Jista' l-Ministru jispjega lill-Parlament x'kien l-eżitu tal-laqgħa li kellu fil-bidu ta' dan ix-xahar mal-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea l-Kummissarju Olli Rehn? Wara din il-laqgħa kemm hu fiduċjuż il-Ministru li rnexxielu jikkonvinċi lill-Kummissjoni Ewropea biex tbiddel il-forecast tagħha u tiddikjara li d-deficit għal din is-sena se jkun ta' 2.7% kif proġettat mill-Ministru fil-baġit u mhux 3.7% kif proġettat mill-istess Kummissjoni Ewropea?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-eżitu tal-laqgħa se jkun rifless fir-rapport tal-Kummissjoni dwar l-artiklu 126(3) tat-trattat li jiġi ippubblikat fid-29 ta' Mejju 2013.
Tista' l-Ministru tgħid preżentement kemm hemm pensjonanti li qed jaħdmu full-time u/jew part-time u li fl-istess ħin mhux qed jitilfu xejn mill-pensjoni tagħhom per konsegwenza ta' miżura li kien introduċa l-Gvern ftit tas-snin ilu?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi skont l-informazzjoni li għandu għad-dispożizzjoni tiegħu d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, in-numru ta’ pensjonanti li qed jaħdmu full-time u/jew part-time u li fl-istess ħin mhux qiegħed jitnaqqsilhom xejn mill-pensjoni tagħhom hu ta’ 10,171.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — membri tal-bordijiet
Question
Tista' l-Ministru tgħid min huma l-membri tal-bordijiet tal-awtoritajiet u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Xi kwalifiki għandu kull membru? X'esperjenza jew expertise għandu kull membru relatata mas-settur fejn ġie ingaġġat bħala membru ta’ bord? F'każ li m'għandhom l-ebda esperjenza relatata, x'kienu l-kriterji li fuqhom intgħażlu dawn il-membri?
Response (DALLI, HELENA)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Numru 1379.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — membri tal-bordijiet - remunerazzjoni u benefiċċji
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-onorarja, allowances u perks oħra li għandu kull membru tal-bord u chairperson fl-awtoritajiet u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha?
Response (DALLI, HELENA)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Numru 1380.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — Membri tal-Bordijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-bordijiet tal-awtoritajiet u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Xi kwalifiki għandu kull membru? X'esperjenza jew expertise għandu kull membru relatata mas-settur fejn ġie ingaġġat bħala membru ta’ bord? F'każ li m'għandhom l-ebda esperjenza relatata, x'kienu l-kriterji li fuqhom intgħażlu dawn il-membri?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninsab infurmat li l-proċess ta’ ħatriet fuq bordijiet governattivi għadu għaddej u l-informazzjoni dwar il-kompożizzjoni tal-bordijiet il-ġodda qed titħabbar gradwalment. Nassigura lill-Onorevoli Membru li l-kriterji li fuqhom qed jintgħażlu l-membri huma l-istess li kienu taħt l-amministrazzjoni preċedenti, bid-differenza li issa qed jiġu osservati.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — membri tal-bordijiet - remunerazzjoni u benefiċċji
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-onorarja, allowances u perks oħra li għandu kull membru tal-bord u chairperson fl-awtoritajiet u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Segretarju Parlamentari għall-Kompetittività u Tkabbir Ekonomiku — Membri tal-Bordijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-bordijiet tal-awtoritajiet u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tas-Segretarju Parlamentari tiegħu? Xi kwalifiki għandu kull membru? X'esperjenza jew expertise għandu kull membru relatata mas-settur fejn ġie ingaġġat bħala membru ta’ bord? F'każ li m'għandhom l-ebda esperjenza relatata, x'kienu l-kriterji li fuqhom intgħażlu dawn il-membri?
Segretarju Parlamentari għall-Kompetittività u Tkabbir Ekonomiku — membri tal-bordijiet - remunerazzjoni u benefiċċji
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-onorarja, allowances u perks oħra li għandu kull membru tal-bord u chairperson fl-awtoritajiet u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tas-Segretarju Parlamentari tiegħu?
Ministeru għall-Enerġija u l-Konservazzjoni tal-Ilma – kuntratti ta’ security guards
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra bil-lista ta’ kuntratti ta’ servizzi ta’ sigurtà (security guards/officers) li huma in vigore fil-Ministeru u l-entitajiet li huwa responsabbli minnhom u li r-rata komputata fis-siegħa hija ta’ anqas minn €5.66 eskluża l-VAT?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni tingħata f'seduta oħra.
