Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #633 Sitting 27 2013-06-05 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Gozo Channel Line — ħatra taċ-chairman

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-prinċipju tal-meritokrazija ġiex applikat fil-ħatra taċ-chairman il-ġdid tal-Gozo Channel Line u jekk iva, fiex jikkonsistu dawn il-merti tal-persuna magħżula u li allura ddistingwuh minn terzi?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Huma l-istess merti li l-Onorevoli Membru m' hemmx dubju li kien jara huwa meta kien jagħmel deċiżjonijiet simili.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — inventarju

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk mal-ħatra tiegħu kellux inventarju ta' x'suppost kien hemm fil-Ministeru? Jekk fl-affermattiv tista' tgħid jekk ġiex konfermat li dak kollu mniżżel fl-inventarju instabx? Jekk kien hemm xi nuqqasijiet, tista' tgħid jekk itteħditx xi azzjoni, u x'inhi din l-azzjoni?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor Interpellant li kien jeżisti inventarju tal-Ministeru u nikkonferma li kollox kien konformi mal-inventarju.
Leg 12 PQ #793 Sitting 27 2013-06-05 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — inventarju

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk mal-ħatra tiegħu kellux inventarju ta' x'suppost kien hemm fil-Ministeru? Jekk fl-affermattiv jista' jgħid jekk ġiex konfermat li dak kollu mniżżel fl-inventarju instabx? Jekk kien hemm xi nuqqasijiet, jista' jgħid jekk itteħditx xi azzjoni, u x'inhi din l-azzjoni?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li nstabu oġġetti neqsin u li se jintalab audit tal-inventarju.
Leg 12 PQ #794 Sitting 27 2013-06-05 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — informazzjoni dwar vetturi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk mal-ħatra tiegħu kellux informazzjoni dwar x'vetturi kellu tali Uffiċċju tal-Prim Ministru? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid jekk hux kull vettura nstabet u jekk kenitx f'kundizzjoni tajba?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Infurmat li l-vetturi li huma propjetà tal-Gvern u li kienu jintużaw mis-Segretarjat Privat preċedenti fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru nstabu, waqt li l-vetturi li kienu mikrija kienu ritornati kollha minn fejn kienu jinkrew. Għar-rigward tal-kundizzjoni ta’ dawn il-vetturi, ngħarraf lill-Onor Interpellant li fil-każ tal-vettura uffiċjali tal-Prim Ministru, din kienet qed tiddaħħal ta’ spiss għal tiswijiet mekkaniċi bil-konsegwenza li l-Gvern kien qed ikollu jħallas ukoll spejjez sostanzjali relatati mal-kiri ta’ vettura oħra sakemm isiru t-tiswijiet, li fuqhom ukoll kienu qed isiru spejjez sostanzjali.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — informazzjoni dwar vetturi

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid jekk mal-ħatra tiegħu kellux informazzjoni dwar x'vetturi kellu tali Ministeru? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid jekk hux kull vettura nstabet u jekk kenitx f'kundizzjoni tajba?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninsab infurmat li mal-ħatra tiegħi kull vettura li taqa’ taħt il-Ministeru ġiet identifikata u kienet f’kundizzjoni li tista’ tintuża. Madanakollu ninsab infurmat ukoll li l-karrozza uffiċċjali tas-Segretarju Parlamentari l-Onor. Ian Borġ li kienet nxtrat mill-ex Ministru Jason Azzopardi nstabet f’kundizzjoni ħażina. Fl-ewwel ġurnata li ħarġet mill-garaxx kellha tittieħed għat-tiswija minhabba ħsarat estensivi. Filfatt, f’temp ta’ xahrejn minn wara l-elezzjoni, ddaħlet ħames darbiet għat-tiswija.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — informazzjoni dwar vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk mal-ħatra tiegħu kellux informazzjoni dwar x'vetturi kellu tali Ministeru? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid jekk hux kull vettura nstabet u jekk kenitx f'kundizzjoni tajba?

Response (VELLA, GEORGE)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-karozzi responsabbilta tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, mal-ħatra tiegħu kollha ġew identifikati. Dawn huma f'kundizzjoni mekkanika tajba u jistgħu jiġu misjuqa mingħajr periklu. Wieħed jista' jgħid li hemm bżonn li tingħata attenzjoni rigward xi grif kif ukoll manutenzjoni oħrajn li ġew irraportati. Għalhekk dan il-Ministeru se jieħu l-passi meħtieġa sabiex jitranġaw dawn il-ħsarat.
Leg 12 PQ #797 Sitting 27 2013-06-05 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — informazzjoni dwar vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk mal-ħatra tiegħu kellux informazzjoni dwar x'vetturi kellu tali Ministeru? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid jekk hux kull vettura nstabet u jekk kenitx f'kundizzjoni tajba?

Response (VELLA, KARMENU)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-vetturi kollha ħlief waħda tal-għamla Mercedes li ingħatat lil xi Ministru ieħor nstabu f’dan il-Ministeru. Vettura li ngħatat għall-użu tal-Ministru, tat-tip Jaguar u li qabel l-Elezzjoni kienet tintuża mill-Ministru Austin Gatt kienet fi f’kundizzjoni ħażina ħafna bi grif, ħmieġ fuq it-tapezzerija, kif ukoll daqqiet. Nstabu ukoll żewġ vetturi oħra fejn waħda minnhom kellha problemi mekkaniċi (minhabba li kienet vettura qadima) liema problemi diġà kienu eżistenti qabel, u issa qiegħda tiġi evalwata jekk din il-vettura għandiex tissewwa.

