Legislature:
Category:
Reset
Active:

Slapped Cheek Syndrome – stħarriġ dwar konsegwenzi mediċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment għas-Servizzi Edukattivi jew xi dipartiment ieħor indagax mal-awtoritajiet tas-saħħa dwar xi konsegwenzi mediċi li tista’ tikkawża l-iSlapped Cheek Syndrome? Jista’ jgħid fil-qosor ir-riżultat ta’ dan l-istħarriġ?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li d-Direttorat għal Servizzi Edukattivi huwa f’kuntatt kontinwu mad-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard u dawn tal-aħħar jgħaddu informazzjoni relatata ma’ din il-marda lill-iskejjel. Din l-informazzjoni tagħti tagħrif dwar il-marda, is-sintomi u mezzi ta’ prevenzjoni. Din l-informazzjoni tingħata lill-ġenituri ta’ fejn ikun hemm xi każ.

Slapped Cheek Syndrome — kumplikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kellux informazzjoni li l-iSlapped Cheek Syndrome tista’ tikkawża korrimenti fit-tqala jew kumplikazzjonijiet fil-qalb tat-tarbija?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru ghas-Saħħa li fi ħdanu taqa' The Infectious Disease Prevention and Control Unit.

Slapped Cheek Syndrome — prekawzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid hux qed jittieħdu prekawzjonijiet speċjali ta’ igjene fl-iskejjel biex ma tkomplix tinfirex l-infezzjoni tal-iSplapped Cheek Syndrome fost l-istudenti u l-għalliema?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-prekawzjonijiet speċjali ta' iġjene kif rakkomandat mill-Infectious Disease Prevention and Control Unit fi ħdan il-Ministeru għas-Saħħa huma l-aktar il-ħasil tal-idejn regolari.

Slapped Cheek Syndrome — pjan ta’ kontinġenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern fassalx pjan ta’ kontinġenza fl-eventwalità li l-iSlapped Cheek Syndrome tkompli tinfirex fl-iskejjel tagħna?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi pjan ta' kontinġenza jsir mill-Infectious Disease Prevention and Control Unit fi ħdan il-Ministeru għas-Saħħa. Id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi qiegħed f'kuntatt kontinwu ma' dan il-unit u jsegwi l-istruzzjonijiet li jingħataw.

mard kontaġġjuż — pjan ta’ kontinġenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk għandux pjan ta’ kontinġenza f’każ ta’ epidemiji ta’ mard kontaġġjuż?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li d-Direttorat għal Servizzi Edukattivi qed iżomm kuntatt kontinwu mad-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard u dawn tal-aħħar għandhom protokolli dwar investigazzjonijiet ta’ mard infettiv (Standard Operating Procedures).
Leg 12 PQ #2038 Sitting 24 2013-05-29 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — Compliance Certificates

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala l-enforcement officers tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) qegħdin jirrifjutaw li jagħtu compliance certificates lill-persuni li għandhom l-appartamenti tagħhom mibnija skont il-permess u dan għax hemm xi parti oħra tal-blokka mhux skont il-permess? Jidhirlu li b'dan l-aġir tal-enforements officers qegħdin jiġu ikkastigati persuni innoċenti li ma jkunu għamlu xejn ħażin?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ċ-'Ċertifikati ta' l-Iżvilupp skont il-Permess' (Compliance Certificates) jinħarġu skont proċeduri stabbiliti fiċ-Ċirkolarijiet tal-Awtorita lill-Periti, Circular PA 1/9 l-iżjed tard ġiet raffinata bis-saħħa ta' ċirkolari oħra, Circular PA 2/98, li preċisament saret biex tkun indirizzata din il-problema. L-ewwel ċirkolari tistabblixxi li Ċertifikat ma' jistgħax jinħareġ għal xi parti minn żvilupp, meta dik il-parti tal-iżvilupp (fejn jintalab iċ-ċertifikat) hi konformi mal-permess imma parti oħra mill-istess żvilupp m'hijiex (ara para 2.6 ta' Circ PA 1/07 ). Sabiex ikunu indirizzati l-każi msemmija mill-Onorevoli Interpellant, it-tieni ċirkulari (Circ PA 2/98 ) stabbiliet regola fejn tgħid illi meta ksur ta' permess fuq parti minn żvilupp ma tkunx fil-kontroll ta' persuna u tali persuna li tkun akkwistat il-propjeta ma' kienetx involuta fil-parti fejn seħħ il-ksur ta' kontroll tal-ippjanar, din il-persuna m'għandiex tkun ikkastigata u għandha tingħata Ċertifikat tal-Iżvillupp. U dan sakemm il-pożizzjoni tal-Awtorita ma' tkunx kompromessa fl-eventwalita t' azzjoni diretta u jekk it-talba għaċ-ċertifikat ma' tkunx tinkludi dawk l-partijiet illegali (ara para 2.3 u 2.4 ta' Circular PA 2/98 ) Għalkemm l- enforcement officers huma obbligati li jimxu ma' din ir-regola, teżisti proċedura fejn dawk il-każi ta' rifjut ta' compliance certificates ikunu riveduti qabel jintbagħtu lura lill-applikant u dan sabiex fejn hu possibli, każi simili bħal dawk kif indikati fl-Interpellanza jkunu evitati.

