Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kawżi pendenti — minorenni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm kawżi pendenti dwar korruzzjoni ta' minorenni, stupru ta' minorenni u akkużi oħra relatati fil-konfront ta' minorenni fil-Qorti ta' Malta u ta' Għawdex separatament?

Response (MALLIA, EMANUEL)

No response available.

Kawżi dwar bejgħ ta’ xorb lil minorenni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm kawżi pendenti fil-Qorti ta' Għawdex u ta' Malta dwar bejgħ ta' alkoħol lill-minorenni? Jista’ jgħid kemm kien hemm każijiet ta' din ix-xorta li ġew imressqa l-qorti fl-aħħar sena xahar b'xahar separatament?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant fl-ewwel parti tal-Mistoqsija mhux disponibbli taħt forma ta’ statistika. Infurmat illi matul dawn l-aħħar tnax-il xahar kien hemm persuna waħda li nbdew proceduri kriminali kontriha talli serviet xorb alkoħoliku lill-persuni taħt is-17 il-sena. Dan kien f’Marzu ta’ din is-sena f’San Pawl il-Baħar u l-każ għadu pendenti quddiem il-Qorti. F’Għawdex m’hemm l-ebda kawżi pendenti.

Kawżi dwar traffikar ta’ droga — nisa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm nisa tressqu l-qorti in konnessjoni ma’ kawżi ta' traffikar ta' droga f'dawn l-aħħar tliet snin kull sena separatament u l-lokalità minn fejn ġejja l-persuna?

Response (MALLIA, EMANUEL)

B’referenza għall-mistoqsija numru 2157 ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fis-snin 2010, 2011 u 2012 kien hemm 18, 15 u 24 –il mara rispettivament li tressqu l-Qorti b’konnessjoni ma’ traffikar ta’ droga. Minn dawn 9 kienu barranin, kif jidher hawn taħt: 2010 2011 2012 Dominican Republic (2) Maltin (16) Korea (1) Poland (1) Maltin (13) Spain (2) Romania (1) Colombia (2) Maltin (19) 2010 Residence Amount Birgu 1 Paola (CCF) 1 Dominican Republic 2 Gharb 1 Gzira 2 Madliena 1 Marsaxlokk 1 Naxxar 1 Paola 2 Safi 1 San Gwann 1 Sliema 1 Valletta 2 Victoria Gozo 1 Total 18 2011 Residence Amount Attard 1 Birkirkara 1 Bormla 1 Floriana 1 Korean /Polish 2 Gzira 1 Haz-Zebbug 1 Kalkara 1 Mosta 1 Msida 1 San Gwann 1 St Paul's Bay 1 Valletta 1 Zejtun 1 Total 15 2012 Residence Amount Bormla 2 Floriana 1 Spain 2 Romania 1 Colombia 2 Hamrun 1 Paola (CCF) 1 Pieta’ 1 Qormi 1 Rabat 1 Santa Lucija 1 Siggiewi 1 St Julians 1 St Paul’s Bay 3 Valletta 3 Zabbar 1 Zejtun 1 Zurrieq 1 Total 24

Minorenni mressqa l-qorti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu minorenni l-Qorti f'dawn l-aħħar sentejn, kull sena separatament, u x'kienu l-akkużi?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-sena 2011 kien hemm 130 persuna li tressqu quddiem il-Qorti tal-Minorenni, filwaqt li matul is-sena l-oħra kien hemm 116. L-akkużi fil-konfront ta’ dawn il-minuri kienu jinkludu serq, ħsarat, ksur ta' bon ordni, ħebb/theddid/feriti fuq il-persuna, prostitutzzjoni, użu ħażin tat-telefon/compjuter, reati sesswali/pornografija, ksur tar-regolamenti dwar droga, tipjip, traffiku, żibel u skart, armi u ma obdewx ordni leġittima/partikularijtet foloz.

