Jista' l-Ministru jgħid x'arranġamenti saru għall-karozza uffiċjali? Jekk qed tinkera kemm hi l-kirja fis-sena? Jekk inxtrat, kemm inxtrat? Ħarġu offerti għal kiri jew xiri u minn fejn qed tinkera jew inxtrat?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-karozza uffiċjali li qiegħed nuża hija l-istess karozza uffiċjali li kienet tintuża qabel mill-istess Ministeru u qed tintuża skont l-istess proċeduri li hemm bħalissa u li dejjem ġew segwiti mill-uffiċċju tal-Ministru għas-saħħa preċedenti.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm, u min huma, l-impjegati li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, jew xi dipartiment jew entità li taqa’ taħtu, li huma detailed, jew għandhom permess, sabiex jagħmlu xogħol ma' xi entità non-governattiva (NGOs), inkluż xogħol ma' trade unions? Fuq liema bażi qed isir dan ix-xogħol u x’inhuma t-termini ta’ żmien? X’inhi r-remunerazzjoni, jiġifieri l-paga, allowances, overtime u dħul ieħor, li kull wieħed minn dawn l-individwi qed jirċievi u min joħroġ tali salarju?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab infurmat li preżentement hemm erba’ (4) impjegati pubbliċi li huma rilaxxati minn dipartimenti taħt id-dekasteru tiegħi biex jagħmlu xogħol ma' Organizzazzjonijiet Volontarji u ma’ Trade Unions. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra d-dettalji mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva — impjegati detailed
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm, u min huma, l-impjegati li jaqgħu taħt id-dekasteru tas-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva, jew xi dipartiment jew entità li taqa’ taħtu, li huma detailed, jew għandhom permess, sabiex jagħmlu xogħol ma' xi entità non-governattiva (NGOs), inkluż xogħol ma' trade unions? Fuq liema bażi qed isir dan ix-xogħol u x’inhuma t-termini ta’ żmien? X’inhi r-remunerazzjoni, jiġifieri l-paga, allowances, overtime u dħul ieħor, li kull wieħed minn dawn l-individwi qed jirċievi u min joħroġ tali salarju?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 1093.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — impjegati detailed
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm hemm, u min huma, l-impjegati li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, jew xi dipartiment jew entità li taqa’ taħtu, li huma detailed, jew għandhom permess, sabiex jagħmlu xogħol ma' xi entità non-governattiva (NGOs), inkluż xogħol ma' trade unions? Fuq liema bażi qed isir dan ix-xogħol u x’inhuma t-termini ta’ żmien? X’inhi r-remunerazzjoni, jiġifieri l-paga, allowances, overtime u dħul ieħor, li kull wieħed minn dawn l-individwi qed jirċievi u min joħroġ tali salarju?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li m’hemm l-ebda impjegat fid-dekasteru tiegħi li huwa detailed jew għandu permess sabiex jagħmel xogħol ma xi entità non-governativa (NGOs) inkluż trade unions.
Segretarju Parlamentari għall-Presidenza tal-Unjoni Ewropea 2017 u l-Fondi Ewropej — impjegati detailed
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm hemm, u min huma, l-impjegati li jaqgħu taħt id-dekasteru tas-Segretarju Parlamentari għall-Presidenza tal-Unjoni Ewropea 2017 u l-Fondi Ewropej, , jew xi dipartiment jew entità li taqa’ taħtu, li huma detailed, jew għandhom permess, sabiex jagħmlu xogħol ma' xi entità non-governattiva (NGOs), inkluż xogħol ma' trade unions? Fuq liema bażi qed isir dan ix-xogħol u x’inhuma t-termini ta’ żmien? X’inhi r-remunerazzjoni, jiġifieri l-paga, allowances, overtime u dħul ieħor, li kull wieħed minn dawn l-individwi qed jirċievi u min joħroġ tali salarju?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li m’hemm l-ebda impjegat fid-dekasteru tas-Segretarju Parlamentari li huwa detailed jew għandu permess sabiex jagħmel xogħol ma xi entità non-governativa (NGOs) inkluż trade unions.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm, u min huma, l-impjegati li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, jew xi dipartiment jew entità li taqa’ taħtu, li huma detailed, jew għandhom permess, sabiex jagħmlu xogħol ma' xi entità non-governattiva (NGOs), inkluż xogħol ma' trade unions? Fuq liema bażi qed isir dan ix-xogħol u x’inhuma t-termini ta’ żmien? X’inhi r-remunerazzjoni, jiġifieri l-paga, allowances, overtime u dħul ieħor, li kull wieħed minn dawn l-individwi qed jirċievi u min joħroġ tali salarju?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Membru illi l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin għandu impjegata waħda li għandha permess sabiex tagħmel xogħol ma' entità non-governattiva (NGO).
