Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-2004 sal-lum? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma ngħata l-ebda xogħol lill-kumpanija imsemmija fil-perjodu indikat.
Dipartiment tal-Kuntratti – teknoloġija favur l-ambjent
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'miżuri konkreti qed jieħu d-Dipartiment tal-Kuntratti biex dawk il-kumpaniji li jippromwovu teknoloġija u jħaddnu prassi favur l-ambjent jingħataw rikonoxximent fl-għoti ta’ tenders u kuntratti pubbliċi?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi aktar milli jingħata rikonoxximent, id-Dipartiment tal-Kuntratti jesiġi li sejħiet għall-offerti għal xiri ta’ ċertu prodotti jew servizzi jridu jinkludu speċifikazzjonijiet ambjentali kif stabbiliti mill-Unjoni Ewropea. Id-Dipartimenti u organizzazzjonijiet kollha tal-Gvern kienu ġew infurmati fuq kif għandhom jiktbu id-dokumenti tas-sejħiet tal-offerti f’dan ir-rigward permezz taċ-Ċirkulari tad-Dipartiment tal-Kuntratti 21/2011. Tali dokumenti qed ikunu skrutinizzati mis-sezzjoni tax-Xiri Pubbliku Aħdar. L-offerenti huma mistennija li l-prodotti u servizzi li joffru jridu jirrispettaw dawn l-ispeċifikazzjonijiet. F’kas li le, l-offerti jiġu skwalifikati.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – rilokazzjoni tas-sezzjoni żgħażagħ
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk għadx hemm il-ħsieb li s-sezzjoni żgħażagħ ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin tiġi rilokata għal post barra minn din il-faċilità? Jista’ jgħid jekk il-post li kien identifikat f’Ħad-Dingli ġiex imwarrab? Jekk iva, jikkonferma li qed jiġi kkunsidrat post qrib il-ħabs? Jista’ jagħti timeframe meta se jinbeda x-xogħol u meta għandu jitlesta?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern iddeċieda li l-post ġewwa Ħad-Dingli li kien qed jiġi kkunsidrat bħala post fejn jinbena l-ħabs għall-minorenni – il-YOURS – ma jintuzax għal tali skop peress li hemm pjanijiet oħra ta’ kif tiġi żviluppata l-art f’Ħad-Dingli. Periti tal-Gvern bħalissa qed jidentifikaw postijiet alternattivi oħra fejn tista’ tinbena l-YOURS.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Offenders Assessment Board (OAB) u l-Parole Board għadhomx kostitwiti mill-istess membri li kienu jagħmlu parti minnu qabel id-9 ta’ Marzu? Jista’ jagħti lista tal-membri ta’ dawn iż-żewġ bordijiet?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-membri taż-żewġ bordijiet indikati fil-mistoqsija għadhom ma ġewx maħtura.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet fil-qorti tal-minorenni f'dawn l-aħħar sentejn, kemm minnhom kienu dwar akkużati bniet u kemm minnhom subien, kemm f'Malta u f'Għawdex separatament skont it-tip ta' reat li ġew akkużati bih?
Response (MALLIA, EMANUEL)
B’żieda mat-tagħrif li jien tajt fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2158, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuni minuri li ġew imressqa quddiem il-Qorti tal-Minorenni matul dawn l-aħħar sentejn kienu kif ġej:
Subien
Bniet
Total
2011
Malta
104
22
126
Għawdex
4
nil
4
Total
108
22
130
2012
Malta
70
38
108
Għawdex
7
1
8
Total
77
39
116
Peress li l-Istitut tal-Istudji Turistiċi (ITS) hija istituzzjoni edukattiva li ma taqax taħt id-dekasteru tiegħu, jista' l-Ministru jispjega kif beħsiebu li jżomm komunikazzjoni bejn il-Ministeru tiegħu u t-tmexxija l-ġdida tal-Istituzzjoni tal-Istudji Turistici?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li hemm komunikazzjoni kontinwa bejn iż-żewġ ministeri.
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx ikkonsultat mill-Ministru responsabbli għat-Turiżmu dwar il-ħatra tal-bord il-ġdid tal-Istituzzjoni tal-Istudji Turistiċi (ITS)? Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx rappreżentant maħtur mill-Ministeru tiegħu, u jekk hemm minn hu dan ir-rappreżentant?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-bord inħatar mill-Ministru responsabbli għat-Turiżmu wara konsultazzjoni miegħi.
