Legislature:
Category:
Reset
Active:

KMS — vakanzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vakanza nħolqot mal-Kunsill Malti għall-Isport (KMS) bejn Awwissu 2012 u Frar 2013? Jista' jgħid għal kull każ: a) x'kienet il-vakanza; b) meta u kif saret is-sejħa; ċ) kemm kien hemm applikazzjonijiet għal kull sejħa; u d) minn kien magħżul għal kull vakanza?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li fil-perjodu ndikat fil-mistoqsija, inħolqu seba' (7) vakanzi mal-Kunsill Malti għall-Isport. It-tagħrif l-ieħor mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kumpless Sportiv tal-Kottonera — ħela ta' dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid min hu responsabbli li jara li ma jkunx hemm ħela ta' dawl fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera? Jista' jgħid jekk hix prattika normali li l-main hall tal-istess kumpless tkun mixgħula anke meta mhux tintuża?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuna responsabbli mill-Kumpless Sportiv tal-Kottonera huwa l-facility manager tal-istess faċilità li għandu r-responsabbilità kollettiva ta' kull ma jiġri fil-kumpless. Mhix prattika normali li l-main hall tal-istess kumpless tkun mixgħula anke meta mhux tintuża.

Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali — xiri u kiri ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'arranġamenti saru għall-karozza uffiċjali tas-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali? Jekk qed tinkera kemm hi l-kirja fis-sena? Jekk inxtrat kemm inxtrat? Ħarġu offerti għal kiri jew xiri u minn fejn qed tinkera jew inxtrat?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lil Onor. Interpellant illi ninsab infurmat illi ntalbu sebgħa (7) kwotazzjonijiet sabiex tinkera karozza uffiċjali għas-Segretarju Parlamentari għall- Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali. Il-karozza qed tinkera mingħand Merlin Car Hire għal perjodu ta’ tlett xhur li beda fill-15 ta’ April 2013 bi spiża ta’ €1,000+VAT fix-xahar.

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — xiri u kiri ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'arranġamenti saru għall-karozza uffiċjali? Jekk qed tinkera kemm hi l-kirja fis-sena? Jekk inxtrat kemm inxtrat? Ħarġu offerti għal kiri jew xiri u minn fejn qed tinkera jew inxtrat?

Response (MIZZI, JOE)

Il-karozza hi propjetà tal-Gvern. Għalhekk ma kienx hemm għalfejn tinkera karozza.
Leg 12 PQ #1082 Sitting 23 2013-05-28 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — xiri u kiri ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'arranġamenti saru għall-karozza uffiċjali? Jekk qed tinkera kemm hi l-kirja fis-sena? Jekk inxtrat kemm inxtrat? Ħarġu offerti għal kiri jew xiri u minn fejn qed tinkera jew inxtrat?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex qed jikri karozza għal żmien limitat bil-prezz €27.14 VAT inkluż kuljum.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — xiri u kiri ta' karozzi

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'arranġamenti saru għall-karozza uffiċjali? Jekk qed tinkera kemm hi l-kirja fis-sena? Jekk inxtrat kemm inxtrat? Ħarġu offerti għal kiri jew xiri u minn fejn qed tinkera jew inxtrat?

Response (DALLI, HELENA)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġibiet li ngħataw għall mistoqsijiet numru 58 u 59, nixtieq ninfurma li l-karozza kienet leased b'effett mill-11 ta' Marzu 2010. Il-karozza kienet użata miċ-Chairman tal- M.C.E.S.D. u bdiet tintuża minni mid-9 ta' April 2013. Il-kuntratt li sibna hu fuq leasing b'rata ta' €944 fix-xahar u jagħlaq fil-25 ta' Mejju 2014,

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — xiri u kiri ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'arranġamenti saru għall-karozza uffiċjali? Jekk qed tinkera kemm hi l-kirja fis-sena? Jekk inxtrat kemm inxtrat? Ħarġu offerti għal kiri jew xiri u minn fejn qed tinkera jew inxtrat?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-karozza uffiċċjali tiegħi, BMW 5 Series, bin-numru MLY-007, hija mikrija mingħand Meli Car Hire għaċ-ċifra ta’ €50.00 (VAT eskluża) kuljum.

Segretarju Parlamentari għall-Kompetittività u Tkabbir Ekonomiku — xiri u kiri ta' Karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'arranġamenti saru għall-karozza uffiċjali tas-Segretarju Parlamentari għall-Kompetittività u Tkabbir Ekonomiku? Jekk qed tinkera kemm hi l-kirja fis-sena? Jekk inxtrat kemm inxtrat? Ħarġu offerti għal kiri jew xiri u minn fejn qed tinkera jew inxtrat?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-karozza uffiċjali tas-Segretarju Parlamentari għall-Kompetitivita’ u Tkabbir Ekonomiku, qed tinkera mingħand Merlin Car Hire għas-somma ta’ €1,000 fix-xahar, VAT eskluża, b’direct order għal tliet xhur.
Leg 12 PQ #1227 Sitting 23 2013-05-28 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Fondazzjoni Arka — għajnuna

Question

Peress li dan l-aħħar il-Ministru għamel żjara lill-Fondazzjoni Arka u jingħad li din il-Fondazzjoni se tiġi megħjuna biex tkompli bil-ħidma sfiqa tagħha, jista' l-Ministru jgħid kemm se tingħata għajnuna lill-Fondazzjoni Arka mill-Ministeru għal Għawdex matul is-sena 2013? Jista' jgħid kif se tkun imqassma din l-għajnuna u għal liema skop se tintuża?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #1228 Sitting 23 2013-05-28 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Fondi tal-Unjoni Ewropea (Programming Period 2007-2013) — Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux se jżomm mal-politika tal-Gvern preċedenti li mill-fondi Ewropej għall-programming period 2007-2013 jutilizza tal-inqas 10% għal Għawdex? Kemm huwa maħsub li jiġu utilizzati b'kollox fondi għal Għawdex f'dan il-perijodu? Kemm minnhom ġew użati s'issa?

