Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — xiri u kiri ta' karozzi
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'arranġamenti saru għall-karozza uffiċjali? Jekk qed tinkera kemm hi l-kirja fis-sena? Jekk inxtrat kemm inxtrat? Ħarġu offerti għal kiri jew xiri u minn fejn qed tinkera jew inxtrat?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill- Onorevoli Interpellant li l-vettura tal-Ministru qed tinkera mingħand Meli Car Rentals u mill-14 ta’ Marzu inkriet b’dawn ir-rati:
MLY 008
BMW 5 Series
14/03 – 03/04
€50 + VAT
CBK 906
Peugeot 308
05/04 – 08/04
€16 + VAT
FQZ 019
Honda Accord
08/04 – 30/04
€16 + VAT
DQZ 526
Toyota Avensis
01/05 – Present
€16 + VAT
Ma harget l-ebda offerta ghall-kiri jew xiri imma inghataw direct orders wara negozjati għal prezz ferm anqas. Il-Ministeru qiegħed fil-process li joħroġ sejha għall-offerti biex tiġi evalwata l-aħjar għażla għall-valur ta’ flus minfuqa.
Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva — xiri u kiri ta' karozzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'arranġamenti saru għall-karozza uffiċjali tas-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva? Jekk qed tinkera kemm hi l-kirja fis-sena? Jekk inxtrat kemm inxtrat? Ħarġu offerti għal kiri jew xiri u minn fejn qed tinkera jew inxtrat?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-vettura tas-Segretarju Parlamentari qiegħda tinkera mingħand il-kumpanija Meli Car Rentals u mill-14 ta` Marzu nkriet b’dawn ir-rati:
DQZ526
Toyota Avensis
14/03 – 19/04
€30+VAT
KQZ053
Honda Accord
19/04 – 11/05/13
€16 + VAT
FQZ019
Honda Accord
11/05/13 - Present
€16 + VAT
Il-kirja saret b’direct order, madankollu l-Ministeru qiegħed fil-proċess li joħroġ sejħa għall-offerti għal xiri ta’ vettura.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — xiri u kiri ta' karozzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'arranġamenti saru għall-karozza uffiċjali? Jekk qed tinkera kemm hi l-kirja fis-sena? Jekk inxtrat kemm inxtrat? Ħarġu offerti għal kiri jew xiri u minn fejn qed tinkera jew inxtrat?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta sabiex tirreferi għall-mistoqsija parlamentari numru 381.
Segretarju Parlamentari għall-Ġustizzja — xiri u kiri ta' karozzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'arranġamenti saru għall-karozza uffiċjali tas-Segretarju Parlamentari għall-Ġustizzja? Jekk qed tinkera kemm hi l-kirja fis-sena? Jekk inxtrat kemm inxtrat? Ħarġu offerti għal kiri jew xiri u minn fejn qed tinkera jew inxtrat?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta sabiex tirreferi għall-mistoqsija parlamentari numru 381.
Jista' l-Ministru jgħid x'arranġamenti saru għall-karozza uffiċjali? Jekk qed tinkera kemm hi l-kirja fis-sena? Jekk inxtrat kemm inxtrat? Ħarġu offerti għal kiri jew xiri u minn fejn qed tinkera jew inxtrat?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħaraf lill-Onorevoli Interpellant illi l -karozza uffiċjali tal-Ministru tal-Finanzi ġiet assenjata lili mill-uffiċju tal- Prim Ministru li għamel arrenġament għal kirja ta numru ta karozzi għal perjodu qasir biex ikunu jistgħu jinqdew il membri tal- kabinett mal-ħatra tagħhom.
Il-Karozza qed tinkera bir rata ta euro 11,928 fis sena.
Bħall issa il-Ministru ħareg offerta għal kiri ta karozza biex tieħu post dik li għandu bħalissa.
Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — xiri u kiri ta' karozzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'arranġamenti saru għall-karozza uffiċjali? Jekk qed tinkera kemm hi l-kirja fis-sena? Jekk inxtrat kemm inxtrat? Ħarġu offerti għal kiri jew xiri u minn fejn qed tinkera jew inxtrat?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-karozza uffiċjali inkriet temporanjamnet wara sejħa għall-offerti.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-iskejjel f'Għawdex li fihom se jsir xogħol ta' manutenzjoni? Meta se jsir dan ix-xogħol f'kull skola? Meta hu mistenni jitlesta f'kull skola? Fiex se jkun jikkonsisti l-istess xogħol f'kull skola?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Kif diġa' ġie mwieġeb f'risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 210, fil-ħames snin li ġejjin ix-xogħol ta' manutenzjoni u tisbiħ fl-iskejjel kollha ta' Malta u Għawdex ser jitkompla b'enfasi f'dawk l-iskejjel l-antiki li għandhom bżonn manutenzjoni qawwija. Il-Ministeru ghall-Edukazzjoni u x-Xogħol waqqaf task force sabiex jagħmel eżerċizzju fl-iskejjel kollha ta' Malta u Għawdex sabiex jiġu identifikati dawk l-iskejjel li għandhom bżonn manutenzjoni qawwija u estensiva.
Fondi tal-Unjoni Ewropea (Programming Period 2014-2020) — Għawdex
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm hu maħsub li jiġi allokat għal Għawdex mill-fondi Ewropej għall-programming period 2014-2020?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li huwa prematur li wieħed jidħol fid-dettal dwar dan minħabba illi r-regoli ta’ kif jistgħu jintefqu l-fondi għadhom mhux finalizzati. Filfatt dawn qegħdin jiġu diskussi fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea. Madanakollu nixtieq nenfasizza li dan il-Gvern huwa kommess li Għawdex jibbenefika bis-sħiħ minn dawn il-fondi fis-snin li ġejjin.
Tista' l-Ministru tgħid kif hu maħsub li jiġu utilizzati l-miljun ewro li ġew miksuba mill-MEUSAC mingħand il-Kummissjoni Ewropea proprju fi Frar li għadda biex jiġu utilizzati fuq erba' snin biex tingħata informazzjoni fuq diversi aspetti marbuta mal-Unjoni Ewropea? Il-communication plan dwar kif se jiġu utilizzati dawn il-fondi ġie finalizzat? Jekk iva, tista' tpoġġi kopja fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (DALLI, HELENA)
Il-Miljun Ewro miksuba mill-M.E.U.S.A.C. mingħand il-Kummissjoni Ewropea huma intiżi biex il-M.E.U.S.A.C. iwassal tagħrif dwar l-Unjoni Ewropea liċ-ċittadini Maltin. Ewro 250,000 huma allokati għal kull sena fuq perjodu ta'erba' snin u dan l-ammont jintefaq skont kif miftiehem minn rappreżentanti tal-Ministeru tiegħi, tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Parlament Ewropew permezz ta' Pjan Konġunt ta' Informazzjoni.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, il-pjan Konġunt ta'Komunikazzjoni għal din is-sena. Dan il-Pjan ġie ffinalizzat fl-istess mument li fih ġie iffirmat il-Ftehim mal- Kummissjoni Ewropea fl-4 ta'Marzu li għadda.
In-Nadur (Għawdex) — Triq Għajn Qasab - xogħlijiet
Question
Issa li se jibda l-istaġun tas-sajf u eluf ta' Għawdxin, Maltin u turisti kuljum jużaw Triq Għajn Qasab fin-Nadur biex immorru fil-bajja tar-Ramla, jista' l-Ministru jgħid meta se jinbnew il-ħitan tas-sejjieħ li waqgħu bil-maltemp matul l-aħħar xitwa? Kemm-il darba fil-ġimgħa tinkines u titnaddaf din it-triq u meta hu maħsub li jsir patching f'dik il-parti ta' din it-triq li għadha mhix re-surfaced?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li saret spezzjoni biex tiġi evalwata l-ħsara fil-ħitan u jiġi deċiż x'għandu jsir f' dan il-każ. Jiena infurmat ukoll li din it-triq tinkines minn darba sa darbtejn fil-ġimgħa skont il-ħtieġa u li t-triq qed isirilha patching fejn mhix re-surfaced
Issa li għalaq iż-żmien li fihom setgħu jintbagħtu l-ilmenti dwar it-trasport pubbliku, jista' l-Ministru jgħid kemm minn 3,500 ilment kienu dwar trasport pubbliku f'Għawdex? Jista' jagħti lista tat-tip ta' lment li kien hemm fuq it-trasport f'Għawdex?
