Uffiċċju tal-Prim Ministru – ingaġġ ta’ konsulenti
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 339 u jgħid min huma l-konsulenti (inkluż persons of trust) li qegħdin jagħtu kontribut fid-dekasteru tiegħu? X’terms of reference għandhom għall-ħidma tagħhom fil-Ministeru? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti jew appointment letters fejn dawn diġà ġew iffirmati?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
In-numru tal-konsulenti b’kuntratt ta’ persons of trust fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru huwa kif jidher fit-tabella mehmuża.
Rigward kuntratti jew ittri ta’ ħatra, ma nħossx li hija etika li jiġu ppubblikati kopji ta’ dokumenti relatati ma’ individwi speċifiċi. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ kuntratti
standard
li fuqhom jiġu fformulati kuntratti ta’ persuni ingaġġati bħala
persons of trust
fuq bażi kemm full-time kif ukoll part-time.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — ingaġġ ta' konsulenti
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 340 u jgħid min huma l-konsulenti (inkluż persons of trust) li qegħdin jagħtu kontribut fid-dekasteru tiegħu? X’terms of reference għandhom għall-ħidma tagħhom fil-Ministeru? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti jew appointment letters fejn dawn diġà ġew iffirmati?
Response (GRECH, LOUIS)
Ma ġew ingaġġati l-ebda konsulenti fi hdan l-MEAIM.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin — ingaġġ ta' konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 341 u jgħid min huma l-konsulenti (inkluż persons of trust) li qegħdin jagħtu kontribut fid-dekasteru tiegħu? X’terms of reference għandhom għall-ħidma tagħhom fil-Ministeru? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti jew appointment letters fejn dawn diġà ġew iffirmati?
Response (VELLA, GEORGE)
Filwaqt li ma nħossx li hi etika li nagħti l-ismijiet tal-konsulenti, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hemm tmien konsulenti li qegħdin jagħtu kontribut fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin. Dawn kollha kienu ingaġġati qabel id-9 ta' Marzu 2013 u qed jagħtu konsulenza f'dawn l-oqsma:
International Issues
Honorary Consuls Network
Political Analyst
Parliamentary Assembly of the Mediterranean
International Organisations
Development Trade and Investment Issues
European Commission-League of Arab States Liaison Office
Embassy Affairs
Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija mill-Prim Ministru għall-mistoqsija parlamentari 2334.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 342 u jgħid min huma l-konsulenti (inkluż persons of trust) li qegħdin jagħtu kontribut fid-dekasteru tiegħu? X’terms of reference għandhom għall-ħidma tagħhom fil-Ministeru? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti jew appointment letters fejn dawn diġà ġew iffirmati?
Response (VELLA, KARMENU)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru tat-Turiżmu għandu konsulent wieħed (1) li qiegħed jagħti kontribut fid-dekasteru tiegħu. Dan il-konsulent ġie ngaġġat biex jagħti konsulenza dwar affarijiet li għandhom x’jaqsmu mas-settur tal-avjazzjoni fi ħdan il-Ministeru.
Il-Ministeru ma jistax iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Kuntratt sabiex titħares l-liġi tal-Protezzjoni tad-Data.
Jista' l-Ministru jindika l-proċedura li ntużat għax-xiri ta' karozza għas-Segretarju Permanenti responsabbli mill-Ministeru tiegħu?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi s-Segretarju Permanenti fil-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima ma xtarax karozza għall-użu tiegħu, imma qed jagħmel użu min karozza illi kellu meta kien maħtur bħala direttur.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — uffiċjali tas-segretarjati - kuntratti
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti ta' impjieg tal-uffiċjali tas-segretarjat privat tiegħu, inkluż is-segretarjat tas-Segretarju Parlamentari?
Response (CARDONA, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-kuntratti ta' mpjiegi tal-uffiċjali tas-segretarjat privat tiegħi inkluż is-segretarjat tas-Segretarju Parlamentari.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — transfers ta' impjegati
Question
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm saru transfers fl-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mit-12 ta' Marzu sal-lum? Jista' jagħti din l-informazzjoni dettaljata dwar min kienu l-persuni milquta, il-postijiet minn u fejn imxew, u jekk it-transfers sarux fuq talba tal-individwu jew le?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni se titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — transfers ta' impjegati
Question
Tista' l-Ministru tagħti informazzjoni dwar kemm saru transfers fl-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha mit-12 ta' Marzu sal-lum? Tista' tagħti din l-informazzjoni dettaljata dwar min kienu l-persuni milquta, il-postijiet minn u fejn imxew, u jekk it-transfers sarux fuq talba tal-individwu jew le?
