Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #1835 Sitting 24 2013-05-29 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Artijiet u l-Uffiċċju Konġunt – business plan u baġit 2013

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-business plan u l-baġit għas-sena 2013 tad-Dipartiment tal-Artijiet u l-Joint Office?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-business plan u l-baġit għas-sena 2013 tad-Dipartiment Proprjeta tal-Gvern li taħtu jaqgħu d-Dipartiment tal-Artijiet u l-Joint Office.

Reġistru tal-Artijiet – business plan u baġit 2013

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-business plan u l-baġit għas-sena 2013 tar-Reġistru tal-Artijiet?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #1837 Sitting 24 2013-05-29 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Internal Audit and Investigations Department – business plan u baġit 2013

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-business plan u l-baġit għas-sena 2013 tal-Internal Audit and Investigations Department?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Franza — Memoranda of Understanding

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar jekk hemmx memoranda of understanding pendenti ma’ Franza?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li fil-preżent bejn Malta u Franza ma hemm ebda Memoranda of Understanding pendenti.

Italja — Memoranda of Understanding

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar jekk hemmx memoranda of understanding pendenti mal-Italja?

Response (VELLA, GEORGE)

Il-Memoranda of Understanding li għad iridu jiġu ffinalizzati mal-Italja huma dawn: Qasam tal-Protezzjoni Ċivili Protokoll Addizjonali għal ftehim tal-1994 bejn Malta u l-Italja dwar il-Kooperazzjoni dwar it-Tbassir, Prevenzjoni u Mitigazzjoni tad-Diżastri Naturali u Teknoloġiċi; Qasam tas-Saħħa Memoranda ta' Ftehim għal-Servizzi fil-Qasam tal- Hepatology bejn l-Isptar San Raffaele ta' Milan u l-Ministeru għas-Saħħa; Memoranda ta' Ftehim għal-Servizzi fil-Qasam tal-Kliewi u Trapjanti tal-Frixa bejn l- Azienda Ospedaliera Universitaria Pisana f'Pisa u l-Ministeru għas-Saħħa; Memoranda ta' Ftehim dwar l-Edukazzjoni u r-Riċerka fil-Qasam tas-Saħħa Medika dwar il-Problemi relatati mal-Konsum tal-Ikel u l-Obesita bejn il-Ministeru għas-Saħħa u l-Fondazzjoni Kenn għal-Saħħtek, u l- Azienda Unita Sanitaria Locale Umbria 1 u r-Reġjun tal-Umbria.

Ġermanja — Memoranda of Understanding

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar jekk hemmx memoranda of understanding pendenti mal-Ġermanja?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-preżent bejn Malta u l-Ġermanja ma hemm ebda Memorandum of Understanding pendenti.

Danimarka — Memoranda of Understanding

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar jekk hemmx memoranda of understanding pendenti mad-Danimarka?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li fil-preżent bejn Malta u d-Danimarka ma hemm ebda Memoranda of Understanding pendenti.

Qatar — Memoranda of Understanding

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar jekk hemmx memoranda of understanding pendenti mal-Qatar?

Response (VELLA, GEORGE)

Il-Memoranda of Understanding li għad iridu jigu ffinalizzati mal-Qatar huma dawn: Memorandum of Understanding bejn l-Uffiċċju tal-Prim Ministru tar-Repubblika ta' Malta u l-Ministeru tad-Difiża tal-Istat tal-Qatar fuq Koperazzjoni fil-Qasam tad-Difiża, Memorandum of Understanding fuq Koperazzjoni fil-Qasam tat-Turiżmu bejn il-Gvern tar-Repubblika ta' Malta u l-Gvern tal-Istat tal-Qatar, Memorandum of Understanding fuq il-Protezzjoni tal-Ambjent Marittimu, u Trobbija tal-Bhejjem u t-Tjur.

Arabja Sawdija — Memoranda of Understanding

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar jekk hemmx memoranda of understanding pendenti mal-Arabja Sawdija?

