Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tal-konsulenzi li ngħataw mill-Ministeru tiegħu mill-11 ta’ Marzu 2013 sal-lum? Għal kull konsulenza, jista’ jgħid:
a) min hu l-konsulent jew kumpanija li tqabbdet;
b) x’inhuma t-
terms of reference
li għalihom tqabbdet;
ċ) x’inhu l-valur kuntrattat tal-istess konsulenza;
d) jekk din ingħatatx permezz ta’
direct order
jew sejħa pubblika;
e) min talab din il-konsulenza; u
f) min approva li tingħata din il-konsulenza?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-Informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ngħataw l-ewwel darba l-arts scholarships? Kemm kienu vvotati flus? Kemm ingħataw scholarships? F’liema dixxiplini ngħataw?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-ischolarships tal-Arti ngħataw għall-ewwel darba fl-2010.
Il-flus ivvutati fl-2010 kienu jammontaw għal €200,000.
Fl-2010 kienu ngħataw 13-il Scholarship fl-Arti fid-dixxiplini u livelli kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se toħroġ u meta se tagħlaq is-sejħa ta’ din is-sena għall-arts scholarships? Il-kemm-il edizzjoni hi din is-sejħa? Kemm hemm flus ivvotati għal din l-iskema?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li s-sejħa għall-Arts Scholarships 2013 ġiet imnedija nhar is-Sibt, 2 ta’ Marzu, 2013 u għalqet it-Tlieta, 30 ta’April, 2013.
Din hi r-raba’ edizzjoni tal-Arts Scholarships.
Għal din l-iskema hemm ivvutati €250,000, l-akbar ammont li qatt ġie vvutat s'issa minn meta bdew dawn il-boroż ta' studju.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa fil-ħsieb li jingħataw scholarships matul dawn il-ħames snin? Kif se jkunu mqassmin?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li fl-iskemi amministrati mid-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja din is-sena ser joħorġu l-ischolarships kollha li għalihom ġew indikati fondi fil-baġit ta’ Novembru 2012, u kif il-fondi ġew approvati fil-baġit ta’ April 2013.
Fix-xhur li ġejjin, id-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja ser jerġa jassessja l-iskemi kollha ta’ scholarships biex ikunu aktar aċċessibbli għall-akbar firxa ta’ nies li jixtiequ jkomplu jistudjaw u jittieħdu nkonsiderazzjoni xejriet ġodda ta’ tagħlim.
Id-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja beħsiebu japplika għal aktar fondi taħt il-programm ta’ Fond Soċjali Ewropew 2014-2020. Qed jiġu mistħarrġa possibiltajiet ġodda, biex jiżdiedu ma’ skemi simili li bħalissa huma offruti. Fost l-ideat ġodda li qed jiġu mistħarrġa hemm: placements ta’ esperjenza ma’ kumpaniji kbar internazzjonali u multi-nazzjonali, kif ukoll skema ta’ post-doctoral bursaries li jkunu speċjalizzati f’oqsma ta’ riċerka li twassal għall-kisbiet innovattivi.
Filwaqt li kull sena l-MCAST jagħti appoġġ lill-membri tal-istaff tiegħu biex ikomplu l-istudji tagħhom , s’issa m’hemmx pjanijiet li jinħargu skemi ta' scholarships mill-MCAST lill-pubbliku.
Permezz tal-Programm parzjalment iffinanzjat mill-Fond Soċjali Ewropew, il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ qed tippjana li tiffinanzjascholarships taħt it-Training Subsidy Scheme lil 230 persuna sal-2014. Wara din id-data, il-Korporazzjoni bi ħsiebha tniedi proġetti oħra parzjalment iffinanzjati mill-FSE u tkompli toffri din l-iskema.
