Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Affarijiet Barranin – kuntratti ta’ security guards

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra bil-lista ta’ kuntratti ta’ servizzi ta’ sigurtà (security guards/officers) li huma in vigore fil-Ministeru u l-entitajiet li huwa responsabbli minnhom u li r-rata komputata fis-siegħa hija ta’ anqas minn €5.66 eskluża l-VAT?

Response (VELLA, GEORGE)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-entitajiet li huwa responsabbli minnhom m'hawn ebda kuntratt ta' servizzi ta' sigurtà li huma in vigore.

Konsolat Malti fil-Libja — sigurtà

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra x'passi ta' sigurtà ġew meħuda fir-rigward tal-konsolat Malti ġewwa Bengażi fil-Libja?

Response (VELLA, GEORGE)

Il-Konsolat Malta huwa lokat temporarjament fil-Hotel Tibesti. Il-hotel Tibesti għandu s-servizz ta' sigurtà tiegħu li dan l-aħħar ġie imsaħħaħ. Fl-istess ħin l-awtoritajiet Libjani qed jipprovdu servizz ta' sigurtà speċjali ħdejn il-konsolat Malti, li jinstab fl-ewwel sular tal-hotel. Qegħdin insegwu b'attenzjoni kbira l-iżviluppi f'Benghazi kif ukoll f'partijiet oħra tal-Libja. Jekk jinħoloq il-bżonn aħna lesti biex l-istaff Malti jiġi rtirat minnufih lejn post aktar żgur. Sa issa ma jinħassx dan il-bżonn.

Assistenza lill-Gvern Libjan

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma l-Kamra x'passi ġew meħuda f'dawn l-aħħar xahrejn fit-tisħiħ u assistenza tal-poplu Libjan mill-Gvern?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Il-gvern jinsab f'kuntatt kontinwu mal-gvern Libjan u lest li joffri l-assistenza kollha loġistika u umanitarja mitluba. L-Onorevoli Interpellant japprezza li d-dettalji għandhom ċertu sensittività iżda jista' jaċċerta ruħu li l-għajnuna kollha mitluba tingħata.

Xiri ta’ elettriku u gass

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 752, peress li l-Gvern se jkun qed jixtri elettriku u gass, AL65/2013 japplika jew le?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-avviż legali msemmi ma japplikax għaliex il-gvern se jkun qed jixtri elettriku u gass.
Leg 12 PQ #1791 Sitting 23 2013-05-28 Oral · Final From: GEORGE PULLICINO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tas-Sliema — promenade - Kiosks

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-kiosks li hemm tul il-promenade ta’ Tas-Sliema humiex josservaw l-ispazju mogħti lilhom mill-Gvern u humiex konformi mal-permessi maħruġa mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għal daqstant it-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Power station il-ġdida — Special Purpose Vehicle

Question

B’referenza għall-artiklu tat-Times of Malta – How Enemalta plans to keep its power station timeline u peress li skont il-Ministru nnifsu l-EOI ħalliet l-options kollha miftuħa u ebda teknoloġija mhu se tkun magħrufa qabel jintgħażel il-kuntrattur u peress li l-applikazzjoni lill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar trid tkun speċifika fuq it-teknoloġija u l-footprint tal-proġett, jista’ l-Ministru jispjega fuq liema teknoloġija l-ispecial purpose vehicle se tapplika għall-permessi ambjentali u permessi oħra jekk il-kuntrattur li se jibni l-power station ikun għadu ma ntagħżilx?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-onorevoli Interpellant illi l-alternattivi kollha tħallew miftuħa fl-EOIC biex ikollna idea cara mill-bidders infushom dwar l-aqwa soluzzjoni possibbli fis-suq. Il-bidders se jkollhom l-opportunità biex jagħżlu l-aktar teknoloġija avvanzata li teżisiti fil-parametri rikjesti mill-Enemalta. Parametri li jkunu magħrufa aktar tard.

Systems of Knowledge — eżami

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk irriżultax li fil-karta tal-eżami tal-livell Avvanzat fis-Systems of Knowledge kien hemm mistoqsija fejn il-verżjoni tagħha bl-Ingliż u dik bil-Malti ma kenux qed jitolbu l-istess informazzjoni, ċjoè ż-żewġ verżjonijiet ma kenux jiftiehmu l-istess? Jekk iva, jista’ jgħid x'passi se jittieħdu biex l-istudenti ma jbatux dan l-iżball min-naħa ta’ min issettja l-karta?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija ghall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 1524. Nixtieq ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-eżami tas-Systems of Knowledge jiġi offrut fil-livell intermediate biss.