Korp Diplomatiku — Posting orders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm posting orders li ġew mitmuma jew mibdula fit-termini ta' żmien mid-9 ta’ Marzu 2013 sas-26 ta’ Mejju 2013? Min kienu dawn l-uffiċjali? X'kienu r-raġunijiet speċifiċi għala dawn il-postings intemmew jew ġew emendati?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Membru illi l-unika Posting Order li ħarġet mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin mid-9 ta' Marzu 2013 sas-26 ta' Mejju 2013 hija Posting Order numru 3/2013 li ġġib id-data tat-23 ta' Mejju 2013. Posting Ordernumru 3/2013 tinkludi disa' (9) postings ġodda, żewġ (2) estensjonijiet ta' postings u żewġ (2) postings li ser jintemmu fit-30 ta' Ġunju 2013 u fil-31 ta' Lulju 2013 rispettivament. Jekk l-Onorevoli Interpellant trid l-ismijiet ta' dawk involuti, nippreferi ngħaddihomlha privatament. Wieħed mill-uffiċjali ser itemm il-posting tiegħu f'Dublin fit-30 ta' Ġunju 2013 ma' tmiem il-Presidenza Irlandiża tal-Unjoni Ewropea, u għalhekk ma kienx hemm il-ħtieġa li jibqa' jservi fil-pajjiż. Filwaqt li l-uffiċjal l-ieħor ser itemm il-posting tiegħu minn Beijing sabiex ikun jista' jservi fl-Ambaxxata ta' Malta fil-Kajr skont l-interessi u l-esiġenzi tas-servizz.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — Segretarjat Privat

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx membri tas-Segretarjat Privat tiegħu illi għandhom jew huma involuti f’xi tip ta’ xogħol ieħor? Jista’ l-Ministru jgħid jekk għandux membri fis-segretarjat privat tiegħu li jaħdmu part-time mal-Ministeru? Jekk iva, min huma u xi rwol għandhom? Jista’ jgħid jekk għandux membri fis-segretarjat privat tiegħu li għandhom impjieg part-time band’oħra? Jekk iva, min huma u xi rwol għandhom?

Response (VELLA, GEORGE)

Fis-Segretarjat Privat hemm membru wieħed biss li jagħti lectures mad-Diplo Foundation u l-MEDAC. Meta jingħataw dawn il-lectures ikun aċċertat li ma jaffetwawx il-ħidma tas-Segretarjat tal-Ministru. Dan l-individwu kien diġa jagħti dawn il-lectures qabel il-ħatra tiegħu fis-Segretarjat Privat. Ma hemm ebda membru ieħor fis-Segretarjat Privat li jaħdem part-time mal-Ministeru, jew li għandu mpjieg part-time band'oħra.

Ambaxxati

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-Gvern qed iħejji rapport li jista' jwassal sabiex jingħalqu xi ambaxxati jew konsolati Maltin? Jista' jikkonferma jekk hux minnu li l-membri tal-Kunsill tal-Maltin ta' Barra ġew mitluba jirriżenjaw? Ġew aċċettati xi riżenji?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li r-rapport li qiegħda tagħmel referenza għalih għandu l-għan li nimmassimizzaw il-ġid li nistgħu nieħdu minn dawn l-ambaxxati u mill-flus li nonfqu fuqhom bħala pajjiż. Nikkonferma li bi żvista il-membri tal-Kunsill tal-Maltin ta' Barra ġew mitluba joffru r-riżenja. Dan kien ikkoreġut immedjatatament u ġie ċċarat li dan kien bi żvista. Ma ġew aċċettati ebda riżenji minħabba f'hekk. Irid jingħad li aktar tard membru mill-Kunsill issottometta r-riżenja tiegħu għal-raġunijiet personali.

