Legislature:
Category:
Reset
Active:

Akwakultura – skemi ġodda

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema skemi ġodda hu maħsub li joħorġu matul din is-sena jew fi żmien mhux il-bogħod għal dak li jirrigwarda l-akwakultura f'pajjiżna? X'inċentivi ġodda hu mistenni li jingħataw f'dan il-qasam?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi ninsab infurmat li huwa proprju din is-sena li sejra tiġi ffinalizzata l-istrateġija tal-akwakultura għal-Malta. Mistenni wkol li jiġi ffinalizzat lok għall-“Marine hatchery” li ser jkun iffukat fuq riċerka u produzzjoni għall-iżvilupp tal-industrija tal-akwakultura f’Malta. Ninsab infurmat li kollox għandu jkun lest biex fl-2014 jibdew jintużaw il-fondi tal-EMFF bħala inċentiv għall-iżvilupp tal-akwakultura.

Uffiċċju dwar ir-Regolament tal-Bini – ingaġġ ta’ kap

Question

B’referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 1773, jista’ jgħidli min hi l-persuna li mliet il-post u x’pakkett finanzjarju għandha din il-persuna? X’forma ta’ kuntratt se jkun hemm, definit jew indefinit?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kap għall-uffiċju dwar ir-Regolament tal-Bini huwa l-Perit Michael Ferry. Is-Sur Ferry ġie mpjegat fuq bażi ta’ kuntratt definit għal tlett snin, bi ħlas ta’€36,000 fis-sena u car allowance ta’ €5520.

Proġett Nazzjonali kontra l-Għargħar

Question

B’referenza għar-rapport li deher fit-timesofmalta.com datat 23 ta’ April 2013, jista’ l-Ministru jispjega x'tibdiliet saru mill-Gvern preżenti fuq il-Proġett Nazzjonali kontra l-Għargħar? B'kemm u kif se jiżdied il-kapaċità tal-ħażna tal-ilma fil-Proġett Nazzjonali kontra l-Għargħar? Dan se jfisser aktar spejjeż? Jekk iva minn liema fondi se jiġi ffinanzjati?

Response (MIZZI, JOE)

Sa issa t- tibdilitiet li saru ma kienux sostanzjali fil-proposti ta’ dan il proġett, iżda il-gvern preżenti qed jikkunsidra alternattivi biex l-ilma ikun jista’ jinġabar aktar qrib fejn joriġina, kif ukoll biex jitnaqqas l-ilma f’wiċċ it-toroq li jżid it- traffic safety u fl-istess ħin qed isir studju biex naraw nistgħux inżidu l-ħażna tal-ilma. Dan qed isir ukoll biex jintużaw fondi Ewropej li sa issa setgħu jintilfu .

Proġett Nazzjonali kontra l-Għargħar

Question

B’referenza għar-rapport li deher fit-timesofmalta.com datat 23 t’April 2013 fejn il-Ministru ġie rrapportat li qal li l-Gvern preżenti għamel xi tibdiliet fuq il-Proġett Nazzjonali kontra l-Għargħar, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se tinħareġ sejħa oħra ħalli jsiru dawn it-tibdiliet jew jekk hux se ikun hemm variation fuq il-kuntratt eżistenti?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li meta ikun hemm il-ħtieġa ta’ tibdiliet u spejjeż sostanzjali, dawn ix-xogħlijiet isiru billi tinħareġ sejħa oħra għall-offerti (tender).

Proġett Nazzjonali kontra l-Għargħar — permessi

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-pjanti li juru l-emendi li qal li saru mill-Gvern preżenti fuq il-Proġett Nazzjonali kontra l-Għargħar? Jista’ jgħid jekk intalbux permessi mingħand l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) għal dawn it-tibdiliet?

Response (MIZZI, JOE)

Il-pjanti għat-titjib tal-proġett għadhom m’humiex fi stadju finali u għalhekk ma jistgħux jiġu ippreżentati għalissa, u lanqas ma huma fi stadju li ssir l-applikazzjoni mal-MEPA.

Ħal Qormi — Proġett Nazzjonali kontra l-Għargħar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jkun lest ix-xogħol fuq il-Proġett Nazzjonali kontra l-Għargħar fiż-żona ta' Ħal Qormi? Kemm hemm ħaddiema jaħdmu fuq dan il-parti tal-proġett?

