Ministeru tas-Saħħa — impjegati - lectures waqt il-ħin tax-xogħol
Question
Jista' l-Ministru issa jwieġeb mistoqsija parlamentari 404, u ċjoè jgħid jekk instabx mod kif tingħata l-informazzjoni mitluba dwar kemm hemm impjegati fil-Ministeru tiegħu li għandhom approvazzjoni sabiex jagħtu lectures waqt il-ħin tax-xogħol? Min huma u x'kariga jokkupaw dawn il-ħaddiema? Jista' jivverifika jekk l-istess uffiċjali humiex jitħallsu għal dawn il-lectures? B'liema rata u mingħand min?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-informazzjoni miġbura s’issa, hemm disa’ impjegati li jagħtu lectures, però persuna waħda tagħti dawn il-lectures waqt il-ħin tax-xogħol, meta ikun meħtieġ biss, mill-Università ta’ Malta. Il-ħaddiem konċernat huwa mħallas mill-istess Università.
B`referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 90, fejn il-Ministru indika li t-transfer policy tal-Ministeru tas-Saħħa hija approvata, u r-risposta għall-mistoqsija parlamentari 563, fejn il-Prim Ministru qal li t-transfer policy li qed tiġi emendata mill-PAHRO tikkonċerna ħaddiema Għawdxin, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-transfer policy attwali li qed tintuża mill-ministeru tiegħu sabiex isiru t-transfers?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforna lill- Onerevoli Interpellant li t-transfer policy għada ma ġietx pubblikata u implementata. Il-policy fil-preżent hija bħalma kienet fil-passat u tigwida lil management li jagħmel transferiment skont l-eżiġenzi tas-servizz.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu s-substantive grade tal-persuni li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, li huma impjegati fis-segretarjat tiegħu? X’inhi r-raġuni li l-kuntratti ta’ dawn il-ħaddiema mas-segretarjat għadhom ma ġewx konklużi? X’inhi l-paga, inkluż allowances, premiums, overtime eċċ., li kull wieħed minnhom qed jirċievi?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellent li l-persuni msemmija ma jibbenefikaw mill-ebda overtime u baqgħu jitħallsu skont is-substantive grade tagħhom.
L-
allowance
li jieħdu tax-xogħol extra li jaħmlu fis-segretarjat huma skond il-linji gwida għall-impjegati tal-ministeri u segretarjat parlamentari.
Kopja ta’ dawn il-linji gwida kienu tqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra f’seduta preċedenti.
San Pawl il-Baħar – Torri ta’ Wignacourt — tiswija
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jinbeda x-xogħol ta' restawr fuq it-Torri ta' Wignacourt f'San Pawl il-Baħar?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-sejħa għall-offerti għar-Restawr tat-Torri ta’ Wignacourt flimkien mal-beach gun post li nstab matul ix-xogħlijiet fuq il-promenade giet ippubblikata fil-21 ta’ Mejju 2013 u tagħlaq fis-16 ta’ Lulju. Huwa maħsub li sabiex ma jinħoloqx inkonvenjent matul is-sajf, ix-xogħol ta’ restawr ma jibdiex qabel l-aħħar ta’ Settembru.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Gvern hux se jerġa' jibda juża l-lukanda Selmun Palace għal skop ta' turiżmu? Jekk iva, min hu mistenni li jibda jopera din il-lukanda u meta?
Response (VELLA, KARMENU)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministeru konċernat.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema rotot tal-karozzi tal-linja mistennija jinbidlu in konnessjoni mal-lokalitajiet ta' San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa? Meta mistennija li jidħlu fis-seħħ dawn il-bidliet?
