Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #32238 Sitting 502 2017-04-04 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

Università ta’ Malta — studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa t-total ta’ studenti li qed isegwu korsijiet fl-Università ta’ Malta fil-preżent? Kemm minnhom qed isegwu korsijiet full time u kemm qed isegwu korsijiet fuq bażi part-time? Kemm minn dan it-total huma studenti ta’ nazzjonalita barranija? Jista' l-Ministru jgħid kemm ħallsu l-istudenti barranin għall-korsijiet li segwew fl-Università ta’ Malta fl-aħħar 10 snin, sena b’sena?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li t-tagħrif dwar in-numru ta’ studenti li qed isegwu korsijiet fl-Università ta’ Malta fil-preżent, skont il-metodu ta’ attendenza u kemm minnhom huma ta’ nazzjonalità barranija, huwa kif muri fit-tabella hawn taħt: Metodu t’Attendenza Maltin/EU /non-EU Total Full-Time EU/EEA 438 Maltin 7867 non-EU/EEA 433 Part-Time EU/EEA 99 Maltin 2783 non-EU/EEA 33 Total 11653 Id-dħul mill-miżati tal-istudenti barranin (EU u mhux-EU) mis-sena akkademika 2008/9 ‘il quddiem huwa kif ġej: Sena Akkademika € 2008/09 1,517,095 2009/10 2,214,106 2010/11 3,469,006 2011/12 4,007,965 2012/13 4,080,381 2013/14 4,028,736 2014/15 4,392,176 2015/16 5,050,913 2016/17 2,905,144 — għall-ewwel semestru biss
Leg 12 PQ #32252 Sitting 502 2017-04-04 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Raħal Ġdid — Ġnien il-Meditteran - arbli tad-dawl

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31774 jista' l-Prim Ministru jara li jsir xogħol ta' żebgħa peress li jinsabu kollha sadid?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat mill-Enemalta plc li bħala parti mill-ħidma kontinwa tal-Kumpanija biex ittejjeb il-kwalita’ tas-servizzi tagħha u ssaħħaħ is-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku, qed jiġi ppjanat xogħol li permezz tiegħu dawn l-arbli jkunu jistgħu jitneħħew fiż-żmien li ġej.
Leg 12 PQ #32253 Sitting 502 2017-04-04 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Arretrati

Question

B'refernza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31701, jista' l-Ministru jara li jsir kuntatt peress li jidher li għadu ma ġiex ikkuntattjat?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuna msemmija minnu ġiet ikkuntattjata diġa.

Awtorità tad-Djar — Sussidju - każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward sussidju mill-Awtorità tad-Djar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ imsemmi minnu ngħata l-attenzjoni meħtieġa.
Leg 12 PQ #32255 Sitting 502 2017-04-04 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Mistura Risperdal 1mg

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31706, jista' l-Ministru jara peress li persuna li kienet tieħu Risperdal 1mg u kienet taħdem fuqha, issa, peress li l-Gvern qed jagħtiha Risperidone mhux taħdem u qiegħda tixtri personalment ir-Risperdal 1mg?

Response (FEARNE, CHRIS)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31706 ninfurmah ukoll illi l-mistura Risperidone hija ugwali tal-mistura Risperdal u għalhekk dawn jintużaw għal istess trattament.

Problema f’dar – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward problema fid-dar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ imsemmi minnu ngħata l-attenzjoni meħtieġa.

Applikazzjoni għal-lift – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward jekk kienx hemm applikazzjoni biex isir lift fil-komun? Jista’ l-Ministru jgħid jekk kien hemm applikazzjoni fejn waslet u kif għadu ma sar xejn?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ imsemmi minnu ngħata l-attenzjoni meħtieġa.

Heritage Malta — Heads u CEO – objectives

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-objectives abbinati mal-Heads u s-CEO ta' Heritage Malta abbinati mas-sena 2017?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-objectives huma meqjusa bħala data personali u għaldaqstant, din l-informazzjoni ma tistax tingħata.

Heritage Malta — Heads u CEO – objectives

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-objectives abbinati mal-Heads u s-CEO ta' Heritage Malta għas-sena 2016? Jista' jgħid kemm minn dawn l-objectives inħolqu b'mod individwali u b'liema persentaġġ?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-objectives huma meqjusa bħala data personali u għaldaqstant, din l-informazzjoni ma tistax tingħata.

Heritage Malta – ħwienet – stokk mormi jew written off

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' stokk (li jinbiegħ mill-ħwienet ta' Heritage Malta) li ġie mormi jew written-off għas-snin 2014, 2015 u 2016? Jista' jgħid x'kien il valur ta' dan l-istokk mormi?

Response (BONNICI, OWEN)

Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Heritage Malta – Dipartiment tar-Riżorsi Umani

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex id-Dipartiment tar-Riżorsi Umani fi ħdan Heritage Malta m'għadux jinforma lill-ħaddiema biċ-ċaqlieq intern li jsir kultant żmien b'mod regolari? Ma jaħsibx li jkun iktar trasparenti li din il-prassi terġa’ ssir iktar spissa, sabiex tiġi mħarsa s-sigurtà ġewwa l-postijiet fejn hemm partijiet mill-kollezzjoni nazzjonali?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li ċirkularijiet simili jiġu ppubblikati b’mod regolari kull meta jkun hemm informazzjoni rilevanti x’tiġi rrapurtata. L-aħħar informazzjoni ġiet iċċirkolata fi Frar 2017.