Reinstatment ta’ pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il pulizija ġie reinstated mill-10 ta' Marzu sal-lum? Jista' jagħti d-dettalji ta' min huma dawn il-persuni u fejn ġew stazzjonati?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-10 ta’ Marzu sal-21 ta’ Mejju ta’ din is-sena, kien hemm żewg membri tal-Korp li ġew reinstated. Bħalissa ninsabu fil-proċess li jiġu eżaminati diversi talbiet oħra ta’ reinstatement. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ma nħossx li dettalji personali fuq il-membri tal-Korp tal-Pulizija u dwar l-operat tal-istess Korp, għandhom ikunu ppubblikati.
Leg 12 PQ #1827 Sitting 23 2013-05-28 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Management Efficiency Unit – organisational structure

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-organisational structure sħiħa tal-Management Efficiency Unit kif ukoll il-lista sħiħa tal-impjegati tal-istess entità? Jista’ jagħti wkoll il-grad u d-dettalji sħaħ tar-remunerazzjoni ta’ kull impjegat/a?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

B’referenza għall-mistoqsija tal-Onor. Interpellant, qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, l-organisational structure sħiħa tal-Management Efficiency Unit, kif ukoll il-lista sħiħa tal-impjegati tal-istess entità bil-grad u d-dettalji sħaħ tar-remunerazzjoni tagħhom.
Leg 12 PQ #1828 Sitting 23 2013-05-28 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Artijiet u Uffiċċju konġunt – organisational structure

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-organisational structure sħiħa tad-Dipartimenti tal-Artijiet u l-Uffiċċju Konġunt kif ukoll il-lista sħiħa tal-impjegati tal-istess Dipartimenti? Jista’ jagħti wkoll il-grad u d-dettalji sħaħ tar-remunerazzjoni ta’ kull impjegat/a?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-organisational structure sħiħa tad-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern li taħtu jaqgħu kemm id-Dipartiment tal-Artijiet kif ukoll l-Uffiċċju Konġunt u l-kumplament tad-Direttorati l-oħra. Dwar in-numru ta’ impjegati fi ħdan id-Dipartiment bil-gradi u r-remunerazzjoni tagħhom, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel referenza għal paġni 396 sa 401 tal-Estimi Finanzjarji għas-sena 2013.

Reġistru tal-Artijiet — Organisational Structure

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Kamra l-organisational structure sħiħa tar-Reġistru tal-Artijietkif ukoll il-lista sħiħa tal-impjegati tal-istess Dipartiment? Jista’ jagħti wkoll il-grad u d-dettalji sħaħ tar-remunerazzjoni ta’ kull impjegat/a?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni se titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #1830 Sitting 23 2013-05-28 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kumitat għal għażliet tas-Senior Appointments — kompożizzjoni

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kif inhu kompost il-Kumitat li jagħmel l-għażliet tas-senior appointments fis-Servizz Pubbliku?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Kumitat Konsultattiv għall-Senior Appointments huwa kompost kif gej:- Chairman Is-Sur Mario Cutajar, Segretarju Permanenti Ewlieni Membri Is-Sur Mark Musu, Segretarju Permanenti (Familija u Solidarjeta’ Soċjali) Is-Sinjura Joyce Dimech, Segretarju Permanenti (Għawdex) Is-Sur Phelim Cavlan, Occupational Psychologist
Leg 12 PQ #1831 Sitting 23 2013-05-28 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku – ħatriet minn skala 5 'il fuq

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti l-lista sħiħa ta’ ħatriet li saru fis-Servizz Pubbliku minn Skala 5 'il fuq mill-11 ta’ Marzu 2013 sal-lum?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 12 PQ #1832 Sitting 23 2013-05-28 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA – Business Plan u Baġit 2013