Akkomodazzjoni — każ ta' individwu

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 1780 u tgħid meta l-persuna, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, u li hi single mother se tingħata akkomodazzjoni għax hi ilha li applikat għal aktar minn tliet snin?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-applikanta applikat għall-akkommodazzjoni soċjali nhar is-16 ta’ Novembru, 2010. Hija qegħda tikri mingħand is-settur privat u tħallas kera ta’ €370 fix-xahar. I¿da l-applikanta applikat għas-sussidju tal-kera taħt l-Iskema ta’ sussidju fuq il-kera f’Novembru tal- 2012 u l-applikazzjoni qegħda tiġi pproċessata. Jekk l-applikazzjoni tagħha tkun valida hija tibda tibbenefika minn sussidju ta’ €1,000 fis-sena. L-applikanta applikat minn post f’Ħaż-Żebbuġ iżda fi Frar hija bidlet l-indirizz u marret is-Siggiewi. Għaldaqstant hija mitluba biex minnufih tiġi ġewwa l-Awtorita’ tad-Djar u tammenda l-applikazzjoni tagħha fuq l-indirizz il-ġdid. Sadanitant l-applikazzjoni tal-klijenta qegħda tingħata l-attenzjoni meħtieġa flimkien mal-applikazzjonijiet tal-istess kategorija.

Skema 'Kun Sid Darek'

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 1779 u tgħid meta hemm il-ħsieb li jinħarġu għal bejgħ il-flats li d-dettalji tagħhom qegħdin jingħataw separatament, skont l-iskema Kun Sid Darek?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-proprjetà hawn fuq imsemmija tinsab għall bejgħ u f’każ li l-kerrejja konoxxuti huma nteressati li jixtru, huma mitluba li jmorru l-customer care tal-Awtorità tad-Djar sabiex japplikaw.
Leg 12 PQ #2041 Sitting 24 2013-05-29 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Saħħa

Deputy Nursing Officer — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li għandha grad ta' deputy nursing officer u li ilha 11-il sena tagħmel l-istess xogħol tikkwalifikax għal grad ta' specialist nurse?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Ftehim Kollettiv għall-Infermiera u Qwiebel ffirmat fis-6 ta’ Frar 2013 ma jipprovdix għall-pożizzjoni ta’ Specialist Nurse.

Terminal taċ-Ċirkewwa — Litter Bins

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġu stallati litter bins fit-terminal il-ġdid taċ-Ċirkewwa u l-madwar tiegħu minħabba li dan in-nuqqas qiegħed iwwassal għal ħafna skart imxerred ma' kullimkien?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-terminal il-ġdid taċ-Ċirkewwa huwa r-responsabbiltà tal-Gozo Channel. Rigward litter bins fil-madwar tat-terminal ninforma lill-Onor. Interpellant li ittieħdet nota ta’ dan is-suġġeriment sabiex dawn jiġu stallati.

Post tal-Gvern – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, peress li hemm l-ilma dieħel mill-kamra tal-banju?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant illi l-kuntrattur imqabbad mill-Awtorità tad-Djar beda x-xogħol nhar il-Ħamis 30 ta’ Mejju, 2013.