Response (MIZZI, JOE)

Ix-xogħol fuq il-Proġett Nazzjonali kontra l-Għargħar fiż-żona ta' Ħal Qormi huwa ppjanat li jitlesta ghan-nofs is-sena d-dieħla. Hemm parti mill-ħaddiema jaħdmu ‘on site’ filwaqt li parti oħra jaħdmu ‘off-site.’ Bħalissa hemm 12 jaħdmu ‘on-site’ u 20 jaħdmu ‘off-site’.

Widien – manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fuq liema widien se jsir xogħol ta' manutenzjoni matul il-perijodu tas-sajf li deħlin fih? X’tul ta’ kilometri mistennija jkunu mnaddfa?

Response (MIZZI, JOE)

Matul il-perjodu tas-sajf li ġej, fost oħrajn, mistenni jsir xogħol ta’ tindif u manutenzjoni f’Wied is-Sewda, u f’partijiet mill-Wied tal-Qlejgħa u l-Wied tal-Fiddien. It-tulijiet tal-widien li mistennija jkunu mnaddfa jiddependi mill-andament tax-xogħol.
Leg 12 PQ #2471 Sitting 27 2013-06-05 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – ħaddiema b’karigi f’kumpaniji oħra

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid min huma dawk il-persuni li għandhom karigi mal-kumpaniji tal-Partit Laburista, fosthom One Productions, u li għandhom ukoll rwol fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u/jew qegħdin fuq il-payroll tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru? Min huma dawn il-persuni, x’kariga għandhom mal-Uffiċċju tal-Prim Ministru u x’remunerazzjoni għandhom?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ma hemm ebda persuna li għandha kariga mal-kumpanija imsemmija mill-Onor Interpellant u li għandha rwol fl-uffiċċju tal-Prim Ministru.
Leg 12 PQ #2472 Sitting 27 2013-06-05 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — servizz ta’ customer care

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hu jew id-dekasteru tiegħu hux qed jagħmlu kuntatt ma’ kunsilli lokali biex joffru servizzi ta’ customer care mill-uffiċċji tal-kunsilli lokali? Jekk iva, jista’ jindika ma’ liema kunsilli lokali sar dan il-kuntatt? Jekk fl-affermattiv jista’ jindika liema kienu dawk il-kunsilli lokali li rrispondew fil-pożittiv għal din it-talba? Liema rrispondew fin-negattiv u liema għadhom ma rrispondewx? Fil-lokalitajiet li rrispondew fil-pożittiv meta beda dan is-servizz? F’liema ħinijiet u f’liema ġranet qed ikun offrut dan is-servizz?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tweġiba hija fin-negattiv.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettorali – servizz ta’ customer care

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid jekk hu jew id-dekasteru tiegħu hux qed jagħmlu kuntatt ma’ kunsilli lokali biex joffru servizzi ta’ customer care mill-uffiċċji tal-Kunsilli Lokali? Jekk iva, jista’ jindika ma’ liema kunsilli lokali sar dan il-kuntatt? Jekk fl-affermattiv jista’ jindika liema kienu dawk il-kunsilli lokali li rrispondew fil-pożittiv għal din it-talba? Liema rrispondew fin-negattiv u liema għadhom ma rrispondewx? Fil-lokalitajiet li rrispondew fil-pożittiv meta beda dan is-servizz? F’liema ħinijiet u f’liema ġranet qed ikun offrut dan is-servizz?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru ma għamel l-ebda kuntatt ma’ kunsill lokali biex joffru servizzi ta’ customer care mill-uffiċċji tagħhom.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — servizz ta’ customer care

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hu jew id-dekasteru tiegħu hux qed jagħmlu kuntatt ma’ kunsilli lokali biex joffru servizzi ta’ customer care mill-uffiċċji tal-kunsilli lokali? Jekk iva, jista’ jindika ma’ liema kunsilli lokali sar dan il-kuntatt? Jekk fl-affermattiv jista’ jindika liema kienu dawk il-kunsilli lokali li rrispondew fil-pożittiv għal din it-talba? Liema rrispondew fin-negattiv u liema għadhom ma rrispondewx? Fil-lokalitajiet li rrispondew fil-pożittiv meta beda dan is-servizz? F’liema ħinijiet u f’liema ġranet qed ikun offrut dan is-servizz?