Segretarju Permanenti – xogħol ta’ ambaxxatur

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux xi ħlasijiet bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u l-15 ta’ Mejju 2013 lis-Segretarju Permanenti preżenti fi ħdan il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin li huwa mifhum li kien iservi ta' ambaxxatur għal Malta għall-Istati Uniti sa qabel id-9 ta’ Marzu? Jekk iva, kemm kienu dawn il-pagamenti u kif inħadmu?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li l-Ministeru ghall-Affarijiet Barranin ħallas il-paga u l-allowances normali u li kienu dovuti lill-Uffiċjal tal-Ministeru għas-servizz li ta bħala Ambaxxatur kif ukoll għas-servizz tiegħu bħala Segretarju Permanenti tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, skond kif provdut fil-kuntratt tiegħu, b'effett mill-15 t'April 2013 jiġifieri mid-data tal-ħatra tiegħu.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — impjegati trasferiti

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 218, jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li uffiċjal fuq skala 5 li kien jaħdem fid-Dipartiment tas-Servizzi tal-Istudenti fil-Ħamrun ingħata inkarigu ġdid fl-Uffiċċju tal-Ministeru fil-Furjana?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Iva, nikkonferma. Dan l-uffiċjal ingħata inkarigu ieħor fi ħdan l-istess Ministeru fil-Floriana.

Awtorità Nazzjonali tax-Xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jsiru tibdiliet fil-membri nominati mill-Gvern fuq l-Awtorità Nazzjonali tax-Xogħol? Jista' jikkonferma jekk l-Awtorità hix qed tiltaqa' regolarment biex tisma’ l-każijiet li jidhru quddiem din l-Awtorità?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Il-membri tal-Bord tal-Awtorità Nazzjonali tax-Xogħol jiġu maħtura għall-perjodu ta' sentejn skont l-Avviż Legali 110 Dwar is-Servizzi Ta' Impjiegi u Taħriġ. Fix-xhur li ġejjin it-terminu tal-kariga ta' xi membri ser jiġi fi tmiemu. Ebda membru maħtur ma jista' jiġi mneħħi mill-kariga jekk mhux bl-approvazzjoni tal-Eċċellenza Tiegħu l-President tar-Repubblika wara konsultazzjoni mal-Kamra tar-Rappreżentanti. Bħalissa l-Bord qed jiltaqa' kull ħmistax il-ġurnata, fejn jisma' mal-25 appell f'kull laqgħa.

Privatisation Unit — Ingaġġ ta' avukati

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar ir-riżultat tas-sejħa li saret għall-ingaġġ ta' avukati/ditti ta' avukati biex jassistu lill-Privatisation Unit? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istess riżultat?

Response (CARDONA, CHRIS)

L-Onor. Membru hu mitlub li fil-mistoqsija jispeċifika għal-liema sejħa ta’ ingaġġ ta’ avukati/ditti ta’ avukati, maħruġa mill-Privatisation Unit qed issir referenza.
Leg 12 PQ #2173 Sitting 24 2013-05-29 Oral · Final From: FRANCIS ZAMMIT DIMECH To: Ministeru għat-Turiżmu

Valletta 2018 — rwol ta' individwi

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'inhu r-rwol preċiż li l-Gvern qed jagħti lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament b'rabta ma' Valletta 2018?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-rwol tal-persuna inkwistjoni se jkun ta’ Gvernatur fuq il-Bord tal-Gvernaturi tal-Fondazzjoni Valletta 2018.
Leg 12 PQ #2174 Sitting 24 2013-05-29 Oral · Final From: FRANCIS ZAMMIT DIMECH To: Ministeru għat-Turiżmu

Valletta 2018 — Kummissjoni Inter-Ministerjali

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra meta bi ħsiebu jerġa jaħtar il-Kummissjoni Inter-Ministerjali li għandha rwol mill-aktar importanti biex tikkordina l-ħidma meħtieġa għal Valletta 2018?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Kummissjoni Inter-Ministerjali se titwaqqaf fil-ġimgħat li ġejjin dan wara li jkun iltaqa’ l-Bord tal-Gvernaturi l-ġdid tal-Fondazzjoni Valletta 2018.
Leg 12 PQ #2175 Sitting 24 2013-05-29 Oral · Final From: FRANCIS ZAMMIT DIMECH To: Ministeru għat-Turiżmu

Assistenza lil Bands Lokali

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt mogħti lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament biex jassisti lil bands lokali?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kuntratt ta’ ingaġġ tal-persuna li fuqha qiegħda ssir din il-mistoqsija għadu ma ġiex iffirmat.