L-impjegata, li hija First Secretaryfuq Step 4ta' Skala 9, għandha permess sabiex taħdem fuq bażi full-timemal-Malta House of Prayer għal perjodu ta' tnax-il xahar b'effett mit-18 ta' Diċembru 2012. Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin huwa responsabbli għall-ħlas tas-salarju tagħha.
Tista' l-Ministru tagħti n-numru ta' familji li bbenefikaw s'issa mill-ispecialised fostering benefit li ġie introdott fil-baġit għas-sena 2012? Tista' tinforma lill-Kamra jekk din l-iskema hix se titkompla u jekk hemmx applikazzjonijiet li qed jiġu pproċessati?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ koppji jew individwi li ibbenifikaw s’issa mill-ispecialised fostering benefit huma 24. Hemm 13-il familja jew individwu li s-sitwazzjoni taghhom qed tiġi proċessata. Issa li ġie maħtur il-bord il-ġdid tal-fostering, se jkun mitlub jagħmel evalwazzjoni tal-benefiċċji li l-foster carers jibbenefikaw minnhom bl-iskop li jkun assigurat li jkunu mgħjjuna u wkoll li jingħataw b’ġustizzja.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jieħu l-Ministeru biex tiġi salvata t-tieqa tad-Dwejra u dan in vista li f'dawn l-aħħar ġimgħat waqgħet parti oħra mill-blat li jifforma l-istess tieqa? X'passi qed jieħu l-Ministru biex jassigura li ma jkunx hemm periklu għal dawk kollha li jmorru fl-inħawi?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-Ministeru għal Għawdex għamel konsultazjonijiet ma' ġeologista u saru diskusjonijiet mal-MEPA dwar dan is-suġġett. Għaddejja ko-ordinazzjoni mal-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibli, Ambjent u Tibdil tal-Klima dwar l-azzjoni li għandha tittieħed. Jien infurmat ukoll li fuq il-post twaħħlu tabelli li jinfurmaw il-pubbliku biex ma jmurx f'dawn l-inħawi u saret applikazzjoni mal-MEPA biex jitqiegħdu bollards biex juru aħjar iż-żona li tista' tkun ta' periklu.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed jiġi ppjanat li jiġu riveduti n-nollijiet tat-traġitt bil-Gozo Channel kemm għall-passiġiera kif ukoll għall-vetturi? Jekk iva, kif hemm il-ħsieb li jiġu riveduti?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat illi n-nollijiet tal-passiġġieri u vetturi li jużaw is-servizz tal-Gozo Channel huma stabbiliti permezz tal-Avviz Legali 314 tal-2004 u l-Public Service Obligation Contract bejn il-gvern u l-operaturi tas-servizz bejn iż-żewġ gżejjer.
Fondi tal-Unjoni Ewropea — il-Mellieħa - Xogħlijiet fuq roundabouts u soft areas
Question
Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni dwar meta se jsir ix-xogħol fuq ir-roundabouts u soft areas li hemm fit-toroq li saru b'kofinanzjament tal-Unjoni Ewropea u li jwasslu mill-Mellieħa sal-Għadira u mill-Għadira saċ-Ċirkewwa?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li t-tħawwil tal-pjanti ġewwa s-soft areas li hemm fi Triq il-Marfa beda u se jitkompla fil-ġimgħat li ġejjin, filwaqt li dak fil-bypass tal-Mellieħa se jibda dalwaqt.