Response (VELLA, GEORGE)

M'hu qed isiru l-ebda kuntatti ma' kunsilli lokali biex jiġu offruti servizz ta' customer care mill-uffiċċji tal-kunsilli lokali.
Leg 12 PQ #2475 Sitting 27 2013-06-05 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — servizz ta’ customer care

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hu jew id-dekasteru tiegħu hux qed jagħmlu kuntatt ma’ kunsilli lokali biex joffru servizzi ta’ customer care mill-uffiċċji tal-kunsilli lokali? Jekk iva, jista’ jindika ma’ liema kunsilli lokali sar dan il-kuntatt? Jekk fl-affermattiv jista’ jindika liema kienu dawk il-kunsilli lokali li rrispondew fil-pożittiv għal din it-talba? Liema rrispondew fin-negattiv u liema għadhom ma rrispondewx? Fil-lokalitajiet li rrispondew fil-pożittiv meta beda dan is-servizz? F’liema ħinijiet u f’liema ġranet qed ikun offrut dan is-servizz?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li la l-Ministeru, la s-Segretarjat Parlamentari u lanqas id-Dipartiment għall-Gvern Lokali ma għamlu t-tali kuntatt.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — servizz ta’ customer care

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hu jew id-dekasteru tiegħu hux qed jagħmlu kuntatt ma’ kunsilli lokali biex joffru servizzi ta’ customer care mill-uffiċċji tal-kunsilli lokali? Jekk iva, jista’ jindika ma’ liema kunsilli lokali sar dan il-kuntatt? Jekk fl-affermattiv jista’ jindika liema kienu dawk il-kunsilli lokali li rrispondew fil-pożittiv għal din it-talba? Liema rrispondew fin-negattiv u liema għadhom ma rrispondewx? Fil-lokalitajiet li rrispondew fil-pożittiv meta beda dan is-servizz? F’liema ħinijiet u f’liema ġranet qed ikun offrut dan is-servizz?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Mid-dekasteru tiegħi ninsab infurmat li d-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja, b’kollaborazzjoni mad-Dipartiment għall-Gvern Lokali, jinkoraġġixxi servizzi ta’ Customer Care mill-Kunsilli Lokali għal dik li hi informazzjoni u applikazzjonijiet għal korsijiet Lifelong Learning. Dawn is-servizzi jinkludu: 1. tqassim b’xejn tal- Prospectus Lifelong Learning . 2. twaħħil ta’ Posters f’postijiet prominenti. 3. għajnuna lil kull min jixtieq japplika on-line għal xi kors, kif ukoll il-faċilita’ li wieħed jista’ japplika on-line mill-Kunsill Lokali stess. Għal dawn l-għanijiet, id-Dipartiment għal Kunsilli Lokali jibgħat Memo lill-Kunsilli Lokali kollha, filwaqt li d-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja jaħtar persuna sabiex tassisti lill-impjegati tal-Kunsilli Lokali f’każ ta’ diffikultà.
Leg 12 PQ #2550 Sitting 27 2013-06-05 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għat-Turiżmu

Titjira tal-Air Malta — delay

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li t-titjira, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, ġietx effettivament delayed minħabba l-persuna li dettalji dwarha ukoll qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid jekk dan id-dewmien sewiex xi ħlasijiet żejda mill-Air Malta lill-ajruport Ingliż? Jista’ jgħid kemm ħallset il-persuna għal dan il-biljett fuq din it-titjira? Jista’ jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw ukoll separatament għadux qed jieħu ħsieb il-lukanda tiegħu fl-Ingilterra?

Response (VELLA, KARMENU)

Fir-rigward ta’ dan l-inċident, intalab rapport investigattiv wara li ġie ppreżentat rapport preliminari li jindika li d-dewmien fit-titjira ma kienx ikkawżat mill-persuna inkwistjoni. Dan id-dewmien ma kkawżax spejjeż addizzjonali għall-Air Malta. Il-biljett għat-titjira tal-persuna inkwistjoni inħareg skont ir-riżoluzzjoni 788 tal-IATA li titkellem dwar individwi li huma intitolati għall-trasport b’xejn jew skontat, eskluż l-ispejjeż tat-taxxi u dejjem subject to availability. Informazzjoni oħra mitluba hija ta’ natura personali.

Skolasajf

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jkun hemm tnaqqis fl-allokazzjoni finanzjarja għal Skolasajf ta’ din is-sena kemm dik f’Malta kif ukoll dik f’Għawdex? Jista’ l-Ministru jgħid jekk hix qed tiġi kkunsidrata li jinbidel il-mod kif qed titħaddem Skolasajf ? Jekk hemm din il-konsiderazzjoni ta’ tibdil, jista’ jgħid jekk hix qed tiġi kkunsidrata li f’ċertu lokalitajiet żgħar Skolasajf ma tibqax tiġi organizzata?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ma hu qed jiġi kkunsidrat l-ebda tibdil kif titħaddem Skolasajf.