Response (DALLI, HELENA)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħata għall-mistoqsija parlamentari 214.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — transfers tal-impjegati
Question
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm saru transfers fl-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mit-12 ta' Marzu sal-lum? Jista' jagħti din l-informazzjoni dettaljata dwar min kienu l-persuni milquta, il-postijiet minn u fejn imxew, u jekk it-transfers sarux fuq talba tal-individwu jew le?
Response (MIZZI, JOE)
Peres li l-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura ma għadux jinkludi fih l-Agrikoltura u l-Ambjent ( Ex-MRRA ), kellu jsir eżerċizzju biex impjegati li kienu jagħmlu xogħol relatat jintbagħtu fl-entità rispettiva tagħhom. Dan l-eżerċizzju kien jinvolvi ċ-ċaqliq ta’ 74 ħaddiem. Minn dawn 64 saru bi qbil bejn l-impjegati u l-Ministeru/Entità. L-ghaxra l-oħra seħħew minħabba li n-natura tax-xogħol tagħhom kienet taqa’ taħt id-dekasteru l-ġdid.
Peress li l-Ħadd, 21 ta’ April 2013 fl-ewwel faċċata tal-gazzetta Il-Mument kien rappurtat li f’xhieda li kienet ingħatat fil-Qorti fil-1987, xhud xehed bil-ġurament u qal kif kien imsawwat f’għassa tal-pulizija waqt interrogatorju u li waqt dan l-interrogotarju kien preżenti spettur, illum il-Kummissarju tal-Pulizija, li, dejjem skont din ix-xhieda ġuramentata, beda jinċita aktar swat fuq il-persuna interrogata, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk meta ddeċieda li l-Gvern jaħtar il-Kummisarju tal-Pulizija l-ġdid kienx jaf jew le b’dawn il-fatti li seħħew f’April 1987 fl-għassa tal-Pulizija tal-Imsida?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għall-kummenti li għadda l-Kummissarju tal-Pulizija fuq mezzi differenti tax-xandir dwar ir-rapport li hemm riferenza għalih fil-mistoqsija tiegħu.
Il-Kummissarju tal-Pulizija caħad b’mod kategoriku l-kontenut ta’ dan ir-rapport.
Jirriżulta wkoll li l-kaz fil-Qorti li jsemmi l-Onor Interpellant fil-mistoqsija tiegħu kien twaqqa wara l-elezzjoni ġenerali tal-1987.
Infakkar lill-Onor Interpellant li wara x-xhieda fil-Qorti fl-1987, mhux biss ma kienet ittieħdet l-ebda azzjoni fil-konfront tal-Kummissarju tal-Pulizija preżenti, anzi għall-kuntrarju, l-istess Kummissarju kompla miexi ‘l quddiem fil-karriera tiegħu fil-korp.
Tant li wara l-1987 huwa ingħata promozzjoni u minn Spettur sar Supretendent u kien anki fdat bit-tmexxija tal-uffiċċju legali tal-Korp.
Tista' l-Ministru tgħid x’inhi d-definizzjoni għall-Gvern ta’ xogħol prekarju?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma hemmx definizzjoni li tesegwixxi l-elementi tal-prekarjat. Għal dan il-Gvern fid-definizzjoni li x-xogħol prekarju huwa dak ix-xogħol li ma joffri l-ebda stabbilità għall-impjegat b’mod li jkun jista jippjana triqtu b’dinjita’ u servut u kif ukoll meta jkun hemm kundizzjonijiet tax-xogħol li ma jirrispettawx il-minimu tad-drittijiet li tesigi il-ligi. Fl-aħħarnett irid jkun enfasitzat li x-xogħol prekarju ma jiżra l-ebda serenita’ urterjuri w ma jikkontribwixxix għall-produttività meħtieġa fuq livell nazzjonali. Il-kwistjoni tax-xogħol prekarju kienet diskussa fuq livell ta’ Kabinett.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il devoluzzjoni saru lill-kunsilli lokali fl-aħħar ħames snin, sena b’sena?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-aħħar ħames (5) snin kien hemm wieħed u sebgħin (71) devoluzzjoni ta’ art jew sit pubbliku mill-Gvern lil xi Kunsill Lokali kif ġej: disa’ (9) siti fl-2008; għaxar (10) siti fl-2009; sitta u għoxrin (26) sit fl-2010; tmien (8) siti fl-2011 u tmintax (18)-il sit fl-2012.