Response (MIZZI, JOE)
Transport Malta qiegħda fi stadju ta’ tħejjija tar-rotot inklużi dawk konnessi ma’ San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa, fejn f’ kull każ qed tieħu inkonsiderazzjoni tas-suġġerimenti tal-pubbliku in ġenerali u tal-Kunsilli Lokali. Wara li jiġu konklużi diskussjonijiet ma’ l-Arriva, isiru laqgħat mal-Kunsilli Lokali qabel ma t-tibdil jidħol fis-seħħ. Dan il-proċess se jsir gradwalment.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-korsijiet differenti li bħalissa qed jinżammu mill-Istitut tal-Agrobusiness, u jekk hemm xi korsijiet oħra marbuta mal-agrikultura jew sajd/akwakultura, minn xi organizzazzjoni oħra edukattiva?
Kemm hemm studenti f'kull wieħed minn dawn il-korsijiet, u minn liema lokalità ġejjin?
Meta hu mistenni li jtemm il-kors tagħhom?
Response (BARTOLO, EVARIST)
It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — ingaġġ ta' konsulenti
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk żiditx iktar konsulenti (inkluż persons of trust), oltre dawk illi semmiet fit-tweġiba tagħha għall-mistoqsija parlamentari 349, li qegħdin jagħtu kontribut fid-dekasteru tagħha? Tista’ tgħid x’terms of reference għandhom il-konsulenti (u persons of trust) kollha għall-ħidma tagħhom fil-Ministeru? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti jew appointment letters fejn dawn diġà ġew iffirmati?
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — ingaġġ ta' konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 350 u jgħid min huma l-konsulenti (inkluż persons of trust) li qegħdin jagħtu kontribut fid-dekasteru tiegħu? X’terms of reference għandhom għall-ħidma tagħhom fil-Ministeru? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti jew appointment letters fejn dawn diġà ġew iffirmati?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija mill-Prim Ministru għall-mistoqsija nru 2334.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 351 u jgħid min huma l-konsulenti (inkluż persons of trust) li qegħdin jagħtu kontribut fid-dekasteru tiegħu? X’terms of reference għandhom għall-ħidma tagħhom fil-Ministeru? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti jew appointment letters fejn dawn diġà ġew iffirmati?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Persuna waħda responsabbli mill-iSpending Review Unit. Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, nirreferi lill-Onor Interpellant ghat-tweġiba mogħtija mill-Prim Ministru għall -mistoqsija nru 2334
Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — ingaġġ ta' konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 352 u jgħid min huma l-konsulenti (inkluż persons of trust) li qegħdin jagħtu kontribut fid-dekasteru tiegħu? X’terms of reference għandhom għall-ħidma tagħhom fil-Ministeru? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti jew appointment letters fejn dawn diġà ġew iffirmati?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Interpellant illi l-informazzajoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 353 u jgħid min huma l-konsulenti (inkluż persons of trust) li qegħdin jagħtu kontribut fid-dekasteru tiegħu? X’terms of reference għandhom għall-ħidma tagħhom fil-Ministeru? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti jew appointment letters fejn dawn diġà ġew iffirmati?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li preżentament m'hemm l-ebda konsulent ingaġġat mal-Ministeru tas-Saħħa.