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm fondi tal-Unjoni Ewropea ġew utilizzati s'issa mill-MCAST, inkluż fi proġetti li għadhom għaddejjin? Fuq liema proġetti jew inizjattivi intużaw u kemm kien l-ammont ta' fondi tal-Unjoni Ewropea użati jew li se jintużaw għal kull proġett jew inizjattiva?
Response (BARTOLO, EVARIST)
It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ir-Rabat (Għawdex) — Skola sekondarja Sir Mikelanġ Refalo - estensjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jkompli bil-pjan li kien tħejja mill-Gvern preċedenti biex tinbena parti ġdida għall-iskola sekondarja Sir Mikelanġ Refalo fir-Rabat, Għawdex? Jekk iva, meta hu maħsub li jsir dan il-proġett?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li l-pjan ta' bini ta' skejjel ġodda qed jiġi studjat u fejn se jkun hemm bżonn isir dan il-bini.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-bordijiet tal-awtoritajiet u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tas-Segretarju Parlamentari tiegħu? Xi kwalifiki għandu kull membru? X'esperjenza jew expertise għandu kull membru relatata mas-settur fejn ġie ingaġġat bħala membru ta’ bord? F'każ li m'għandhom l-ebda esperjenza relatata, x'kienu l-kriterji li fuqhom intgħażlu dawn il-membri?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għas-Saħħa — membri tal-bordijiet - remunerazzjoni u benefiċċji
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-onorarja, allowances u perks oħra li għandu kull membru tal-bord u chairperson fl-awtoritajiet u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ persuni li kienu jaħdmu fil-Korporazzjoni Enemalta u li ġew ingaġġati f’ministeri mingħajr secondment uffiċjali?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-korporazzjoni Enemalta m'ghandha ebda haddiem li gie ngaggat f'ministeru minghajr secondment ufficjali.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri fis-segretarjat tiegħu li jafu jagħmlu użu mill-kompjuter? Jista’ jinforma lill-Kamra x’kariga jokkupaw l-istess persuni fi ħdan is-segretarjat tiegħu li ma jafux jużaw il-kompjuter?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kull persuna li hemm fis-segretarjat privat hija kapaċi tuża l-kompjuter.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li membri tas-segretarjat tiegħu ġabu impjegati mill-Isptar Mater Dei fil-Ministeru sabiex jgħinuhom jużaw il-kompjuter minħabba li xi staff tas-segretarjat ma jafux jagħmlu użu tajjeb minn din it-teknololoġija li llum titqies bħala għodda essenzjali fil-qadi tad-dmirijiet tal-uffiċċju?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija tinsabfit-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 1424
Tista’ l-Ministru tagħti tagħrif dwar in-numru ta’ każijiet ta’ vjolenza domestika li ġew irrapurtati fl-għases kollha, lokal lokal matul is-sena l-oħra? Kemm minn dawn il-każijiet ġew irreferuti lill-Aġenzija Appoġġ?’
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li bejn Jannar u Diċembru 2012, id-Domestic Violence Unit li jaqa taħt l-aġenzija Appoġġ, irreġistra total ta’ 537 riferiment, li minnhom 10 (1.9%) kienu riferuti direttament mill-pulizija (jiġifieri għasses tal-pulizija, vice squad, jew ufficjali tal-pulizija).
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1368 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Turiżmu u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta hi mistennija li titlesta Triq Diċembru 13, ġewwa l-Marsa?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-proġett ta’ Triq Diċembru 13 li kien beda f’Novembru 2011, twaqqaf mill-Gvern preċedenti f’Novembru 2012 u pposponih għal Marzu 2013. Dan ifisser li x-xogħol fuq din it-triq twaqqaf għal 4 xhur. B’ konsegwenza ta’ dan, 5.5 miljun ewro kienu fil-periklu li jintilfu għaliex ma sarx progress kif kien ippjanat minn qabel fuq ix-xogħlijiet infrastrutturali u b’ hekk ix-xogħol fuq din it-triq waqa’ lura.
Il-Gvern il-ġdid minnufiħ ħa passi biex ix-xogħol jerġa jibda. Il-proġett ta’ Triq Diċembru 13 hu mistenni li jitlesta fl-ewwel kwart tas-sena 2014.