Jista’ l-Ministru jindaga x’inhi r-raġuni li xi wħud mill-kandidati li kellhom eżamijiet differenti li jaħbtu fl-istess ħin ma sarilhomx arranġament mid-Dipartiment tal-Eżamijiet biex tingħatalhom l-opportunità li jagħmlu l-eżamijiet kollha, minkejja li għamlu talba? Kemm kien hemm każijiet simili?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Id-Dipartiment tal-Eżamijiet ma għandhux informazzjoni li kien hemm studenti li għamlu talba dwar eżamijiet li jaħbtu fl-istess ħin u li ma sarilhomx arranġament biex tingħatalhom l-opportunità li jagħmlu l-eżamijiet kollha. L-Onor. Interpellant huwa mitlub jgħid għal liema eżamijiet speċifiċi qed jirreferi.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti tal-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol? Dwar xiex qed jagħtu konsulenza lill-Ministru u lis-Segretarju Parlamentari? X’inhu l-pakkett ta’ remunerazzjoni tagħhom?
Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-baġit annwali li jingħata lil kull skola tnaqqas b’ordni tal-Ministeru? B’kemm tnaqqas dan il-baġit? Għaliex tnaqqas?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Il-baġit annwali li jitqassam f’kull skola jitqassam fi tlett kategoriji;
1. Repairs & Maintenance
2. Materials & Supplies
3. Capital
Il-baġit li gie allokkat lil Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol fir-rigward tal-ewwel zewġ kategoriji hawn fuq imsemmija għas-sena 2013 huwa l-istess bħas-sena 2012.
It-tnaqqis li sar huwa fir-rigward il-fondi Kapitali peress li fl-Estimi tal-2013 fil-vot tal-
Capital Equipment Funds
ġew allokati €300,000 inqas milli kien ġie allokat is-sena ta’ qabel. Dan it-tnaqqis kien ġie propost fil-Baġit li ġie pprezentat f’Novembru 2012.
Ministeru għall-Enerġija u l-Konservazzjoni tal-Ilma — konsulenzi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-2004 sal-lum? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Enemalta u l-MRA ma taw l-ebda xogħol lill-kumpanija Aequitas legal. Il-WSC tat xogħol ta' konsulenza legali lil Aquitas Legal u ħallset is-somma ta' (€1,374.33) elf, tlett mija erbgha u sebghin ewro u tlieta u tletin ċenteżmu kull xahar minn Marzu 2007 sa Diċembru 2007. Dan ix-xogħol ingħata b'direct order. L-ARMS Ltd tat xogħol ta' endorsement ta' ittri legali u kwestjonijiet oħra ta' natura legali lil Aequitas Legal fuq bażi ta' tender. Il-Valur li tħallsu mill-bidu tat-tender (minn Gunju 2012) s'issa huwa ta' (€ 9,827) disat elef, tmien mija u sebgħa u għoxrin ewro (eskluza l-VAT).
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-2004 sal-lum? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — konsulenzi
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tagħhajew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tagħha lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-2004 sal-lum? Tista’ tgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamenatri se tingħata f'seduta oħra.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — konsulenzi
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tagħhajew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tagħha lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-2004 sal-lum? Tista’ tgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor Interpellant li ma ngħata ebda xogħol ta' konsulenza mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, agenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi lill-kumpanija msemmija mill-2004 sal-lum.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-2004 sal-lum? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-Ministeru għal Għawdex ma ta l-ebda xogħol ta' konsulenza lill-kumpanija imsemmija mill-2004 sal-lum.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-1998 sal-lum? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kumpanija msemmija ma ngħatat l-ebda xogħol ta’ konsulenza mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu, fil-perijodu msemmi.
Minħabba li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament qiegħda tgħix f’kundizzjonijiet mhux adegwati għaliha u għal bintha, tista’ l-Ministru tgħid jekk l-Awtorità tad-Djar hijiex qed tagħti prijorità lil dan il-każ?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikanta in kwistjoni applikat għall-akkommodazzjoni alternattiva nhar is-26 ta’ Novembru, 2008. Hija għandha tifla ta’ kważi ħames snin u toqgħod b’tolleranza mal-ġenituri tagħha. L-ewwel lokalita’ preferuta tagħha hija Santa Venera u l-applikanta għandha 115-il punt. Hija tibbenefika mill-assistenza soċjali u d-dħul tagħha għas-sena 2012 kien jammonta għal €5,594.78. L-applikazzjoni tagħhha qegħda tingħata l-attenzjoni meħtieġa flimkien mal-applikazzjonijiet tal-istess kategorija u se jsir social assement tal-kaz. Ta’ min ifakkar lil Onorevoli Interpellant li l-Ministeru wiret mingħand l-Amministrazzjoni precidenti ta’ Awtorita’ tad-Djar b’waiting list ta’ 2848 għall-akkomodazzjoni soċjali, 730 struttura perikoluza b’nies fihom u fuq perjodu ta’ 10 snin se tkun qed tħallas Net ta’ 10 miljun ewro, u fl-aħħar ta’ 10 snin l-appartamenti jaqgħu lura għand is-sidien.