Ingaġġ ta’ persuni b’diżabilità

Question

B'referenza għad-diskors, tal-Ministru tal-Finanzi preċedenti dwar il-baġit għal din is-sena, fejn f'pagna 81 kien intqal " .....tnediet l-iskema fejn Kunsilli Lokali qed iħaddmu magħhom mat-80 persuna b'diżabilità. Se nestendu din l-iskema għal ghaqdiet volontarji u entitajiet governattivi oħra biex noħolqu madwar 150 impjieg ieħor għal peruni b 'diżabilità fil-komunità, 50 minnhom f'Għawdex ", jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk il-Gvern preżenti għadux bil-ħsieb li jwettaq din il-miżura kif imħabbra fid-diskors imsemmi?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Gvern għadu kommess li jkompli din l-iskema msemmija fid-diskors tal-baġit.

Djar vojta li huma abitabbli

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Gvern iżommx statistika ta’ kemm hemm djar abitabbli jew potenzjalment abitabbli li huma vojta u ma jintużawx għal skopijiet residenzjali? Tista’ tippreżenta din l-istatistika jekk teżisti u possibbilment l-informazzjoni tkun mqassma skont il-lokalità?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f’seduta oħra.

Postijiet tal-Gvern

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hawn blokok ta’ flats tal-Gvern, lokalità b’lokalità f’Malta u f’Għawdex? Kemm hemm appartamenti f'sular tal-blokok?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #2241 Sitting 24 2013-05-29 Oral · Interim From: JOSEPH CASSAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sptar Mater Dei — managers

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1901 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Saħħa u issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: B'referenza għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 956, jista' l-Ministru jikkonferma li fuq ċirkolari li nħarġet fl-20 ta' Frar, ir-riżultat ġie ppublikat fit-28 ta' Marzu u t-Tnejn ta' wara, ċjoè fl-1 ta' April, dawk magħżula ġew infurmati li ma kinux eleġibbli għall-istess grad? Jistà l-Ministru jagħti r-raġuni ta’ dan?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #2242 Sitting 24 2013-05-29 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema — tenders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il tender u liema kienu li l-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema aġġudika favur il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, inkluż dawk it-tenders appellati minn terzi, matul dawn l-aħħar ħames snin sal-lum? Jista’ jgħid kemm kienet l-offerta f'kull tender partikolari tal-kumpanija, u kemm kienet l-irħas offerta li ntefgħet f'kull tender partikolari?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninsab infurmat illi f’dawn l-aħħar ħames snin, il-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema aġġudika favur il-kumpanija msemmija żewġ talbiet għal tenders kif qiegħed inpoġġi fuq il-Medja tal-Kamra. Il-Ħlas ta’ dan it-tender mhux ibbażat biss fuq prezz iżda fuq diversi kriterji taħt il-proċedura tal-Most Economically Advantageous Tender (MEAT). L-ewwel tender ġie rrakkomandat peress li l-kumpanija li rebħet il-kuntratt kienet ekonomikament vantaġġuża, skond il-kriterja MEAT mniżżla fid-dokument tat-tender. Dan it-Tender ġie appellat u għaldaqstant il-proċess ta’ award ġie mwaqqaf sakemm il-Public Contracts Review Board (PCRB) jiddeċiedi il-każ. It-tieni tender ġie rrakkomandat lill-kumpanija rebbieħa peress li kienet l-irħas fost l-offerti li ikkwalifikaw skont il-kriterji stabbiliti fid-dokument tal-Offerta. Dan it-tender qiegħed fil-perjodu ta’ fejn kull offerent jista’ jagħmel appell.