Jista’ l-Ministru jgħid x'inhu l-ħsieb tiegħu dwar ħaddiema ta' dan il-Ministeru li huma on loan mal-kunsilli lokali? Dawn se jiġu miġbura lura mal-Ministeru? Għal kemm jammontaw dawn il-ħaddiema? Ix-xogħol li kienu jagħmlu dawn il-ħaddiema, min se jagħmlu ġaladarba dawn jerġgħu jmorru lura mal-Ministeru?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li t-total ta’ ħaddiema ta’ dan il-Ministeru li huma on loan mal-Kunsilli Lokali jammonta għal tlieta. Ix-xogħol li qed jagħmlu dawn il-ħaddiema se jibqa’ jsir, bid-differenza li jkun hemm koordinament mad-dipartiment konċernat.
kunsilli lokali – impjieg ta’ persuni b’diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhu l-pjan tiegħu biex il-kunsilli lokali jkunu jistgħu jingħataw il-fondi neċessarji biex iħaddmu magħhom ħaddiema fl-iskema li timpjega ħaddiema li jkunu ilhom jirreġistraw mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC) għal tal-inqas 6 xhur u jkunu jinsabu wkoll fuq r-reġistru tal-persuni b'diżabilità tal-Korporazzjoni? Jista’ l-Ministru jikkonferma li diġà saru l-interviews mill-kunsilli lokali u l-persuni b'diżabilità qed jistennew lill-kunsill li jkollu l-flus mill-Gvern biex jidħlu jaħdmu f'din l-iskema?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-iskema li qiegħed jirreferi għaliha kienet imħabbra mill-Ministeru għall-Familja u s-Solidarjeta Soċjali. Id-Dipartiment għall-Gvern Lokali kien qiegħed biss jikkordina.
Għaldaqstant jekk l-Interpellant jixtieq informazzjoni aktar elaborata nitolbu jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.
Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 2286 u tara li titranġa l-ħsara li hemm fil-fond tal-Gvern li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament minħabba leakage ta’ ilma li qed jagħmel ħsara lill-ġebla?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2288 u jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-Gvern għal xiri ta' oqbra dan għaliex qabel l-elezzjoni tal-2008 persuni ntalbu jekk hux interessati u fl-2013 talbuhom iħallsu €2,500? Fiex wasal ix-xogħol? Jista' dan l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament jiġi kkuntatjat biex ikun jaf eżatt x'għandu jagħmel?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-preżent għaddejjin fuq ġbir ta’ informazzjoni fuq dak li kien sar qabel kif ukoll ninsabu f’kuntatt mal-MEPA rigward il-permessi meħtieġa. Qed jiġi wkoll studjat tender li kien għalaq f’Ottubru tal-2012.
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 1144 u tara li jitmexxa l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, peress li għandu applikazzjoni pendenti għall-Meals on Wheels?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fid-dawl tal-fatt li s-sistema preżenti tal-meals on wheels ma tistax tilqa’ għat-talba li hemm għal dan is-servizz, fil-preżent id-Dipartiment qiegħed iħares lejn dan is-servizz biex mhux biss isaħħu iżda jestendih b’mod sostenibbli.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2240 li saret lill-Ministru għal Għawdex u mistoqsija parlamentari 1974 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura u issa ġew riferuti lilu u ċjoè: Peress li r-residenti ta’ Triq Ramla in-Nadur, liema triq mhux dik li tieħu għar-Ramla imma li tmiss ma’ Triq Binġemma u hija parti mill-housing estate, ripetutament jilmentaw bl-istat ħażin tat-triq u hemm ħofor fondi, jista’ l-Ministru jara li titqaxxar l-art fejn hemm dawn il-ħofor u tiġi asfaltata dik il-parti?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tan-Nadur li l-Kunsill jagħmel patching regolari u kull meta jinħass il-bżonn, fit-triq li rreferiet għaliha l-Onorevoli Interpellant.