Ħlas tal-arloġġ tal-Ilma — Każ ta' individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara li jitmexxa l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, u li qiegħed quddiem is-servizzi soċjali ta’ Raħal Ġdid, fejn din il-persuna kienet ħallset tal-arloġġ tal-ilma li mhux suppost kienet tħallas għalih peress li l-persuna ma taħdimx minħabba raġunijiet ta’ mard?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna indikata minnu qed tiġi infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Leg 12 PQ #2053 Sitting 24 2013-05-29 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għas-Saħħa

Lumbar Puncture

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ilu jsir l-intervent tal-lumbar puncture f'Malta? Jista’ jgħid jekk issirx kemm fuq il-kbar kif ukoll fuq it-tfal? Jista’ jgħid jekk qattx kien hemm xi rapporti li saret ħsara ta' diżabilità permanenti jew xi ħsara oħra wara li sar dan l-intervent? Kemm isir frekwenti dan l-intervent fl-Isptar Mater Dei? Jista’ jgħid kemm kien hawn tfal li qatt ingħataw lumbar puncture f'Malta u kemm minnhom kellhom kumplikazzjonijiet minħabba l-istess intervent?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeri – Kiri ta’ vetturi

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 1695, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-avviż fejn ġew mogħtija tali struzzjonijiet lill-ministeri u dipartimenti oħra tal-Gvern?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Gvern qiegħed jaħdem fuq linji gwida sabiex jimplimenta il-wegħda tiegħu fil-programm elettorali.
Leg 12 PQ #2146 Sitting 24 2013-05-29 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ministeri – Kiri ta’ vetturi li jniġġsu l-anqas

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'miżuri ttieħdu biex meta ġew mikrija l-karozzi mis-segretarjati tal-Ministeri u uffiċjali oħra tal-Gvern il-ġdid tiġi osservata l-wegħda elettorali tal-Partit Laburista f'paġna 107, wegħda 28, li tgħid li "l-karozzi użati mill-Gvern u s-servizz pubbliku jibdew ikunu dawk li l-inqas iniġġsu"?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-impenn tal-gvern jibqa’ dak li jwettaq dak li wiegħed, inkluż dwar kwalità tal-arja aħjar.
Leg 12 PQ #2147 Sitting 24 2013-05-29 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għat-Turiżmu

Heritage Malta – membri tal-bord

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min hu r-rappreżentant tal-Ministeru għal Għawdex fuq il-bord ta' Heritage Malta? Jista’ jikkonferma wkoll jekk il-membri tal-bord il-ġdid ikkonfermawx li ma għandhom l-ebda kunflitt ta' interess qabel ħadu l-ħatra tagħhom?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpelllant li r-rappreżentant tal-Ministeru għal Għawdex fuq il-Bord tal-Heritage Malta huwa Peter Muscat Ħadd mill-Bord ma ddikjara li għandu xi kunflitt ta' interess.

Is-Siġġiewi – xogħol fuq toroq arterjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq arterjali fis-Siġġiewi li se jsiru minn fondi nazzjonali jew Ewropej?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-unika triq arterjali fil-konfini tas-Siġġiewi hija Triq is-Siġġiewi. Din it-triq inbniet mill-ġdid inqas minn għaxar snin ilu bħala parti mill-proġett finanzjat mill-Protokol Taljan.

Ħal Luqa – xogħol fuq toroq arterjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq arterjali f'Ħal Luqa li se jsiru minn fondi nazzjonali jew Ewropej?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa qed isir eżerċizzju dwar toroq ġodda u manutenzjoni ta’ toroq oħra.

Ħal Qormi – xogħol fuq toroq arterjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq arterjali f'Ħal Qormi li se jsiru minn fondi nazzjonali jew Ewropej?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa qed isir eżerċizzju dwar toroq ġodda u manutenzjoni ta’ toroq oħra.

divorzju — Kawżi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm divorzji konsenswali u kemm kien hemm kawżi ta' separazzjonijiet konvertiti f'kawżi ta’ divorzju mill-introduzzjoni tal-liġi tad-divorzju sal-lum, kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex separatament?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li: F’Malta: Bejn l-1 t’Ottubru 2011 sal-lum kien hemm 117-il rikors konġunt għal divorzju u 50 kawża ta’ separazzjoni konvertita f’kawża ta’ divorzju. F’Għawdex: Mill-introduzzjoni tal-liġi tad-divorzju fil-1 t’Ottubru sal-lum ġew preżentati tmienja u għoxrin (28) rikors għad-divorzju. Minn dawn, għoxrin (20) inqatgħu, waħda (1) ġiet ċeduta filwaqt li s-seba’ (7) l-oħra għadhom pendenti. Fl-istess żmien ken hemm żewġ kawżi ta’ separazzjoni personali li ġew konvertiti f’kawża ta’ divorzju – waħda ġiet deċiża, l-oħra għadha pendenti. Ukoll fl-istess żmien kien hemm kawża oħra li bdiet bħala kawża ta’ divorzju. Din għadha pendenti.