Response (MIZZI, JOE)
Transport Malta rċeviet total ta’ 28 suġġeriment u/jew lment mill-pubbliku kif ukoll minn entitajiet diversi fir-rigward tas-servizz tat-transport pubbliku li jikkonċerna lil Għawdex. Lista ta’ dawn qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Matul il-ġimgha li għaddiet saru laqgħat mal-Kunsilli Lokali ta’ Ghawdex fejn ġew elenkati xi problemi relatati mat-trasport pubbliku.
Issa li nħatar il-Kunsill Malti għall-Isport (KMS), jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni li ġew maħtura mill-Ministru u l-kompetenza u esperjenza ta' kull persuna fil-qasam sportiv ta' kull persuna li ġiet appuntata minnu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuni li nħatru mill-Ministru fuq il-Bord tal-Kunsill Malti għall-Isport huma:-
Is-Sur Jonathan Barbara
Is-Sur Dunstan Attard
Is-Sur Keith Bartolo
Is-Sur Teddie Borg
Is-Sur Alfred Cachia
Is-Sur Christopher Cocker
Is-Sur Nikolai Gauci
Biex inħatru ntużaw l-istess kriterji bħas-snin ta' qabel.
Segretarju Parlamentari għall-Ġustizzja — Membri tal-Bordijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-bordijiet tal-awtoritajiet u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tas-Segretarju Parlamentari tiegħu? Xi kwalifiki għandu kull membru? X'esperjenza jew expertise għandu kull membru relatata mas-settur fejn ġie ingaġġat bħala membru ta’ bord? F'każ li m'għandhom l-ebda esperjenza relatata, x'kienu l-kriterji li fuqhom intgħażlu dawn il-membri?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proċess ta’ ħatriet fuq bordijiet governattivi għadu għaddej u l-informazzjoni dwar il-kompożiżżjoni tal-bordijiet il-ġodda qed titħabbar gradwalment. Nassigura lill-Onorevoli Membru li l-kriterji li fuqhom qed jintgħażlu l-membri huma l-istess li kienu taħt l-amministrazzjoni preċedenti, bid-differenza li issa qed jiġu osservati.
Segretarju Parlamentari għall-Ġustizzja — membri tal-bordijiet - remunerazzjoni u benefiċċji
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-onorarja, allowances u perks oħra li għandu kull membru tal-bord u chairperson fl-awtoritajiet u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tas-Segretarju Parlamentari tiegħu?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant tirreferi għal mistoqsija Parlamentari numru 1415.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-bordijiet tal-awtoritajiet u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Xi kwalifiki għandu kull membru? X'esperjenza jew expertise għandu kull membru relatata mas-settur fejn ġie ingaġġat bħala membru ta’ bord? F'każ li m'għandhom l-ebda esperjenza relatata, x'kienu l-kriterji li fuqhom intgħażlu dawn il-membri?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Finanzi — membri tal-bordijiet - Remunerazzjoni u Benefiċċji
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-onorarja, allowances u perks oħra li għandu kull membru tal-bord u chairperson fl-awtoritajiet u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — Membri tal-Bordijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-bordijiet tal-awtoritajiet u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tas-Segretarju Parlamentari tiegħu? Xi kwalifiki għandu kull membru? X'esperjenza jew expertise għandu kull membru relatata mas-settur fejn ġie ingaġġat bħala membru ta’ bord? F'każ li m'għandhom l-ebda esperjenza relatata, x'kienu l-kriterji li fuqhom intgħażlu dawn il-membri?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija numru 1379
Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — membri tal-bordijiet - remunerazzjoni u benefiċċji
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-onorarja, allowances u perks oħra li għandu kull membru tal-bord u chairperson fl-awtoritajiet u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 1380.
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-business plan u l-baġit għas-sena 2013 tas-Centre for Development, Research and Training (CDRT)?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Management Efficiency Unit – business plan u baġit 2013
Question
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-business plan u l-baġit għas-sena 2013 tal-Management Efficiency Unit?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
B’referenza għall-mistoqsija tal-Onor. Interpellant, bħalissa l-Management Efficieny Unit huwa nvolut f’numru ta’ reviews ta’ diversi Dipartimenti u Entitajiet ħalli titjieb l-effiċjenza, tonqos l-burokrazija, jittejjbu is-servizzi pubbliċi, u tiżdied il-kontabilità. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.