Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura – kuntratti ta’ security guards
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra bil-lista ta’ kuntratti ta’ servizzi ta’ sigurtà (security guards/officers) li huma in vigore fil-Ministeru u l-entitajiet li huwa responsabbli minnhom u li r-rata komputata fis-siegħa hija ta’ anqas minn €5.66 eskluża l-VAT?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li hemm kuntratt wieħed ta’ servizz ta’ sigurta’ma Global Security Service li r-rata kompluta fis-siegħa hija ta’ anqas minn €5.66 eskluża l-VAT. Dan il-kuntratt li sar minn Transport Malta, beda fit-22 ta’ Frar 2013 u huwa validu għal perjodu ta’ sena.
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li l-impenn tal-Gvern kontra x-xogħol prekarju jibqa dejjem wieħed assolut.
Il-Gvern jemmen li x-xogħol prekarju waqt li jċaħħad lill-ħaddiema mid-dinjita tagħhom, la jagħmel ġid lil min iħaddem u lanqas lill-ekonomija.
Il-kwistjoni tax-xogħol prekarju kienet diskussa fuq livell ta’ Kabinett.
Ġie maqbul li jitressaq Pjan ta' Azzjoni quddiem l-MCESD għad-diskussjoni mal-imsieħba soċjali, biex eventwalment ikun ipprezentat pjan t’azzjoni finali.
Kunsilli Lokali – xogħlijiet fuq ġonna u spazji pubbliċi
Question
Jista' l- Ministru jagħti tagħrif dwar liema xogħlijiet saru mill-kunsilli lokali tas-7, 9, 11, u 12-il distrett elettorali fil-lokalitajiet rispettivi individwali, lokal, lokal, bejn Ġunju 2012 u Mejju 2013, fil-ġonna u spazji pubbliċi oħra li hemm f'kull waħda minn dawn il-lokalitajiet? Jista' jindika jekk dawn il-ġonna humiex pubbliċi jew privati? Min wettaq dan ix-xogħol u kemm kienet l-ispiża?
Response (VELLA, KARMENU)
Qiegħed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk il-laqgħa annwali tal-Ambaxxaturi li soltu ssir f’Lulju hix se ssir? Jekk le, jista’ jinforma lill-Kamra x’inhi r-raġuni ?
Response (VELLA, GEORGE)
Minħabba li bħalma dejjem isir fi bdil ta' Gvern, huwa mistenni li numru ta' Ambaxxaturi, itemmu l-kariga tagħhom, u oħrajn ġodda ikunu appuntati, filwaqt li oħrajn ibiddlu posthom, inħass li mhux il-każ li l-laqgħa annwali tal-Ambaxxaturi li s-soltu ssir matul ix-xhur tas-Sajf issir din is-sena. Madanakollu nassigura li għas-sena d-dieħla din il-laqgħa ssir bħal ma dejjem saret.
Tista’ l-Ministru tara li tinħadem ir-rata ta’ kemm se jkollu f ‘idu mill-pensjoni, l-pensjonant li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament li minkejja li ilu li applika minn Frar 2013 għadu ma rċieva xejn?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna msemmija fil-Mistoqsija Parlmentari numru 1919 se tiġi infurmata personalment permezz ta’ ittra.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — laqgħat ma' ambaxxaturi
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 1727, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk marx jiekol ma’ xi wieħed jew waħda minn dawn l-ambaxxaturi u jekk iva min akkumpanjah?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ma kelli l-ebda ikla mal-Ambaxxaturi msemmija fil-mistoqsija parlamentari 1727.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – laqgħat ma’ Ambaxxaturi
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 1726, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk marx jiekol ma’ xi wieħed jew waħda minn dawn l-ambaxxaturi u jekk iva min akkumpanjah?