Operazzjoni tan-knee replacement – każ ta’ individwu
Question
Minħabba li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament għandha bżonn urġenti ta’ operazzjoni ta’ knee replacement u m’għandhiex il-mezzi finanzjarji biex tkun tista’ tagħmel dan privatament, jista’ l-Ministru jagħti indikazzjoni ta’ meta din il-persuna tkun tista’ ssirilha l-imsemmija operazzjoni?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan il-każ qiegħed jiġi segwit minn persuni responsabli mid-dipartiment għas-saħħa.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk twaqqfitx xi unit ġdida fi ħdan id-Dipartiment tal-Kuntratti li se jkollha remit jew awtorità fuq xi proċessi ta’ xiri marbutin ma’ proġetti strateġiċi jew finanzjati minn fondi tal-Unjoni Ewropea? Jekk iva, jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji tal-organisation structure u t-terms of reference ta’ din il-unit?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fid-dipartiment tal kuntratti twaqfet EU and Special Projects Unit. Din il unit għandha kap u zewg uffiċjali .It terms of reference għadom qed jiġu zviluppati.
Jista’ l-Prim Ministru jagħti l-lista ta’ kuntratti, direct orders, kummissjonijiet u/jew ingaġġi oħra mogħtija mill-Ministeru tiegħu mill-11 ta’ Marzu 2013 sal-lum? Għal kull każ jista’ jagħti:
a. id-data meta’ ngħata;
b. l-iscope of supply u/jew ix-xogħol u/jew il-provista li jkopri;
c. il-valur tiegħu;
d. it-termini li fih iridu jsiru x-xogħlijiet;
e. il-metodu ta’ proċedura ta’ xiri li ntużat; u
f. x’kariga kellu l-uffiċjal pubbliku li awtorizza x-xiri?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni inġabret u qed tiġi validata u se tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x`inhi r-raġuni li s-servizz ta’ emerġenza li kien jingħata mill-privat fi tmiem il-ġimgħa twaqqaf ħesrem? Peress li qabel l-elezzjoni l-Gvern Laburista kien wieħed li se jkompli jsaħħaħ u saħansitra jifrex aktar il-programmi ta’ public private partnerships fil-qasam tas-saħħa, kif jispjega dan il-pass meta tali miżura qed twassal sabiex titnaqqas l-aċċessibilità għas-servizzi tas-saħħa, filwaqt li tkompli żżid il-pressjoni fuq l-Isptar Mater Dei?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-mistoqsija parlamentari numru 1330, fejn ngħarrfu li ma kien hemm l-ebda tibdil f’din ir-risposta.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu numru ta’ pazjenti, xahar b`xahar, li għamlu użu mis-servizz ta’ emerġenza mogħti b’xejn mill-privat matul tmiem il-ġimgħa, minn meta dan beda sa meta twaqqaf? Kemm kienet l-ispiża għal dan is-servizz?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba
Jista' l-Ministru jgħid x’miżuri ittieħdu, jew se jittieħdu, sabiex id-Dipartiment tal-Emerġenza ġewwa l-Isptar Mater Dei jilqa’ għan-numru iżjed ta’ pazjenti li huma mistennija li jattendu f`dan id-dipartiment, wara li twaqqaf is-servizz mogħti mill-privat fi tmien il-ġimgħa?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ pazjenti li kienu qed jagħmlu użu mis-servizz li għalih ma ġġeddidtx il-kuntratt, qatt ma kellu impatt fuq is-servizz mogħti u għalhekk m’hemmx bżonn ta’ miżuri ġodda partikolari.