Response (VELLA, GEORGE)

Il-Memoranda of Understanding li għad iridu jigu ffinalizzati mal-Arabja Sawdita huma dawn: Memorandum of Understanding dwar Koperazzjoni fuq l-Edukazzjoni Għolja bejn il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol tar-Repubblika ta' Malta u l-Ministeru tal-Edukazzjoni Għolja tal-Arabja Sawdita, Memorandum of Understanding fuq Affarijiet fil-Qasam Marittimu bejn il-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Zgħar tar-Repubblika ta' Malta u l-Ministeru tat-Trasport tal-Arabja Sawdita.
Leg 12 PQ #1881 Sitting 24 2013-05-29 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Saħħa

Cutrico House — tindif

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min qed inaddaf l-uffiċini tal-health inspectors madwar Malta peress li jidher li m’hemmx min inaddaf? Jekk mhux qegħdin ikunu mnaddfa, jista’ jgħid għaliex? Jista’ l-Ministru jgħid min qed inaddaf Cutrico House ġewwa Santa Venera, u kif ġie magħżul? Kemm huwa l-ħlas? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx xi kuntratt għat-tindif, min hu l-kuntrattur, u min ħa din id-deċiżjoni? Meta jiskadi dan il-kuntratt?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-uffiċini tas-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fi ħdan id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali jiġu mnaddfa minn ħaddiema tat-Taqsima tal-Manutenzjoni fi ħdan l-istess Direttorat u bħalissa hemm persuna waħda li hija assenjata sabiex tagħmel dan ix-xogħol. Il-persuna reponsabbli li jagħmel dan it-tindif fl-uffiċċini tagħmel dan fuq bażi regolari permezz ta’ roster imadawwar mal-uffiċċini kollha ancillari, izda billi hemm persuna waħda, dan isir f’perjodi relativament twal, izda kull uffiċċju għandu numru ta’ ħaddiema fi gradi ta’ General Hand li huma obbligati jagħmlu t-tindif ta’ kuljum. L-uffiċini tad-Direttorat f’Cutrico House jiġu mnaddfa mill-kuntrattur privat Gafa Saveway Cleaners Ltd. Dan intgħażel permezz ta’ sejħa għall-offerti konġunta bejn id-Direttorati diversi fi ħdan il- Ministeru. Il-prezz ghal kull cleaner huwa ta’ €5.84 fis-siegħa. Il- kuntratt jiskadi fit-13 t’Awwissu, 2013.
Leg 12 PQ #1899 Sitting 24 2013-05-29 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Saħħa

Dentistrija — lista ta' stennija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1326 u jgħid x’inhi l-waiting list taċ-checkups fid-Dipartiment tad-Dentistrija u kif se tiġi indirizzata? Barra minn dan, jista' jgħid x'servizzi jingħataw minn dan id-Dipartiment? Jista’ jgħid x'inhi r-raġuni li l-appuntamenti li qed jingħataw għal check up huma għal Settembru 2014? Jista’ jgħid min huwa l-persuna responsabbli minn dan id-Dipartiment u x'azzjonijiet qed jieħu biex jirranġa s-sitwazzjoni?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kif diġa weġibt għal mistoqsija parlamentari 1515, jirriżulta li ma kienu ttieħdu l-ebda passi mill-gvern preċedenti biex is-sitwazzjoni ta’ stennija twila tiġi evitata u huwa għalhekk li bħalissa hemm waiting list tali li qed jingħataw appuntamenti għal Ottubru 2014. Mid-Dipartiment jingħataw dawn is-servizzi: A. Kura ta’ Emerġenza: Li primarjament tinkludi qlugħ ta’ snien jew tneħija ta’ ugieħ; B. Check up ma’ dentista; C. Konsulta ma’ konsulent; D. Kirugija tal-ħalq; E. Kura Preventiva: li tinkludi edukazjoni fil-kura tas-snien u tneħija tal-ġebla kif ukoll pevenzjoni u kura tal-mard tal-ħanek. F. Kura Restorativa: Kull min għandu karta roża u tfal sa sittax-il sena huma eliġibbli, din il-kura tinkludi, kura u mili ta’ snien, root canal treatment, prosthetics (dentaturi) kif ukoll kura tal-mard tal-ħanek. Sevizz limitat ta din il-kura huwa offrut bil-loppju ġenerali lil-dawk il jsofru min xi disabilita fisika serja jew mentali. Dan is-servizz huwa mogħti b’diskrezjoni tal-konsulent/i. G. Orthodontics (kura bil braces): Adulti u tfal sa sittax il- sena huma intitolati għall- konsulta u parir għall- braces. Tfal sa sittax il-sena huma eligibbli għall- braces skond il-protocols stabiliti mid-dipartiment. Il-persuna responsabbli minn dan id-Dipartiment huwa ċ-Chair ta’ din il-professjoni. Biex titranġa s-sitwazzjoni ġie mifthiem li dawk tal-kartuna r-roża u tfal għal trattament ta’ wara ċ-check ups, iridu jiġu kkurati mid-dipartiment tas-saħħa u jingħataw vantaġġ, bil-kontra ta’ dawk li m’għandhomx dan l-avvanz.. Barra minn hekk, il-Ministeru għamel sejħa biex jimtlew ir-riżenji li saru dan l-aħħar u se jingaġġa 6 dentisti ġodda li se jilħqu f’Lulju li ġej. B’hekk il-waiting list fiċ-check ups li tmur lura aktar minn sentejn, jiġu proċessati aktar malajr.
Leg 12 PQ #1900 Sitting 24 2013-05-29 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Saħħa