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 1725, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk marx jiekol ma’ xi wieħed jew waħda minn dawn l-ambaxxaturi u jekk iva min akkumpanjah?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninforma lill-Onorevli Interpellant li l-Ministru iltaqa’ għall-ikel mal-Ambaxxatur għall-Iżrajel. Nikkonferma li l-Ambaxxatur attenda waħdu.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1724 u jinforma lill-Kamra ma’ liema ambaxxaturi ltaqa’ tul ix-xhur ta’ Marzu, April u Mejju sal-ġurnata tal-lum? Jista’ jindika wkoll x’ġie diskuss?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-perjodu msemmi kelli laqgħat mal-Ambaxxatriċi tal-Istati Uniti tal-Amerika, mal-Ambaxxatur Ċiniż u wkoll mal-Kummissarju Għoli Ingliż.
Fil-laqgħat imsemmija ġew diskussa materji ta’ importanza bilaterali li huma relatati mal-qasam tas-saħħa fost oħrajn.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm viżitaturi fil-Palazz tal-Inkwizitur, il-Birgu fis-snin 2011, 2012 u s’issa f’din is-sena?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninsab infurmat li n-numru totali ta’ viżitaturi li żaru l-Palazz tal-Inkwiżitur fl-2011 kien jammonta għal 32,741 (Novembru u Diċembru esklużi minħabba li l-kuntrattur li kien jipprovdi s-servizz ma għaddiex din l-informazzjoni).
Fl-2012 żaru l-Palazz tal-Inkwiżitur 34,298 viżitatur, filwaqt li minn Jannar sa April ta’ din is-sena (2013) marru 12,256 ruħ.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar fiex jikkonsistu l-bidliet tal-iskema ta’ height relaxation mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) għal-lukandi? Meta bdew id-diskussjonijiet dwar dawn il-bidliet u liema partijiet mill-proposti oriġinali ġew mibdula qabel tħabbru uffiċjalment? Lil min saru l-preżentazzjonijiet dwar dawn il-bidliet,u x'riservi kien hemm dwarhom?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Għan ewlieni ta’ din il-policy kien li jindirizza ċirkostanzi fejn lukandi li qegħdin f’żoni definiti bħala “Qualifying Tourism Areas (QTA)” Sezzjoni 2C, b’xi mod u f’parti mis-sit konċernat, ma jkunux jistgħu jilħqu l-għoli massimu tal-bini kif indikat fil-Pjan Lokali relevanti. Dan jista jiġri għal diversi raġunijiet bħal restrizzjonijiet minħabba skedar, tran¿izzjoni ta’ kundizzjonijiet fiż-zoning minn post għall-ieħor fis-sit, spazju żviluppabli li ma jkunx jista’ jinbena biex jinżammu standards tal-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu u ċirkostanzi restrittivi oħra. Għaldaqstant, din il-policy tintroduċi il-kunċett ta’ height limitation adjustment, li tirreferi għat-trasferiment ta’ spazju minn parti għall-oħra ta’ proġett fl-istess sit, possibilment permezz ta’ żieda limitata (sa massimu ta’ żewġ sulari addizzjonali) fuq il-height limitation massimu kif indikat fil-Pjan Lokali rispettiv. Għan ieħor tal-policy kien li jinħoloq bilanċ sostenibbli bejn il-ħtiġijiet tas-settur tal-lukandi u l-kuntest tal-madwar.
L-oġġettivi tal-
policy
kienu maħruġa għall-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika nhar it-12 t’Ottubru 2012. Dan l-eżerċizzju dam fis-seħħ gimgħatejn. Wara dan sar l-ewwel abbozz tal-
policy
li nħareġ għal darb’oħra għal proċess ta’ konsultazzjoni mal-pubbliku, din id-darba għal perjodu ta’ seba’ (7) gimgħat. Dan it-tieni proċess ta’ konsultazzjoni pubblika kien inbeda nhar is-16 ta’ Novembru 2012. Il-proċess ta’ konsultazzjoni mal-pubbliku kien jinkludi ukoll laqgħat ma’ diversi aġenziji, assoċjazzjonijiet u għaqdiet mhux governattivi. Dawn il-laqgħat saru kemm f’Malta u kemm f’Għawdex. Saru wkoll laqgħat ma individwi li urew interess fl-eżitu ta’ din il-policy. Wara t-tieni proċess ta’ konsultazzjoni pubblika il-MEPA irċeviet 28 sottomissjonijiet. Ir-rapprezentanti u partijiet interessati li kienu jinkludu fost l-oħrajn il-Kamra tal-Periti u Din l-Art Ħelwa, l-Awtorita Maltija għat-Turizmu (MTA) u l-Assocjazzjoni dwar il-Lukandi u r-Ristoranti (MHRA), il-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija (GBC) u L-Assoċjazzjoni dwar it-Turiżmu għal-Għawdex (GTA).