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-business plan u l-baġit għas-sena 2013 tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA)?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita’ tal-Ambjent u l-Ippjanar għandha funzjoni regolatorja b’tali li l-operat tagħha huwa iddettat strettament minn liġijiet approvati (inkluż, primarjament iżda mhux esklussivament, il-Liġi dwar L-Ambjent u l-Ippjanar Att nr. X ta’ 2010), kif ukoll il-pjanijiet u policies li isarrfu f’mandat u obbligu fuq il-MEPA li tirregola. Fost oħrajn, id-Direttorat ta’ l-Ambjent jimxi fuq l-azzjonijiet alenkati fil-Politika Nazzjonali ta’ L-Ambjent, il-bosta liġijiet li jirriflettu l-obbligi ta’ l-Unjoni Ewropeja u li jagħrfu l-MEPA bħala l-Awtorità kompetenti, u l-Konvenzjonijiet Internazzjonali li jsejjħu lil MEPA biex twettaq dak li Malta hija firmatarju għalih. Id-Direttorat tal-Ippjanar obbligat li jimxi fuq il-Pjan ta’ Struttura, il-Pjani Lokali u l-bosta pjanijiet ta’ azzjoni u sussidjarji; L-operat finanzjarju huwa regolat, fost oħrajn, minn Legal Notices li jistabbilixxu ħlasijiet dovuti minn applikazzjonijiet u multi kif ukoll mis-sottevenzjoni li hi stabbilita mill-Gvern Ċentrali. Lil hinn minn dawn, il-Pjan tar-Riforma tal-MEPA jiddetta’ it-tibdil u prijoritajiet f’kull qasam tal-operat ta’ MEPA u l-MEPA għandha obbligu li tgħarraf lil gvern ċentrali dwar progress li jsir fuq dan il-pjan b’mod regolari. Il-wisgħa li dan kollu iħalli għall-interpretazzjoni ta’ prijoritijiet u nefqa b’hekk huma limitati u ma jħallux post għal “Business Plan” kif jinftihem minn entitajiet kummerċjali jew operatorji. Madanakollu, il-MEPA hija wkoll gwidata minn obligu li tikkommetti ruħha għal prioritijiet annwali (marbuta mal-bagit) kif ukoll estimi ta’ spiża kull sena: INCOME AND EXPENDITURE ACCOUNT ESTIMATES 2013 (EUR) DEVELOPMENT PERMIT FEES 4,000,000 ISC ADMINISTRATION CHARGE 1,500,000 SALE OF MAPS AND LAND SURVEY FEES 250,000 FINES 400,000 ENVIRONMENTAL FEES CHARGED TO GOVERNMENT 3,000,000 OTHER SERVICES TO GOVERNMENT - SALARY RECOVERY 384,476 OTHER INCOME 1,600,000 EARNED INCOME 11,134,476 RECURRENT EXPENDITURE (17,143,953) DEFICIT ON OPERATIONS (6,009,478) INVESTMENT GAINS 7,000 DEFICIT FOR YEAR (6,002,478) RECURRENT EXPENDITURE ESTIMATES 2013 (EUR) ADVERTISING 109,896 AUDITOR’S REMUNERATION 13,842 BANK CHARGES 9,630 MOVEMENT IN PROVISION FOR DOUBTFUL DEBTS - BAD DEBTS (RECOVERED) / WRITTEN OFF - CLEANING OF PREMISES 68,096 SECURITY 261,447 DEPRECIATION 400,000 HOSPITALITY 4,817 PUBLIC RELATIONS AND EXHIBITIONS 105,779 INSURANCE 51,684 LEGAL FEES 150,475 PROGRAMMES INITIATIVES & PROFESSIONAL FEES 333,072 MATERIALS, SUPPLIES AND SUNDRIES 555,615 DIRECT ENFORCEMENT ACTION EXPENSES 100,000 MOVEMENT IN PROVISION FOR RETIREMENT BENEFITS 53,617 REMUNERATION OF AUTHORITY BOARD MEMBERS 135,000 REMUNERATION OF SUB-COMMITTEES AND OTHER BOARDS 160,000 RENT 95,000 REPAIRS,UPKEEP AND MICROSOFT ENTERPRISE LICENCE FEES 197,592 STATIONERY AND PRINTING 41,275 SUBSCRIPTIONS, BOOKS AND POSTAGE 61,248 ENVIRONMENT, PLANNING AND RESOURCE STUDIES - TELECOMMUNICATIONS 218,092 OVERSEAS CONFERENCES 139,274 TRAINING 44,129 TRANSPORT 415,435 WAGES AND SALARIES 13,112,939 WATER AND ELECTRICITY 306,000 RECURRENT EXPENDITURE 17,143,953 CAPITAL EXPENDITURE ESTIMATES 2013 (EUR) MISCELLANEOUS 300,000

PBS – Head of Drama

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 1294, jista' l-Ministru jispjega għalfejn inħasset il-ħtieġa li l-pożizzjoni ta' Head of Drama mal-Public Broadcasting Services (PBS) tingħata fuq bażi ta' contract for service? Ma jħossx li b'sejħa pubblika, persuni b'kapaċitajiet fil-qasam setgħu jingħataw iċ-ċans japplikaw u jkunu kkunsidrati għal din il-pożizzjoni? X'kienet ir-raġuni li l-kuntratt ingħata għal perijodu ta' sena waħda biss?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proposta ta’ drama/production unit ġiet diskussa mill-bord preċedenti u r-rwol imur lil hinn mid-drama. L-idea hija li dan it-terminu jkun qasir għaliex fi ftit xhur oħra il-PBS se toħroġ sejħa sabiex timpjega nies fuq bażi full-time. Dan wara li l-proposta tiġi approvata mill-bord il-ġdid.

Libja — Memoranda of Understanding

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar jekk hemmx memoranda of understanding pendenti mal-Libja?

Response (VELLA, GEORGE)

Il-Memoranda of Understanding li għad iridu jigu ffinalizzati mal-Libja huma dawn: Memorandum bejn il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol ta' Malta u l-Ministeru tal-Edukazzjoni tal-Libja fil-qasam tal-edukazzjoni obbligatorja, Memorandum bejn il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol ta' Malta u l-Ministeru tal-Edukazzjoni Għolja u r-Riċerka tal-Libja fil-qasam tal-edukazzjoni għolja, Memorandum bejn il-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima ta' Malta u l-Ministeru tal-Agrikoltura tal-Libja fil-qasam tal-agrikoltura, is-sajd u l-harsien tal-annimali, Memorandum bejn l-Uffiċċju tad-Dwana ta' Malta u l-Amministrazzjoni tad-Dwana fil-Libja dwar koperazzjoni fil-qasam tad-dwana, Ftehim dwar koperazzjoni fis-settur taż-żgħażagħ.