdidiet biex tinstab soluzzjoni bejn il-partijiet kollha konċernati biex ikun hemm servizz ta’ ġarr ta' merkanzija bejn l-Imġarr u ċ-Ċentru ta’ Malta, jista’ issa l-Ministru jgħid jekk instabitx is-soluzzjoni, issa li għaddew sitt xhur? Meta se jerġa’ jibda s-servizz tal-merkanzija bejn l-Imġarr u l-port ta' Marsamxett jew il-Port il-Kbir issa li ilu wieqaf sena?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 26091.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26262 u 25829, issa li ilhom pendenti aktar minn tmien xhur u jgħid min huma l-konsulenti li għandu fil-Ministeru tiegħu jew fid-Dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu fid-data tal-31 ta' Mejju 2016? X'irwol għandu kull konsulent u kemm hu s-salarju ta' kull konsulent? X'perkaċċi oħra barra s-salarju għandu kull konsulent?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 27453
Principal mas-Servizz Pubbliku – eżami, interview u appointment
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm qagħdu persuni għall-eżami ta’ Principal mas-Servizz Pubbliku u kemm għaddew minnhom? Kemm minn dawk li għaddew mill-eżami sal-lum, issejħu għall-interview? Kemm minn dawk li għaddew mill-eżami sal-lum, ingħataw l-appointment ta’ Principal mas-Servizz Pubbliku?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab infurmat li ħames mija u disgħa u ħamsin (559) persuna qagħdu għall-eżami, filwaqt li tnejn u erbgħin (42) kienu assenti (Total 601).
Minn dawk li qagħdu għall-eżami, mitejn u ħamsa u tmenin (285) ġabu l-marka minima indikata fis-sejħa għall-applikazzjonijiet.
Il-proċess tal-għażla għadu għaddej u dan jinvolvi li jiġu mgħajjta għall-intervista skont kemm applikant ġab marki fl-eżami b’ordni ta’ mertu skont il-parametri tal-ftehim mal-unions konċernati.
Skrivani mas-Servizz Pubbliku – eżami, interview u appointment
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm qagħdu persuni għall-eżami ta’ Skrivan mas-Servizz Pubbliku u kemm għaddew minnhom? Kemm minn dawk li għaddew mill-eżami sal-lum, issejħu għall-interview? Kemm minn dawk li għaddew mill-eżami sal-lum, ingħataw l-appointment ta’ Skrivan mas-Servizz Pubbliku?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab infurmat li elf u tnax-il (1,012) persuna qagħdu għall-eżami, filwaqt li mija u ħamsa u għoxrin (125) kienu assenti (Total 1,137).
Minn dawk li qagħdu għall-eżami, disa’ mija u tlieta u għoxrin (923) ġabu l-marka minima indikata fis-sejħa għall-applikazzjonijiet.
Il-proċess tal-għażla għadu għaddej u dan jinvolvi li jiġu mgħajjta għall-intervista skont kemm applikant ġab marki fl-eżami b’ordni ta’ mertu skont il-parametri tal-ftehim mal-unions konċernati.
Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur – European Consumer Summit – interventi taċ-Chairperson
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28534 rigward il-European Consumer Summit li attenda ċ-Chairperson fi Brussel f’Ġunju 2015, tista’ l-Ministru tgħid għal liema seminars organizzati fi ħdan l-imsemmi Summit iċ-Chairperson attenda?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li s-seminars saru fl-istess ħin. Iċ-Ċhairpesron tal-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur attenda “Consumer Information in the Digital Market”.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28923 rigward deċiżjonijiet meħuda mit-Tribunal għat-Talbiet tal-Konsumatur li ma ġewx onorati minn Marzu 2013, tista’ l-Ministru tgħid, għal kull każ elenkat, kemm minn dawk id-deċiżjonijiet ġew appellati?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata fir-rigward tal-lista mogħtija fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28923, l-ebda deċiżjoni ma ġiet appellata.