Ir-rappreżentanti tiegħi huma s-Sinjuri Adrian Grech Cumbo u Alfred Quintano.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1951 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Edukazzjoni u x-Xogħol u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Peress li dawk li jiffrekwentaw il-gym tal-kumpless sportiv fi Triq l-Ewropa, ir-Rabat Għawdex, qed jilmentaw minħabba s-sħana u minkejja li saru diversi talbiet biex jiġi stallat airconditioning unit ieħor, dan baqa’ qatt ma sar, jista’ l-ministru jieħu l-passi neċessarji biex jara li dan isir?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-GYM tal-Kumpless Sportiv t'Għawdex huwa mghamar b'aircondition unit ta' 24000 BTU. Ix-xiri ta' aircondition unit ieħor isir meta jkun hemm fondi meħtieġa. Il- vot ta' din is-sena għall-kumpless sportiv l-anqas huwa biżżejjed biex ikopri l-ispejjeż kommessi mill-gvern preċidenti li kien hu ukoll li ppropona kemm kellu jkun il-vot għal din is-sena
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1898 u jgħid kemm kien hemm persuni Għawdxin li kellhom appuntamenti l-out patients l-Isptar Mater Dei f'dawn l-aħħar sitt xhur u għal liema servizz u jgħid kemm kien hemm appuntamenti li tħassru u ta' liema servizz?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Sptar Mater Dei — persuni trasportati mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex bil-helicopter
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1896 u jgħid kemm kien hemm persuni li ġew trasportati bil-helicopter mill-Isptar Ġenerali t'Għawdex għall-Isptar Mater Dei f'dawn l-aħħar tliet xhur, jagħti l-età tal-persuna u r-raġuni għaliex ittieħdet l-Isptar Mater Dei?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li f’dawn l-aħħar tlett xhur kien hemm 4 trasferimenti ta’ pazjenti mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-Isptar Mater Dei bil-helikopter. L-etajiet ivarjaw minn tarbija ta’ ġurnata sa anzjan ta’ 70 sena. Ir-raġunijiet kienu varji u t-tabella t’hawn taħt tispjega dawn id-dettalji:
Raġuni għat-trasferiment bil-helikopter mill-Isptar t'Għawdex għall-Isptar Mater Dei
Data Eta/snin Raġuni
07/02/2013 3 Kumplikazzjoni respiratorja (
respiratory distress
)
12/02/2013 56 Mard tal–kliewi akut (
acute renal failure
)
19/03/2013 70 Emorraġija fil–moħħ (
subdural haemorrhage
)
05/04/2013 1 (ġurnata) Mard tal–qalb konġenitali (
congenital heart disease
)
Kunsilli Lokali – xogħlijiet fuq ġonna u spazji pubbliċi
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1842, u jagħti tagħrif dwar liema xogħlijiet saru mill-kunsilli lokali tas-7, 9, 11, u 12-il distrett elettorali fil-lokalitajiet rispettivi individwali, lokal, lokal, bejn Ġunju 2012 u Mejju 2013, fil-ġonna u spazji pubbliċi oħra li hemm f'kull waħda minn dawn il-lokalitajiet? Jista' jindika jekk dawn il-ġonna humiex pubbliċi jew privati? Min wettaq dan ix-xogħol u kemm kienet l-ispiża?
Response (VELLA, KARMENU)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-Mistqosija Parlamentari Numru 1842.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1974 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura u issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Peress li r-residenti ta’ Triq Ramla in-Nadur, liema triq mhux dik li tieħu għar-Ramla imma li tmiss ma’ Triq Binġemma u hija parti mill-housing estate, ripetutament jilmentaw bl-istat ħażin tat-triq u hemm ħofor fondi, jista’ l-Ministru jara li titqaxxar l-art fejn hemm dawn il-ħofor u tiġi asfaltata dik il-parti?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li t-triq imsemmija taqa' taħt ir-responsabilita tal-Kunsill Lokali tal-post. Għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant tirreferi l-mistoqsija lill- Ministru responsabli mill-Kunsilli Lokali.
Jista' l-Ministru jipprovdi lista tal-proġetti approvati mill-programmi Ewropej tal-ERDF, ESF u l-Fond ta' Koeżjoni għall-perjodu 2007-2013 sad-9 ta' Marzu 2013? Jista’ jagħti wkoll għal kull proġett, is-sehem tal-Unjoni Ewropeja tal-ammonti allokati u dawk minfuqa li ġew ivverifikati mill-awtorità ta' ġestjoni?