Heritage Malta – reklamar fuq electronic billboards

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex Heritage Malta tippermetti reklamar fuq electronic billboards li mhux dejjem ikunu qed jiffunzjonaw sew? Ma jaħsibx il-Ministru li dan qed jitfa’ dawl ikrah fuq l-Aġenzija u x-xogħol tant siewi li qed isir?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li r-reklamar imsemmi huwa pprovdut mingħajr ħlas bħala parti minn ftehim ta’ patrunaġġ. Huwa normali li apparat bħal dan jista’ jiżviluppa xi ħsarat tekniċi kull tant żmien.

Heritage Malta – xiri ta’ defibrillators

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 29308, ma jaħsibx il-Ministru li kien ikun iktar għaqli kieku Heritage Malta xtraw defibrillators biex jiġu użati f'każ ta' emerġenza, minflok tdan il-bieb bla bżonn?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-bieb imsemmi kien importanti għax-xogħol ta’ Heritage Malta.

Triq matul il-bajja tax-Xemxija — xogħolijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jsir ix-xogħol neċessarju fuq it-triq matul il-bajja tax-Xemxija li għandha ħsarat pjuttost kbar?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika l-parti tat-triq matul il-bajja li għaliha qiegħed jagħmel referenza.
Leg 12 PQ #32371 Sitting 502 2017-04-04 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għal Għawdex

Bdiewa Għawdxin – ġarr ta’ prodotti agrikoli lejn il-pitkalija ta’ Malta

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm bdiewa Għawdxin qed jingħataw għajnuna biex iġorru l-prodotti agrikoli tagħhom lejn il-pitkalija f’Malta?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li hemm 32 bidwi li qed jingħataw għajnuna biex iġorru l-prodotti agrikoli tagħhom lejn il-Pitkalija f’Malta. Din l-istatistika tgħodd għas-sena 2016.
Leg 12 PQ #32372 Sitting 502 2017-04-04 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — raħħala

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm raħħala f'Għawdex u ta’ liema bhejjem?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif tidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #32420 Sitting 502 2017-04-04 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għas-Saħħa

Qasam tas-saħħa mentali – ħlas lil GPs għas-servizz li jagħtu lil pazjenti bi problema ta’ saħħa mentali fil-komunità

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 23333, jista’ l-Ministru jgħid x’qiegħed jagħmel biex isaħħaħ is-servizzi fil-komunità għall-persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali? Jista’ jgħid jekk intlaħaqx xi ftehim mat-tobba li jispeċjalizzaw fil-kura psikjatrika biex jagħtu kura professjonali lil dawn il-pazjenti fi djarhom?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-gvern qiegħed f’diskussjonijiet mal-istake holders sabiex tkompli tissaħħaħ l-iskema fejn tobba privati jaraw pazjenti bi bżonnijiet ta’ kura mentali fil-komunita’ għas-spejjeż tal-gvern. Id-Dipartiment tas-Saħħa qiegħed ukoll jaħdem ma’ NGO sabiex tinfetaħ hostel oħra għal pazjenti nisa fil-komunita’.
Leg 12 PQ #32421 Sitting 502 2017-04-04 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għas-Saħħa

Programm ta’ Ħbiberija f’Servizzi tas-Saħħa Mentali

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 19042, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Programm ta’ Ħbiberija f’Servizzi tas-Saħħa Mentali huwiex qed jiffunzjona? Jekk iva, kemm hemm persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali li qed jirċevuh u jekk hemmx xi waiting list?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Programm ta’ Ħbiberija f’Servizzi tas-Saħħa Mentali qiegħed jiffunzjona b’suċċess u b’kollox hemm 12 il-service user.

Taħriġ professjonali lill-għalliema — Studenti b’nuqqas ta’ saħħa mentali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx taħriġ professjonali lill-għalliema tal-iskejjel dwar is-sintomi li jista’ jkollhom studenti li jbatu minn nuqqas ta’ saħħa mentali f’dawn l-aħħar tliet snin? Jekk sar dan it-taħriġ f’liema skejjel sar dan it-taħriġ u meta sar?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat mid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi u l-Institute for Education li t-tagħrif mitlub mill-Onor. interpellant hu kif muri fiż-żewġ listi li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, kif se nsemmi: Lista 'A' - Direttorat għal Servizzi Edukattivi Lista 'B' - Institute for Education.

Skejjel — Assenteiżmu

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 30130, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet il-multa li weħlu l-1,147 ġenitur li naqsu li jibagħtu lil uliedhom l-iskola fis-sena 2015 – 2016 u jekk dawn il-multi ġewx imħallsa?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. interpellant li l-Ministeru tiegħi ma joħroġx ċitazzjonijiet. Infurmat li l-informazzjoni dwar ġenituri ta' tfal li abitwalment jassentu ruħhom mill-iskola tgħaddi għand il-Local Enforcement System (LES). Għaldaqstant, nitlob lill-Onor. interpellant biex jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.