Dipartiment tal-ENT — basic specialist trainee

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1328 u jgħid x’inhi r-raġuni għalfejn l-Ear, Nose, Throat Department (ENT) spiċċa mingħajr basic specialist trainee?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-sezzjoni tal-ENT fl-Isptar Mater Dei kien ilha titlob biex ikollha tobba barranin fil-grad ta’ Basic Surgery Trainees u Senior Registrars għal aktar minn sena u nofs. L-amministrazzjoni tal-isptar bdiet taħdem fuqha minn Awwissu tas-sena li għaddiet, izda l-ex-Ministru Joe Cassar qatt ma ta l-attenzjoni meħtiega biex tinħareg is-sejħa pubblika ħalli jkunu ngaġġati dawn it-tobba barranin. Hekk kif sirt naf, tajt struzzjonijiet permezz taċ-Chief Medical Officer, biex il-Public Service Commission (PSC) toħrog is-sejħa ħalli jiġu ngaġġati dawn it-tobba barranin. Minkejja dan, is-servizz tal-emerġenza tal-ENT xorta waħda qiegħed jingħata minn tobba tal-Foundation Year 2 taħt is-superviżjoni ta’ Higher Surgical Trainess u Senior Registrars. Dan kellu jsir minħabba li l-compliment tat-tobba ma kienx imħares sew mill-gvern preċedenti u għalhekk is-sitwazzjoni bħalissa hija waħda fejn fis-sezzjoni tal-l-ENT m’hemmx biżżejjed tobba tal-grad ta’ HST. Li kieku dawk eżistenti bħalissa kellhom jintużaw għas-servizz tal-emerġenza tal-ENT, l-istennija tal-pazjenti ( waiting list ) fis-servizz tal-ENT kienet titwal.

TRASPORT PUBBLIKU — bendy buses

Question

Billi riċentement saru diversi dikjarazzjonijiet dwar it-tneħħija tal-bendy buses minn fuq ċerti rotot tat-trasport pubbliku, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema mir-rotot eżistenti hu mistenni li jiġu affettwati b'dawn id-deċiżjonijiet? Meta mistenni jidħol fis-seħħ it-tibdil indikat?

Response (MIZZI, JOE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 1239, u ċioe` li d-deċiżjoni fir-rigward ta’ liema rotot, kif ukoll iż-żmien meta sejrin jitneħħew il-bendy buses għadha fil-proċess li tittieħed wara li issir analiżi kompleta u dettaljata tas-suġġerimenti u l-ilmenti illi tressqu lil Transport Malta permezz tal-konsultazzjoni pubblika, kif ukoll minn laqgħat mal-Kunsilli Lokali .

TRANSPORT MALTA – REĠISTRAZZJONI TA’ VETTURI

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' vetturi, kemm ġodda kif ukoll second hand, separatament, li ġew reġistrati ma' Transport Malta, kull xahar bejn Jannar 2008 u Diċembru 2011? Kemm minn dawn il-vetturi huma intitolati li jingħataw lura rifużjoni, kif propost mill-gvern preżenti?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta' vetturi, kemm ġodda kif ukoll second hand, li ġew reġistrati ma' Transport Malta, kull xahar bejn Jannar 2008 u Diċembru 2011 qegħdin jidhru fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija 1946.