Response (REFALO, ANTON)

Jien infurmat li minkejja l-proġetti li għandhom jitwettqu f'Għawdex bi flus Ewropej kienu tant waqgħu lura fit-twettiq tagħhom taħt il-Gvern ta' qabel li spiċċaw f'riskju li jintilfu l-fondi Ewropej allokati għalihom u minkejja li kien għad hemm fondi li l-gvern kien għadu anqas jaf x'se jagħmel bihom mill-gvern il-ġdid mill-ewwel jiem beda jaħdem b'impenn kbir u qed jagħmel ħiltu kollha biex Għawdex jieħu tal-inqas 10% tal-fondi Ewropej għall-programm finanzjarju Ewropew għas-snin li jagħlqu din is-sena.
Leg 12 PQ #1229 Sitting 23 2013-05-28 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Fondi tal-Unjoni Ewropea (Programming Period 2014-2020) — Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk mill-fondi Ewropej għall-programming period 2014 - 2020 hux se terġa' tintuża l-istess politika li tal-inqas 10% jintużaw għal proġetti u inizjattivi f'Għawdex? Jekk iva, kemm se jkun t-total għal dan l-iskop? Jekk le, x'politika se tintuża?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-programm elettorali tal-gvern fejn jingħad "naraw li Għawdex ikompli jassorbi fondi Ewropej fl-istess livell u anke ogħla minn dak li sar fl-aħħar snin".

specialised fostering benefit

Question

Tista' l-Ministru tagħti n-numru ta' familji li bbenefikaw s'issa mill-ispecialised fostering benefit li ġie introdott fil-baġit għas-sena 2012? Tista' tinforma lill-Kamra jekk din l-iskema hix se titkompla u jekk hemmx applikazzjonijiet li qed jiġu pproċessati?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.
Leg 12 PQ #1231 Sitting 23 2013-05-28 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

visitgozo.com

Question

Jista' l-Ministru jgħid min għamel ix-xogħol fuq is-site www.visitgozo.com? Kif ingħata dan ix-xogħol? Kemm sewa u min se jkun inkarigat mit-tmexxija u updating ta' dan is-sit?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-ispiża globali għall-iżvilupp u l-kontenut tal-portal tal-visitgozo hija ta' €85,083.76. L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Is-sit u l-kontenut tiegħu se jkunu amministrati mill-Uffiċċju taċ-chief information officer u mid-Direttorat tat-Turiżmu u żvilupp ekonomiku ripettivament fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex.
Leg 12 PQ #1232 Sitting 23 2013-05-28 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għat-Turiżmu

kunsilli lokali — attivitajiet kulturali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-vot li ġie allokat għal attivitajiet kulturali organizzati mill-kunsilli lokali kollha ta' Malta u Għawdex għas-sena 2013? Dan il-vot ġie mqassam? Jekk iva, liema kunsilli bbenefikaw, kemm ħa kull kunsill u x'attività/attivitajiet se jtella' l-istess kunsill u meta?

Response (VELLA, KARMENU)

Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — Membri tal-Bordijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid min huma l-membri tal-bordijiet tal-awtoritajiet u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Xi kwalifiki għandu kull membru? X'esperjenza jew expertise għandu kull membru relatata mas-settur fejn ġie ingaġġat bħala membru ta’ bord? F'każ li m'għandhom l-ebda esperjenza relatata, x'kienu l-kriterji li fuqhom intgħażlu dawn il-membri?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija se tingħata f'seduta oħra.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — membri tal-bordijiet - Remunerazzjoni u Benefiċċji

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-onorarja, allowances u perks oħra li għandu kull membru tal-bord u chairperson fl-awtoritajiet u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.

Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva — Membri tal-Bordijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid min huma l-membri tal-bordijiet tal-awtoritajiet u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tas-Segretarju Parlamentari tiegħu? Xi kwalifiki għandu kull membru? X'esperjenza jew expertise għandu kull membru relatata mas-settur fejn ġie ingaġġat bħala membru ta’ bord? F'każ li m'għandhom l-ebda esperjenza relatata, x'kienu l-kriterji li fuqhom intgħażlu dawn il-membri?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.

Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva — membri tal-bordijiet - Remunerazzjoni u Benefiċċji

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-onorarja, allowances u perks oħra li għandu kull membru tal-bord u chairperson fl-awtoritajiet u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tas-Segretarju Parlamentari tagħha?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.

Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali — Membri tal-Bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-bordijiet tal-awtoritajiet u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Xi kwalifiki għandu kull membru? X'esperjenza jew expertise għandu kull membru relatata mas-settur fejn ġie ingaġġat bħala membru ta’ bord? F'każ li m'għandhom l-ebda esperjenza relatata, x'kienu l-kriterji li fuqhom intgħażlu dawn il-membri?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proċess ta’ ħatriet fuq bordijiet governattivi għadu għaddej u l-informazzjoni dwar il-kompożiżżjoni tal-bordijiet il-ġodda qed titħabbar gradwalment. Nassigura lill-Onorevoli Membru li l-kriterji li fuqhom qed jintgħażlu l-membri huma l-istess li kienu taħt l-amministrazzjoni preċedenti, bid-differenza li issa qed jiġu osservati.

Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali — membri tal-bordijiet - Remunerazzjoni u Benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-onorarja, allowances u perks oħra li għandu kull membru tal-bord u chairperson fl-awtoritajiet u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant tirreferi għall-mistoqsija parlamentari numru 1413.