Tribunal tal-Appell tal-Kompetizzjoni u tal-Konsumatur — każijiet
Question
Tista’ l-Ministru telenka, wieħed wieħed, il-każijiet kollha li ġew mismugħa quddiem it-Tribunal tal-Appell tal-Kompetizzjoni u tal-Konsumatur minn mindu dan it-tribunal twaqqaf?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-każijiet huma;
· Melita Mobile Limited vs Direttur Għall-Affarijiet tal-Konsumatur
· Benny Borg Bonello nomine vs Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur u Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur)
· Melita Plc (C 12715) vs Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur)
· Melita Plc (C 12715) u Melita Mobile Limited (C 35794) et vs Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur)
· Ufficcju ghall-kompetizzjoni Gusta vs Korporazzjoni Enemalta et
· Onorevoli Joe Mizzi vs Ufficcju ghall-Kompetizzjoni
· Malta Bargains Limited (Uk) Vs Awtorita' Tat-Turizmu Ta' Malta Et
· Liquigas (Malta) Limited Vs Ufficcju Ghall-KompetizzjoniU Communications Limited Vs Ufficcju Ghall-Kompetizzjoni
· Miqna Systems Limited u MaltaTicket.com Limited vs Ufficju ghall-Kompetizzjoni wara l-ilment tal-istess Miqna Systems Limited
· Datastream Limited Vs Camline Internet Services Limited
· Imnara Limited Vs Ufficcju Ghall-Kompetizzjoni Ufficcju Ghall-Kompetizzjoni Vs Korporazzjoni Enemalta Wara L-Ilment Ta' Attard Services Et
· Falzon Group Holdings Limited (C1731) Et Vs Direttur Generali (Kompetizzjoni)
· A.a.j.e. Abela Brothers Partnership Et Vs Ufficju Ghall-Kompetizzjoni wara l-Ilment Ta' Carmelo Meli L
· Federated Association Of Travel And Tourism Agents Vs Deutsche Lufthansa Ag(Malta) Et
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28920 peress li ma kontx staqsejt jekk ġewx ippubblikati l-business plans tal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur imma staqsejt biex dawn jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra, tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dawn il-business plans? Tista’ tikkonferma li dawn il-business plans saru minn Marzu 2013 ‘l hawn? Jekk dawn ma sarux, tista’ tgħid għaliex dawn ma sarux?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-business plan li għandha l-Awtorita’ għal perjodu 2014-2016.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28919, tista’ l-Ministru tgħid, għal kull entità li hemm fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur kienx sar xi Memorandum of Understanding, jew xi forma ta’ ftehim ieħor, ma’ awtoritajiet oħra? Jekk iva, tista’ għal kull entità, telenka meta ġie ffirmat tali ftehim u ma liema Awtorità?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li m'hemm l-ebda Memorandum of Understanding, jew xi forma ta’ ftehim ieħor, bejn awtoritajiet oħra u l-entitajiet f’ħdan l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur.
Direttur Ġenerali – talbiet għall-ħruġ ta’ interim measures
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28918, tista’ l-Ministru tgħid kemm-il interim measure ħareġ id-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) abbażi ta’ investigazzjonijiet li saru ex officio?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li d-Direttur Ġenerali ma ħareġ l-ebda interim measure abbazi ta’ investigazzjoniet li saru ex ufficio.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li qiegħed fuq il-Board of Governors hux l-istess individwu li ġie appuntat fuq it-Tribunal ta’ Appell għall-Kompetizzjoni u Konsumatur? Jekk iva, tarax li jista’ jkun hemm problemi ġaladarba dan l-individwu hu membru kemm tal-Board of Governors tal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) kif ukoll tal-istess Tribunal li allura jisma’ u jiddeċiedi appelli minn deċiżjonijiet meħuda minn direttorati f’ħdan l-istess MCCAA?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-isem tal-persuna tħalla fuq il-lista bi zvista. Bħalissa għaddej il-proċess biex jitneħħa l-isem minn fuq it-Tribunal.