Il-punti ewlenin tqajjmu waqt il-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika jistgħu prinċiparjament jinqasmu f’dawn il-kategoriji:
- Punti dwar il-
Qualifying Tourism Areas
(QTAs).
- Il-bżonn ta’ kmamar addizzjonali fil-lukandi u t-tħassib dwar l-u¿u fil-futur ta’ sulari miżjuda b’effett ta’ din il-
policy
,
- Il-bżonn ta’ kjarifika meta tiġi applikata il-
Hotel Height Limitation Adjustment
u t-tħassib dwar l-impatt li ser jkollha fuq il-bini tal-madwar meta jkun hemmżieda fil-għoli tal-bini.
- Konsiderazzjonijiet marbuta ma' Parkeġġ
Is-sottomissjonijiet li saru kienu prinċiparjament fuq lati opposti tal-ispettru. Min-naħa kien hemm numru ta’ kontributuri xtaqu aktar flessibilta’ filwaqt li oħrajn xtaqu li jkun hemm aktar restrizzjonijiet. It-tibdiliet relevanti saru wara il-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika u kienu jinkludu kjarifiki dwar il-kunċett tal-“
height limitation adjustment
”, u ż-żieda ta’ numru ta’ salvagwardji. Żewġ klawsoli oħra (klawsola H u J) kienu miżjuda mal-policy fis-sezzjoni 4.2 tad-dokument.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-emendi prinċipali u xi notamenti fuqhom.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti s-servizz ta’ social support workers li għadu kemm ġie introdott dan l-aħħar? Kemm hemm studenti li qed jibbenefikaw minn dan is-servizz illum? X’għandhom jagħmlu dawk il-ġenituri li jixtiequ jagħmlu użu minn dan is-servizz?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-servizz ta’ social support workers ġie introdott ħames snin ilu fl-2008 fil-Kulleġġ ta’ Santa Margerita u tlett snin wara fl-2011 dan is-servizz beda jingħata f’erba’ kulleġġi oħra.
Id-dmirijiet u responsabbiltajiet ta’
Social Support Workers
huma:
a. jagħmlu visti fid-djar u postijiet oħra skont il-ħtieġa, biex jikkomunikaw mal-familji identifikati mis-
social worker
li taħdem fi ħdan il-Kulleġġ rispettiv, biex jipprevjenu, jnaqqsu jew jeliminaw l-assenteiżmu mill-iskola;
b. jgħinu lis-
social worker
timplimenta
care plans
diskussi waqt is-superviżjoni li huma relatati ma’ studenti li l-iżvilupp edukattiv tagħhom huwa effettwat minn diffikultajiet personali, soċjali u familjari. Dawn it-tip ta’ diffikultajiet jinkludu esklużjoni soċjali, imġieba diffiċli u sitwazzjonijiet familjari diffiċli;
c. joffru sapport lill-familji billi jgħinuhom b’mod prattiku jkopru l-ħtiġijiet edukattivi ta’ uliedhom;
d. jgħallmu l-immaniġġjar tad-dar, ħiliet ta’ kf tkun ġenitur u ħiliet interpersonali lill-familji għall-benefiċju ta’ uliedhom fl-edukazzjoni tagħhom;
e. jakkumpanjaw lit-tfal l-iskola fejn ikun hemm ġenituri bi problema ta’ saħħa mentali jew mard ieħor
Mill-bidu tas-sena skolastika 2012/2013 s’issa is-
Social Support Workers
segwew 198 student.
Il-ġenituri għandhom jagħmlu appuntament mas-
Social Worker
tal-Kulleġġ rispettiv.