Response (GRECH, LOUIS)
Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
B`referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 91, jista’ l-Ministru jgħid jekk qattx bagħat emails jew xi forma oħra ta' korrispondenza lill-management tal-Isptar Mater Dei, fejn ta struzzjonijiet sabiex impjegati f'diversi gradi, kif ukoll ħaddiema li jaħdmu mal-kuntrattur, jiġu ttrasferiti minn post għal ieħor? Jekk iva, jista' jgħid min kienu l-impjegati, il-grad tagħhom u minn fejn għal fejn ġew trasferiti? Għalfejn ħass il-ħtieġa li jintervjeni b'dan il-mod ladarba dan huwa x-xogħol proprju tal-management tal-istess sptar?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qatt ma bgħatt emails jew forma oħra ta’ korrispondenza lill-management tal-Isptar Mater Dei kif indikat fil-mistoqsija parlamentari.
B`referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 90, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-transfer policy li qed tiġi użata mid-Dipartiment tas-Saħħa fil-preżent? Jikkonferma li t-transfers li qed isiru qed jaderixxu ma’ din il-policy?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-transfers policy kienet ġiet approvata mill-Ministry Managment Board, fl-amministrazzjoni preċedenti.
Il-
Managment
hija fid-deskrizzjoni tiegħu li jagħmel ‘
development’
skont l-esiġenza tas-servizz.
Central Procurement Supplies Unit u d-Dipartiment tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek
Question
B`referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 77 u 92, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qed jitħejjew xi pjanijiet sabiex id-Dipartimenti tal-Central Procurement Supplies Unit (CPSU) u l-iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek (POYC) jiġu amalgamati, peress li mir-risposti jidher li hemm diversi funzjonijiet li huma duplikati?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-funzjoni tad-Dipartiment tal-POYC huwa totalment distint minn dak tas-CPSU.
Filwaqt li l-POYC huwa responsabbli għat-tqassim tal-mediċini fil
213
spiżerija fil-Komunita’ madwar Malta u Għawdex kollha, bil-għan lis-servizz tat-tqassim ta’ mediċini għal dawk li huma ntitolati għal-mediċini b’xejn mingħand il-Gvern jersaq kemm jista’ jkun qrib lejn il-pazjent. B’hekk il’ fuq minn il-
109,000
pazjent illum qed jibbenefikaw minn servizz aktar f’waqtu u personaliżżat f’dak li għandu x’jaqsam ma’ pariri u informazzjoni fuq il-mediċini tagħhom minn dak li kienu jirċievu mill-ispizeriji distrettwali u miċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Gvern.
Barraminnhekk, il-POYC huwa ukoll responsabbli mill-ippakkjar ta’ mediċini lis-CPSU tixri fl-bulk packaging sabiex dawn ikunu jistgħu jitqassmu lil kull pazjent individwali skond il-ħtieġa.
Il-POYC mhux responsabbli għat-tqassim tal-istokk farmaċewtiku fl-isptarijiet u l-anqas għax-xiri tal-istokk farmaċewtiku.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' persuni li attendew f`kull ċentru tas-saħħa matul ix-xhur Jannar, Frar, Marzu u April 2013? Kemm minn dawn il-pazjenti ġew riferuti għad-dipartiment tal-emerġenza tal-Isptar Mater Dei?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' tobba li jaħdmu mal-Gvern u li bħalissa qed jattendu xi tip ta' postgraduate course f'Malta jew barra? F'liema speċjalizzazzjonijiet u fejn qed jistudjaw dawn it-tobba, u kemm hu t-tul tal-korsijiet li qed jattendu?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' infermiera li jaħdmu mal-Gvern u li bħalissa qed jattendu xi tip ta' postgraduate course f'Malta jew barra? F'liema speċjalizzazzjonijiet u fejn qed jistudjaw dawn l-individwi, u kemm hu t-tul tal-korsijiet li qed jattendu?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma l-Onorevoli interpellant li tali informazzjoni mitluba fil-mistoqsija parlamentari 2295 ma tinżammx. Għaldaqshekk qed isir eżerċizzju biex tinġabar din l-informazzjoni mill-entitatjiet kollha tas-Saħħa u risposta sħiħa tinghata f’seduta oħra
Ir-Rabat (Għawdex) — ċentru kliniku - trasferiment għall-Isptar Ġenerali t'Għawdex
Question
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 1795, jista’ l-Ministru jgħid jekk bħala Ministru ġiex ikkonsultat qabel ma ttieħdet id-deċiżjoni li ċ-ċentru kliniku li kien jinsab fiċ-ċentru tar-Rabat Għawdex jiġi trasferit għall-Isptar Ġenerali ta' Għawdex? Jista’ jikkonferma li hu talab biex din id-deċiżjoni tiġi revokata għax toffri inkonvenjent lir-residenti Għawdxin?
Response (REFALO, ANTON)
Nirreferi lill Onorevoli Interpellant li m'għandi xejn x'inżid mat-tweġibiet li tajt għall-mistoqsijiet parlamentari numri 1248 u 1795.