Ix-Xagħra (Għawdex) — Triq Ġnien Xibla - platform tal-konkos
Question
B’referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 1212 magħmula mill-Onor. Charlò Bonnici dwar platform tal-konkos fin-nofs ta’ Triq Ġnien Xibla, ix-Xagħra li saret minn ħhaddiema tal-Ministeru għal Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid fejn waslet l-investigazzjoni li kienet qed issir meta ġiet imwieġba l-mistoqsija msemmija? Ittieħdu xi passi kontra xi ħaddiema tal-Ministeru?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-każ ġie investigat u li qegħdin jittieħdu passi dixxiplinari kontra l-uffiċċjal involut.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il approvazzjoni u awtorizzazzjoni kien hemm min-naħa tal-Ministeru tal-Finanzi sabiex jinxtraw karozzi b'direct order mid-9 ta' Marzu sal-lum minn diversi ministeri tal-Gvern? Jista' jgħid għal-liema dipartiment, ministeri jew awtoritajiet ingħatat din l-approvazzjoni u awtorizzazzjoni? Kemm minn dawn inxtraw għall-użu ta' segretarji permanenti u għal-liema segretarju permanenti partikulari?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħaraf lill-Onorevoli Interpellant illi l -informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx impjegati nies mill-Qrati tal-Ġustizzja mid-9 ta’ Marzu 2013? Jekk iva, jista’ jispjega kemm-il persuna ġiet impjegata? X’inhu l-grad tas-servizz ċivili li fihom ġew impjegati? Kemm hija l-paga gross tagħhom, kemm hemm minn dawk li ġew hekk impjegati illi qegħdin jaħdmu fl-arkivju tal-Qrati u x’kienu l-kriterji sabiex intgħażlu dawn il-persuni? Kemm minnhom kienu qegħdin jirreġistraw għax-xogħol mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ qabel effettivament ġew impjegati
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ġiet ingaġġata persuna waħda biss mad-Dipartiment tal-Qrati tal-Ġustizzja mid- 9 ta’ Marzu, 2013 l’hawn; dan kien ta’ Casual Substitute Clerk; wara li saret sejħa għall-applikazzjonijiet mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC) minn fost dawk li kienu jirreġistraw.
Jista' l-Ministru jgħid min hu l-kap eżekuttiv il-ġdid ta' Wasteserv? Xi kwalifiki għandu? B'liema mod intgħażel? Saret sejħa għall-applikazzjonijiet biex intgħażel? Fuq liema kriterju twaqqaf il-kap eżekuttiv li kien hemm qablu?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Kap Eżekuttiv il-ġdid tal-WasteServ huwa l-Inġinier Jonathan Scerri. Huwa gradwat fl-Inġinerija Elettrika u għandu Masters fuq Teknoloġija fl-Enerġija Rinovabbli (Masters of Science in Renewable Energy Technology). Għandu ‘l fuq minn 16- il sena esperjenza fejn tidħol tmexxija u tħaddim ta’ impjanti, fis-settur publiku u dak privat u snin ta’ esperjenza f’karigi maniġerjali fl-industrija tal-manifattura.
Il-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima iffaċċjat bir-riżenja tal-Kap Eżekuttiv tal-WasteServ - riżenja li fil-fehma tal-Ministeru saret b’mod ġentlom – f’mument kritiku meta l-kumpanija għandha quddiemha sfidi kbar, biex tipprova tirbaħ lura l-kredibilita’ li tilfet tul is-snin, il-Bord tad-Diretturi tal-WasteServ unanimament ħass li b’urġenza u mingħajr ebda dewmien kellu jimla dan il-post battal.
Il-Kap Eżekuttiv li inti qed tirreferi għalih, kif jista’ jikkonferma huwa stess mhux talli ma twaqqafx, iżda talli offra minn rajh ir-riżenja tiegħu f’mod kordjali u etiku, li ninsab infurmat li fid-dawl ta’ dan kollu liema riżenja ġiet milqugħa mill-Bord tad-Diretturi.
Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex din is-sena l-parteċipazzjoni Maltija fil-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima li qed issir f'Bonn ġiet limitata għal persuna waħda u għat-tieni ġimgħa biss meta lanqas hemm indikazzjoni f'liema parti tal-Konferenza se jiġu diskussi l-issues li jolqtu lil pajjiżna?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-parteċipazzjoni Maltija fil-konferenza msemmija ma ġietx limitata għal ġimgħa waħda biss tant illi din il-parteċipazzjoni se tkun kostanti fil-konferenza kollha.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema skemi ġodda ta' għajnuna, li ma kenux jeżistu sa issa, hu mistenni li jiġu introdotti fil-qasam tas-sajd matul din is-sena, jew is-sena d-dieħla?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li hemm imfassla numru ta’ skemi ġodda li fuqhom jingħata iżjed informazzjoni fi żmien opportun.