Is-servizz ta’
Social Support Worker
huwa pprovdut f’dawn il-Kulleġġi: Santa Margerita, Santa Klara, San Injazju, Maria Regina u Santa Tereża. Importanti li jiġi ċċarat li fil-preżent minn dawn il-Kulleġġi qed jiġi provdut is-servizz ta’ Social Worker fil-Kulleġġ ta’ Santa Margerita u San Injazju, għalhekk il-familji jridu jikkuntattjaw lis-
Social Support Worker
direttament fl-assenza tas-
Social Worker
.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 589 u peress li issa għaddew aktar minn xahrejn minn meta numru ta’ segretarji permanenti kellhom jirriżenjaw mill-kariga tagħhom, jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-deskrizzjoni sħiħa u dettaljata tal-funzjonijiet u responsabbiltajiet li ngħataw?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija nru 1503.
Għar-rigward l-informazzjoni ddettaljata din tingħata meta l-proċess tal-ħatriet jiġi konkluż.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija 589 u peress li issa għaddew aktar minn xahrejn minn meta numru ta’ segretarji parlamentari kellhom jirriżenjaw mill-kariga tagħhom, jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ittra tal-ħatra tagħhom fil-kariga l-ġdida li ngħatatilhom?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-proċess dwar il-ħatriet l-ġodda għar-rigward ta’għadd ta’ uffiċjali li kienu segretarji permanenti għadu għaddej u se jiġi konkluż f'qasir żmien.
Jista’ l-Prim Ministru jagħti l-lista tal-ismijiet tal-persuni kollha li nħatru fuq kull bord ta’ entitajiet li l-Gvern għandu xi interess fuqhom inkluż awtoritajiet, kummissjonijiet, aġenziji u/jew organizzazzjonijiet pubbliċi simili, mill-11 ta’ Marzu 2013 sal-lum? Għal kull persuna maħtura jista’ l-Prim Ministru jagħti d-dettalji kollha marbutin mar-remunerazzjoni, allowances, benefiċċji, perks li ngħataw bħala parti mill-kundizzjonijiet tal-ħatra tagħhom?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proċess ta’ ħatriet fuq bordijiet governattivi għadu għaddej u l-informazzjoni dwar il-kompożizzjoni tal-bordijiet il-ġodda qed titħabbar gradwalment.
Jista’ l-Prim Ministru jagħti l-lista tal-persuni kollha li nħatru fuq kull bord ta’ entitajiet li l-Gvern għandu xi interess fuqhom, inkluż awtoritajiet, kummissjonijiet, aġenziji u/jew organizzazzjonijiet simili, mill-11 ta’ Marzu 2013 sal-lum?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proċess ta’ ħatriet fuq bordijiet governattivi għadu għaddej u l-informazzjoni dwar il-kompożizzjoni tal-bordijiet il-ġodda qed titħabbar gradwalment.
Jista’ l-Ministru jgħid minn liema pjan jew programm nazzjonali toħroġ il-proposta ta' land reclamation f'Malta? Jekk proposta bħal din ma teżisti mkien, f'liema dokument għandha tiġi kkonsidrata?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lil Onor. Interpellant illi l-mistoqsija għanda tiġi riferuta lill-Ministru kkonċernat.
Peress li l-fondi Ewropej għal perijodu 2014-2020 jistgħu jibdew jintefqu mis-sena d-dieħla, jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-proġetti, relatati mal-ambjent u mat-tibdil fil-klima, li se jkunu qed jingħataw prijorità minn din l-amministrazzjoni?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi fir-rigward ta’ proġetti relatati mal-ambjent u mat-tibdil fil-klima il-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima qiegħed jara li l-prijorità għandha tingħata lil proġetti li jindirizzaw l-immaniġġjar tal-iskart, t-tisħiħ tal- pajjiz sabiex jaddatta għat-tibdil fil-klima, r-riġenerazzjoni taz-żoni urbani, riabilitazzjoni ta’ siti degradati, tkabbir fuq l-għarfien tal-ambjent marin u l-implementazzjoni tal-istrateġija nazzjonali għall-ħarsien tal-biodiversità.