Jista’ l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 357 u jipprovdi status update dettaljat dwar il-progress li sar fuq il-proġett tal-BioMalta Campus?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninsab infurmat li wara li nħareġ il-Full Development Permit għall-Enabling Works (Demolishing and Excavation), mill-MEPA, ix-xogħlijiet ta’ twaqqiegħ u tħaffir bdew f’Settembru 2011.
Saret konsultazzjoni mal-isptar Mater Dei, l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post tax-Xogħol, Transport Malta, u l-MITA, sabiex ikun assigurat li x-xogħlijiet isiru mingħajr ma jkunu ta’ inkonvenjent għal dawn l-entitajiet. Dan minħabba li ż-żona tinsab qrib ħafna tal-isptar. Ix-xogħlijiet imxew skont il-pjan u sal-aħħar tas-sena 2012 ix-xogħlijiet kollha relatati mat-twaqqiegħ u t-tħaffir tlestew.
F’Settembru 2012, il-MEPA ħarġet permess għall-bini tal-Campus. F’Diċembru 2012, il-konsorzju tax-xogħol ċivili, AVCR, daħal fis-sit u s’issa kważi tlesta x-xogħol tal-pedament u fis għandu jibda x-xogħol biex jissaqqaf is-sotteran. Il-pjan tax-xogħol attwali jinkludi l-bini tal-kumpless, l-installazzjoni ta’ servizzi tal-bini, kif ukoll irfinar u tisbiħ tal-pajsaġġ.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Malti għall-Isport għandiex għall-użu tagħha karozza tal-linja proprjetà tal-istess Kunsill Malti għall-Isport? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid:
a) meta nxtrat jekk din kienet inxtrat;
b) jekk inxtrat kemm qamet u mingħand min inxtrat; u
ċ) kemm-il darba ntużat matul dawn l-aħħar sitt xhur?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-KMS għandu għall-użu tiegħu karozza tal-linja li nxtrat mingħand Transport Malta fil-15 ta' Diċembru 2011 għall-prezz ta' €15,340.00. Din il-karozza tal-linja bdiet tintuża f'Jannar li għadda wara li sar ix-xogħol ta' manutenzjoni meħtieġ u l-vettura sarilha l-VRT. Minn Jannar li għadda din il-karozza tal-linja intużat seba' (7) darbiet għat-trasport tal-parteċipanti fil-programmi sportivi tal-KMS, kif ukoll intużat darba biex iġġorr atleti internazzjonali tal-weightlifting.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Malti għall-Isport (KMS) għandiex vetturi tagħha? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid ta' liema tip huma, meta nxtraw, kemm qamu u x'kienet ir-raġuni għaliex inxtraw f'kull każ?
Response (BARTOLO, EVARIST)
It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw tenders mill-Kunsill Malti għall-Isport (KMS) bejn Jannar 2012 u Marzu 2013? Jista' jgħid:
a) għal liema servizz kienu dawn it-
tenders
;
b) meta ħarġet kull sejħa għal kull tender u kif ġiet reklamata;
ċ) kemm applikaw għal kull tender;
d) lil min kienu dawk li applikaw għal kull tender u l-offerta ta' kull wieħed minnhom; u
e) min ingħata kull tender?
Response (BARTOLO, EVARIST)
It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew committed għajnuniet lill-għaqdiet differenti mill-Good Causes Fund bejn Awwissu 2012 u Marzu 2013? Jista' jgħid min kienu dawk li ġew imwiegħda minn din l-għajnuna u l-ammont għal kull każ?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vakanza nħolqot mal-Heritage Malta bejn Awwissu 2012 u Frar 2013? Jista' jgħid għal kull każ:
a) x'kienet il-vakanza;
b) meta u kif saret is-sejħa;
ċ) kemm kien hemm applikazzjonijiet għal kull sejħa; u
d) min kien magħżul għal kull vakanza?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta għal din il-mistoqsija qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk mal-ħatra tiegħu kellux inventarju ta' x'suppost kien hemm fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru? Jekk fl-affermattiv jista' jgħid jekk ġiex konfermat li dak kollu fl-inventarju instabx? Jekk kien hemm xi nuqqasijiet, jista' jgħid jekk ittieħditx xi azzjoni, u x'inhi din l-azzjoni?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qegħda tinġabar u it-tweġiba se tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm irċeviet rapporti dwar logħob tal-flus illegali l-Awtorità dwar il-Lotteriji u l-Logħob (LGA), kull sena f’dawn l-aħħar ħames snin, maqsumin f’kull lokalità f’Malta u f'Għawdex? Kemm minn dawn ir-rapporti ġew investigati u fuq kemm ittieħdet azzjoni?
Response (CARDONA, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.