L-aħħar patching ta’ din ix-xorta sar f’Mejju li għadda. Intant il-Kunsill Lokali reċentement ħareġ tender sabiex it-triq in kwistjoni tingħata wiċċ ġdid, madankollu nfurmat li l-Kunsill mhux f’pożizzjoni finanzjarja li jagħmel dan ix-xogħol.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-kawżi tal-vjolenza domestika matul is-sena 2013 kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex? Jista’ jgħid kemm ġew deċiżi, kemm ġew rinunzjati, kemm mill-akkużati huma rġiel u kemm nisa u jekk hemmx reċedivi u/jew akkużati li għandhom iktar minn akkuża waħda?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn Jannar u Mejju ta’ din is-sena kien hemm 381 każ vjolenza domestika li ġew imressqa quddiem il-Qorti mill-Pulizija. Minn dawn s’issa ġew deċiżi 299 każ, li minnhom 248 kienu dikjarati bħal proċediment eżawrit jew rinunzjati. Infurmat ukoll illi f’249 każ l-akkużati kienu rġiel u f’132 każ l-akkużati kienu nisa, li wħud minnhom kienu akkużati aktar minn darba.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm proċeduri fil-Qorti Volontarju f’din l-aħħar sena skont it-tip ta’ proċedura u dan kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta’ Proċeduri inizzjati fil-Qorti Ċivili (Ġurisdizzjoni Volontarja) f’Malta u f’Għawdex matul is-sena 2012 kienu kif ġej:
Malta:
Proċedura
Malta
Aċċettazzjoni Wirt
30
Aċċettazzjoni bis-setgħa ta’ ġenitur
22
Adozzjonijiet
75
Awtorizzazzjni Bejgħ, Xiri u Self
75
Awtorizzazzjoni Ġenerali
102
Donazzjoni
11
Diviżjoni
4
Nomina Eżekutur Testamentarju
36
Inabilitazzjoni/nomina kuratur
13
Interdizzjoni/nomina kuratur
49
Nomina kuratur
11
Protezzjoni minuri (riċerka)
84
Ftuħ u Pubb. Testment Sigriet
12
Revoka Digriet
13
Reża Konti
12
Rinunzja eredita
103
Rinunzja nomina Eżekutur
16
Xoljiment tal-Komunjoni
105
Apertura Suċċessjoni
98
Taxxi
21
Żbank
44
Proċeduri varji
51
Total
987
Ġew Depożitati 31 testment sigriet:
Ġew ippreżentati 6494 talbiet għal riċerki testamentarji
Għawdex
Proċedura
Għawdex
Bejgħ
5
Komunjoni tal-Akwisti
3
Pubblikazzjoni Kuntratt
8
Awtorizazzjoni Ġenerali
15
Eżekuterija
3
Awtorizazzjoni Trasferiment
4
Inabilitazzjoni/Ħatra Kuratur
8
Interdizzjoni Atti Ħajja Ċivili
4
Ħrug Passaport
2
Rikors Protezzjoni minuri (Kap. 518)
78
Separazzjoni Dei Beni
3
Apertura Suċċessjoni
7
Awtorizzazzjoni Żbank
3
Revoka Digriet
1
Rexissjoni Kuntratt
2
Eżekuzzjoni
1
Ordni Pubblikazzjoni Kuntratt
1
Pubblikazzjoni Testment Sigriet
1
Total
149
Ġew Depożitati 2 testment sigriet.
Ġew ippreżentati 0 talbiet għal riċerki testamentarji – tali talbiet isiru lil Qorti Malta stante li minn hemmhekk imbagħad joħroġ ir-ricerka kemm dwar testmenti preżentati fil-Qorti Malta kif ukoll Għawdex Toħrog ricerka konġunta.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm qbid ta’ droga mill-pulizija f’Għawdex dawn l-aħħar tliet xhur?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul ix-xhur ta’ Marzu, April u Mejju ta’ din is-sena, id-droga maqbuda mill-Pulizija f’Għawdex kienet hekk:
Heroin
485.5grms
Cocaine
2grms
Ecstacy
6 tablets
Peress li issa għaddew diversi snin minn meta għaddiet il-Liġi dwar il-Vjolenza Domestika, u peress li huwa iktar minn opportun li din il-liġi tiġi mtejba anke abbażi tal-esperjenza li akkwistajna matul dawn is-snin partikolarment il-ħtieġa ta' interim eviction order, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-liġi hix se tiġi riveduta?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk il-Gvern ġiex uffiċjalment mgħarraf li ċ-chairman tal-Awtorità dwar il-Lotteriji u l-Logħob ġie maħtur bħala konsulent għad-Direttur tal-Gaming Enforcement ta' New Jersey? Il-Gvern ħa parir legali jekk din il-ħatra tmurx kontra l-provvediment 9 (4) (c) tal-Att dwar il-Lotteriji u Logħob Ieħor? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-parir legali li ngħata?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 589, jista’ l-Prim Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet li wasslu għat-terminazzjoni tal-kuntratt ta’ Segretarju Permanenti fil-każ tal-persuni li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament? Jista’ l-Prim Ministru jgħid ukoll jekk fil-każ tal-persuni l-oħrajn li isimhom ukoll qed jintbagħat separatament, it-terminazzjoni tal-kuntratt saritx bi qbil bejn iż-żewġ naħat u jekk le x'raġuni ngħatat mill-Gvern biex tiġġustifika t-terminazzjoni?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ewwel persuna li staqsa dwara kellha każ mal-Public Accounts Committee. Din il-persuna kienet ser tgħalaq l-età tal-irtirar ftit xhur wara li ġara l-każ. Il-kuntratt skada waqt li kienu qed isiru l-arranġamenti għall-irtirar. Rigward it-tieni persuna, kienet qed isseħ investigazzjoni minn board appuntat mill-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien. Minħabba l-każ, fl-interess tal-Ministeru fejn kienet taħdem l-imsemmija persuna u s-servizz pubbliku in ġenerali, dan il-kuntratt kien ser ikun itterminat.