Kunsill Nazzjonali tal-Żgħażagħ — awtonomija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-raġuni li sa issa l-Kunsill Nazzjonali tal-Żgħażagħ (KNŻ) għadu ma rċeviex l-għajnuna finanzjarja li s-soltu jirċievi mingħand il-Gvern ? Jista’ jikkonferma jekk hux qed jikkunsidra li jneħħi l-awtonomija tal-istess Kunsill?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ inħarġilhom ċekk ta' €4000 fid-29 ta' Mejju 2013. Dan huwa l-ammont sħiħ mitlub mill-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ. Sal-lum dan iċ-ċekk għadu ma nġabarx għalkemm saru numru ta' telefonati sabiex jinġabar. L-għajnuna finanzjarja li jirċievi l-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ mingħand il-Gvern għadu jinħareġ bħal fis-snin preċedenti. Il-Gvern mhux qed jikkunsidra li jneħħi l-awtonomija tal-istess Kunsill.

Mellieħa – Ċentru ta' l-Matul il-Jum – servizz imwaqqaf

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-raġuni li minn nofs Mejju sal-ġurnata tal-lum twaqqaf ħesrem is-servizz mill-Kunsill Malti għall-Isport lill-anzjani fiċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum fil-Mellieħa, liema servizz kien ilu jingħatalhom darbtejn fil-ġimgħa għal dawn l-aħħar sentejn b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa, liema servizz kien jikkonsisti illi żewġ coaches jattendu u jagħtu lezzjonijiet ta’ eżerċizzju fiżiku lill-anzjani f’ċentru apposta mgħammar b’faċilitajiet, u li kien iffinanzjat mill-Kunsill Lokali fl-istess bini taċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum li jinsab fil-Kumpless Dar il-Madonna tal-Mellieħa?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li, dan is-servizz waqaf jingħata f’nofs Mejju minħabba li l-kowċis li kienu qed jipprovdu dan is-servizz ħarġu fuq sick leave u ma nstab l-ebda sostitut għalihom. Bħal ma jiġri kull sena, l-kowċis ġie terminat l-impjieg tagħhom fi tmiem Mejju u bħalissa hemm miftuħin applikazzjonijiet ġodda. Ninsab infurmat ukoll li l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa ġie mħeġġeġ biex għal futur japplika biex dan il-programm jiġi inkluż fl-iskema tal-Kunsilli Lokali.

Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — Impjegati minn barra s-Servizz Pubbliku

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1615 fejn il-Ministru rreferieni għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 694, li fiha l-Prim Ministru kien wieġeb illi l-mistoqsija parlamentari kellha ssir lill-Ministru kkonċernat, u peress li fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 735 il-Ministru qal li l-informazzjoni għadha qed tinġabar, jista’ issa l-Ministru jagħti din l-informazzjoni, u ċjoè kemm hu n-numru tal-individwi impjegati minn barra s-servizz pubbliku u jekk dawn kenux jirreġistraw għax-xogħol mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi 12-il impjegat ġew minn barra s-settur pubbliku u 2 oħra kienu qed jirreġistraw għax-xogħol
Leg 12 PQ #2565 Sitting 27 2013-06-05 Oral · Final From: FREDRICK AZZOPARDI To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — Impjegati minn barra s-Servizz Pubbliku

Question

Peress li għall-mistoqsijiet parlamentari 736 li saret fis-26 ta' April 2013 u 1616 li saret fil-15 ta’ Mejju 2013 dwar impjegati fis-segretarjat tal-Ministeru li huma minn barra s-Servizz Pubbliku l-Ministru rreferieni għar-risposta ta’ mistoqsija parlamentari 63 u d-dokumenti relatati li tqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra, u peress li minn dan it-tagħrif ma joħroġx it-tagħrif mitlub, u ċjoè kemm hu n-numru tal-individwi impjegati minn barra s-servizz pubbliku u jekk dawn kenux jirreġistraw għax-xogħol mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC), jista’ issa l-Ministru jwieġeb din il-parti tal-mistoqsija?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li 3 mill-impjegati fis-segretarjat kienu jirreġistraw għax-xogħol mill-ETC

Nuqqas ta’ ħrieqi lill-persuni b’diżabilità Għawdxin

Question

Peress li familjari ta' persuni Għawdxin b'diżabilità u persuni oħra li jbatu minn inkontinenza qed jilmentaw għax mhux qed jingħataw ħrieqi u dan qed ikun ta’ inkonvenjent, tista' l-Ministru tagħti spjegazzjoni u tara li din il-problema tiġi riżolta immedjatament?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.