REĠISTRAZZJONI TA’ VETTURI — RIFUŻJONIJIET

Question

Billi saru diversi dikjarazzjonijiet pubbliċi dwar il-fatt li dawk li xtraw vetturi kienu se jingħataw lura l-ħlas imsejjaħ żejjed li kienu ħallsu meta rreġistraw il-vettura tagħhom, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta’ persuni li rreġistraw il-vetturi tagħhom fiż-żmien imsemmi u li huma intitolati li jieħdu rifużjoni ta' dak li tħallas żejjed?

Response (MIZZI, JOE)

Il-flus imħallsa f’VAT fuq it-taxxa tar-reġistrazzjoni tal-karozzi huma flus imċaħħda lill-Maltin u lill-Għawdxin. L-impenn tal-Gvern għadu dak li l-konsumaturi milquta jingħataw rimedju. Il-Gvern bħalissa għaddej b’xogħol tekniku biex iżomm dan l-impenn.

Esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' persuni li huma awtorizzati li jibagħtu prodotti agrikoli fis-suq intern tal-Unjoni Ewropea u n-numru ta’ persuni li huma awtorizzati li jesportaw l-istess prodotti lejn swieq barra l-Unjoni Ewropea?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li tweġiba għal din il-mistoqsija tinsab f’dak li ntqal bħala tweġiba taħt il-mistoqsija numru 1715.

Esperimenti fuq annimali

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema tip ta' tjur u annimali qed isiru esperimenti fuqhom mid-dipartiment responsabli fi ħdan il-ministeru?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li fil-preżent qed isir Breeding Programme tal-Barbaġan (Barn Owl), kif ukoll programm ta’ konservazzjoni tar-razza tal-mogħża Maltija.

Esperimenti fuq annimali

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema tjur u bhejjem 'Maltin' qed isiru esperimenti dwarhom mill-istitut tal-agrikultura, f'kollaborazzjoni mal-Ministeru tal-Ambjent?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li fil-preżent qed isiru esperimenti b’kollaborazzjoni ma’ l-istitut tal-agrikoltura fuq it-tiġieġa maltija (Black Maltese). Ta’ min jinnota ukoll li qed isiru esperimenti fuq l-baqra maltija flimkien mal-Foundation for Maltese Cattle.
Leg 12 PQ #1959 Sitting 24 2013-05-29 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Finanzi

Fondi għall-Kawżi Ġusti – talbiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi s-sitwazzjoni finanzjarja fil-preżent tal-Fond għall-Kawżi Ġusti? Jista’ jgħid kemm hemm talbiet pendenti quddiem dan il-Fond li saru qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali u kemm huwa l-ammont globali ta’ dawn it-talbiet ? Jista’ jgħid liema huma s-snin li fuqhom huma mqassma dawn it-talbiet ?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa hemm 34 talbiet pendenti quddiem il-Fond għall-Kawżi Ġusti, b'valur totali ta' €1,274,297.50, li huma mqassmin bejn l-2012 u l-2016. Ma dawn iridu jiżdiedu talbiet oħra li kienu ġew aċċettati u commitmentsoħra li saru qabel l-aħħar elezzjoni minn dan il-fond u li l-ħlasijiet għalihom, li jaqbżu €3 miljun, għadhom pendenti. Dawn ukoll huma mqassmin bejn l-2012 u l-2016. Bilanċ fil-kont tal-bank tal-Fond tal-Kawżi Ġusti sal-aħħar ta’ April 2013 kien ta' €182,548.04.
Leg 12 PQ #1976 Sitting 24 2013-05-29 Oral · Final From: ETIENNE GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Qasam tas-Saħħa Mentali — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm qed jintefqu flus fuq servizzi fil-komunità u kemm qed jintefqu flus fuq servizzi residenzjali fil-qasam tas-saħħa mentali? Kemm tiġi tiswa sodda fl-Isptar Monte Karmeli?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.