Rigward it-tieni mistoqsija fejn intalbu dettalji dwar numru ta’ persuni. L-ewwel persuna msemmija nħatret f’pożizzjoni oħra waqt li t-tieni persuna ġiet accetata r-riżenja tieghu wara l-elezzjoni ġenerali tal-1998. It-tielet persuna ingħata kariga ġdida waqt li r-rabà persuna qablet minn jeddha li tiċċaqlaq fi rwol ġdid. Il-ħames persuna ġie appuntat f’kariga ġdida hekk ukoll is-sitt persuna.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hux se jagħmel tibdil fil-liġi tal-pensjonijiet biex jagħti l-pensjoni tat-teżor lill-persuni li kienu fil-korpi qabel ma’ daħlu mal-Gvern?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Il-gvern huwa marbut li fil-qasam tal-pensjonijiet iwettaq il-mandat li ingħata fl-aħħar elezzjoni ġenerali, b’differenza ma dak li seħħ fl-aħħar snin taħt amministrazzjonijiet oħra, fejn ħafna mill-wegħdiet li saru ma twettqux.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm Ministri fil-Gvern tiegħu li mill-Elezzjoni Ġenerali li għaddiet sal-lum li m’attendewx għal-laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea u jekk ir-risposta hi fl-affermattiv jista' jgħid għaliex m'attendewx?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni mitluba ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid ma’ kemm-il kap tal-istat iltaqa’ waqt żjarat statali li għamel minn kemm ilu li laħaq Prim Ministru?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li Prim Ministru jagħmel żjarat uffiċjali u mhux żjarat statali. F’dan il-kuntest kif jaf l-Onor Interpellant, f’April għamilt żjara uffiċjali fi Franza fejn saret laqgħa mal-President Franciz, Francois Hollande.
Dipartiment tal-Gvern Lokali — rikonċiljazzjoni ta’ proprjetà mas-Santa Sede
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il rikonċiljazzjoni ta’ proprjetà ma’ Annex 8 tal-Ftehim ta’ Malta u s-Santa Sede sar mid-Dipartiment tal-Gvern Lokali fl-aħħar ħames snin, sena b’sena? Ta’ kemm-il entità reliġjuża kienu dawn il-proprjetajiet, sena b’sena?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bejn is-sena 2008 sal-2012, id-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern irrikonċilja 3,552 proprjetà mal-Annex 8 ta’ dan il-Ftehim. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi ta’ liema entijiet reliġjużi kienu l-proprjetajiet li ġew rikonċiljati matul dan il-perjodu sena b’sena kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant.
Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern — ħlas ta’ esproprji passati
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm tħallsu flus fl-aħħar ħames snin, sena b’sena, għal ħlas ta’ esproprji passati ta’ artijiet, mid-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta’ flus li ġew imħallsa f’dawn l-aħħar ħames snin, lis-sidien bħala kumpens għal art li ġiet esproprijata kien kif ġej:
Sena Ammont Imħallas
(Ewro)
2008 5,841,521
2009 10,677,128
2010 11,513,602
2011 14,248,417
2012 12,079,789
Dawn l-ammonti ma jirriflettux eżatt l-ammonti allokati għal dan il-għan fl-estimi ta’ kull sena peress li l-ammont ivvutat ikun ferm anqas. Dawn l-ammonti jinkludu wkoll ħlasijiet fejn il-flus ġew trasferiti minn Dipartimenti jew entitajiet oħra tal-Gvern . Dan peress li fl-emendi li saru fl-Ordinanza dwar l-Akkwist ta’ Artijiet (Kap 88), l-entitajiet li jagħmlu talba għal espropriju huma obbligati li jittrasferixxu l-fondi tal-kumpens dovut lis-sidien qabel ma toħroġ id-Dikjarazzjoni tal-President għall-akkwist tal-proprjeta’ mitluba fil-Gazzetta tal-Gvern.
Jista' l-Ministru jgħid x’inhuma l-veduti tiegħu dwar il-kontenut tal-White Paper li l-Gvern preċedenti kien nieda dwar ir-riforma tas-swieq fil-beraħ u jekk hux beħsiebu jkompli fit-triq tal-proposti hemm kontenuti jew għandux pjanijiet diversi?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lil Onor Interpellant li fis-Settur tas-swieq fil-beraħ jista’ jsir titjib u fil-white paper jista' jkun hemm elementi pozittivi. Ninsab infurmat li dwar din il-white paper kienu saru xi oġġezzjonijiet mill-għaqdiet li jirrapreżentaw il-bejjiegħa tal-Monti fosthom l-Għaqda Imprendituri Maltin u l-General Workers Union u li dwarhom baqgħu qatt ma rċievew risposta.
Il-Gvern ma jemminx li għandu jibbaża l-azzjoni tiegħu fuq white paper li ħarġet sentejn ilu. Imma jemmen li jkun aktar għaqdli jekk joħroġ il-proposti tiegħu wara li jkun ikkonsulta mal-istakeholders kollha biex ikollu stampa attwali u holistika tar-realtajiet tal-lum, kif inhu mwiegħed fl-istess programm tal-Gvern.