Ministeru għas-Saħħa– kuntratti ta’ security guards
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra bil-lista ta’ kuntratti ta’ servizzi ta’ sigurtà (security guards/officers) li huma in vigore fil-Ministeru u l-entitajiet li huwa responsabbli minnhom u li r-rata komputata fis-siegħa hija ta’ anqas minn €5.66 eskluża l-VAT?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali – kuntratti ta’ security guards
Question
Tista’ l-Ministru tinforma lill-Kamra bil-lista ta’ kuntratti ta’ servizzi ta’ sigurtà (security guards/officers) li huma in vigore fil-Ministeru u l-entitajiet li hija responsabbli minnhom u li r-rata komputata fis-siegħa hija ta’ anqas minn €5.66 eskluża l-VAT?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili – kuntratti ta’ security guards
Question
Tista’ l-Ministru tinforma lill-Kamra bil-lista ta’ kuntratti ta’ servizzi ta’ sigurtà (security guards/officers) li huma in vigore fil-Ministeru u l-entitajiet li hija responsabbli minnhom u li r-rata komputata fis-siegħa hija ta’ anqas minn €5.66 eskluża l-VAT?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor Interpellant li dan il-Ministeru, inklużi wkoll l-entitajiet li jaqgħu taħtu, m'għandhom ebda kuntratt ta' servizz ta' sigurtà.
Ministeru għal Għawdex – kuntratti ta’ security guards
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra bil-lista ta’ kuntratti ta’ servizzi ta’ sigurtà (security guards/officers) li huma in vigore fil-Ministeru u l-entitajiet li huwa responsabbli minnhom u li r-rata komputata fis-siegħa hija ta’ anqas minn €5.66 eskluża l-VAT?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-Ministeru għal Għawdex m'għandu l-ebda kuntratt ta' servizzi ta' sigurtà. Il-Ministeru għal Għawdex jagħmel użu minn tali servizzi permess ta' offerta maħruġa mid-Divizjoni tal-Qrati f'Malta.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' veterinarji li preżentement huma impjegati mad-dipartimenti kkonċernati taħt il-Ministeru għall-Ambjent?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lil Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li n-numru ta’ veterinarji fid-Direttorat tar-Regolazzjoni Veterinarji fi ħdan id-Dipartiment għar-Regolazzjoni Veterinarja u Saħħa tal-Pjanti taħt il-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u Tibdil fil-Klima huwa ta’ tmintax-il veterinarju, li wieħed minnhom huwa mpjegat tal-Ministeru għal Għawdex.
Ninsab infurmat ukoll li flimkien mat- tmintax il-veterinarju, hemm tnejn veterinarji oħra illi persuna minnhom qiegħed fuq ‘leave’ fit-tul bla ħlas u persuna oħra qiegħda fuq ‘parental leave’. Hemm ukoll żewġ uffiċjali fi skala 5, Direttur u Direttur Ġenerali li bi professjoni huma Veterinarji.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru hux qed jikkoordina xi proġetti partikolari dwar l-agrikoltura, flimkien mal-pajjiżi l-oħra membri fil-5+5?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lil Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li ma ġewx varati proġetti fi ħdan il-proċess 5+5 fil-qasam agrikolu. L-aħħar laqgħa li saret kienet f’Jannar 2012 fl-Alġerija.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġew preżentati mandati ta’ deskrizzjoni fis-snin 2009, 2010, 2011 u 2012 quddiem l-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta hija kif ġejja:
Sena
Mandati ta' Deskrizzjoni
Malta Għawdex
2009
7 2
2010
5 0
2011
7 4
2012
6 2
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġew preżentati mandati ta’ sekwestru fis-snin 2009, 2010, 2011 u 2012 quddiem il-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta hija kif ġejja:
Mandati ta' Sekwestru
Sena Malta Għawdex
2009 833 60
2010 814 57
2011 700 48
2012 789 50
Qorti Ċivili — bejgħ in subbasta ta’ proprjetà immobbli
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġew preżentati rikorsi għall-bejgħ in subbasta ta’ proprjetà immobbli fis-snin 2009, 2010, 2011 u 2012 quddiem il-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili? Jista’ jinforma wkoll kemm minnhom ġew magħluqa u kemm għadhom pendenti?
Response (MALLIA, EMANUEL)
In-numru ta’ rikors għal bejgħ in subbasta ta’ proprjetà immobbli fis-snin 2009, 2010, 2011 u 2012 quddiem il-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili għal Malta u Għawdex huwa kif ġej:
*Dawn l-ammonti jirreferu biss għal dawk is-subbasti li ġew reġistrati fis-sena li tirreferi għalihom, u cioѐ, m’hemmx inkluż subbasti li ġew magħluqa u li kienu pendenti minn snin ta’ qabel.
Qorti Ċivili — bejgħ in subbasta ta’ proprjetà mobbli
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġew preżentati rikorsi għall-bejgħ in subbasta ta’ proprjetà mobbli fis-snin 2009, 2010, 2011 u 2012 quddiem il-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili? Jista’ wkoll jinforma kemm minnhom ġew magħluqa u kemm għadhom pendent?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għall-mistoqsija parlamentari numru 1738.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — membri tas-segretarjat
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 838, jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm, mit-tmien messaġġiera fis-segretarjat ġew impjegati minn barra s-servizz pubbliku?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li fis-segretarjat tiegħi hemm ħames messaġġiera. 4 kienu ingaġġati minn barra s-servizz pubbliku.