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — impjegati detailed

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm, u min huma, l-impjegati li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, jew xi dipartiment jew entità li taqa’ taħtu, li huma detailed, jew għandhom permess, sabiex jagħmlu xogħol ma' xi entità non-governattiva (NGOs), inkluż xogħol ma' trade unions? Fuq liema bażi qed isir dan ix-xogħol u x’inhuma t-termini ta’ żmien? X’inhi r-remunerazzjoni, jiġifieri l-paga, allowances, overtime u dħul ieħor, li kull wieħed minn dawn l-individwi qed jirċievi, u min joħroġ tali salarju?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li permezz ta’policy tar-rilaxx ta’ uffiċjali pubbliċi ma’ xi organiżżazzjoni volontarja, bħalissa hemm ħames persuni mill-Ministeru li huma fuq leave bi ħlas ma’ xi organiżżazzjoni volontarja. Hemm żewġt impjegati oħra minn Transport Malta li huma detailed ma NGO’s on grounds of public policy.Skont din il-policy, l-impjegati rilaxxati jibqgħu jitħallsu mid-Dipartiment jew Entita’ li jkunu ġew rilaxxati minnha. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni kollha mitluba.
Leg 12 PQ #1105 Sitting 27 2013-06-05 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — impjegati detailed

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm, u min huma, l-impjegati li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, jew xi dipartiment jew entità li taqa’ taħtu, li huma detailed, jew għandhom permess, sabiex jagħmlu xogħol ma' xi entità non-governattiva (NGOs), inkluż xogħol ma' trade unions? Fuq liema bażi qed isir dan ix-xogħol u x’inhuma t-termini ta’ żmien? X’inhi r-remunerazzjoni, jiġifieri l-paga, allowances, overtime u dħul ieħor, li kull wieħed minn dawn l-individwi qed jirċievi, u min joħroġ tali salarju?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellanr hija kif murija fit-tabella li qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — impjegati detailed

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm, u min huma, l-impjegati li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha jew xi dipartiment jew entità li taqa’ taħtha, li huma detailed, jew għandhom permess, sabiex jagħmlu xogħol ma' xi entità non-governattiva (NGOs), inkluż xogħol ma' trade unions? Fuq liema bażi qed isir dan ix-xogħol u x’inhuma t-termini ta’ żmien? X’inhi r-remunerazzjoni, jiġifieri l-paga, allowances, overtime u dħul ieħor, li kull wieħed minn dawn l-individwi qed jirċievi, u min joħroġ tali salarju?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li preżentament hemm impjegat pubbliku li huwa rilaxxat mill-M.C.C.A.A. liema entità taqa' taħt id-dekasteru tiegħi biex jagħmel xogħol mal- U.Ħ.M. Dan l-impjegat ilu detailed/misluf mill-5 ta' Lulju 2000 u l-kuntratt hu estiz kull 5 ta' Lulju. Għal dik li għanda x'taqsam ma'remunerazzjoni, il-persuna ikkonċernata qiegħda fi skala 13 tas-Servizz Pubbliku ( massimu ) flimkien ma' allowance ta' Eur 1,456 fis-sena.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — impjegati detailed

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm, u min huma, l-impjegati li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, jew xi dipartiment jew entità li taqa’ taħtu, li huma detailed, jew għandhom permess, sabiex jagħmlu xogħol ma' xi entità non-governattiva (NGOs), inkluż xogħol ma' trade unions? Fuq liema bażi qed isir dan ix-xogħol u x’inhuma t-termini ta’ żmien? X’inhi r-remunerazzjoni, jiġifieri l-paga, allowances, overtime u dħul ieħor, li kull wieħed minn dawn l-individwi qed jirċievi, u min joħroġ tali salarju?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Segretarju Parlamentari għall-Kompetittività u Tkabbir Ekonomiku — impjegati detailed

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm, u min huma, l-impjegati li jaqgħu taħt id-dekasteru tas-Segretarju Parlamentari għall-Kompetittività u Tkabbir Ekonomiku, jew xi dipartiment jew entità li taqa’ taħtu, li huma detailed, jew għandhom permess, sabiex jagħmlu xogħol ma' xi entità non-governattiva (NGOs), inkluż xogħol ma' trade unions? Fuq liema bażi qed isir dan ix-xogħol u x’inhuma t-termini ta’ żmien? X’inhi r-remunerazzjoni, jiġifieri l-paga, allowances, overtime u dħul ieħor, li kull wieħed minn dawn l-individwi qed jirċievi, u min joħroġ tali salarju?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — impjegati detailed

Question

Tista’ l-Ministru jgħid kemm hemm, u min huma, l-impjegati li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, jew xi dipartiment jew entità li taqa’ taħtha, li huma detailed, jew għandhom permess, sabiex jagħmlu xogħol ma' xi entità non-governattiva (NGOs), inkluż xogħol ma' trade unions? Fuq liema bażi qed isir dan ix-xogħol u x’inhuma t-termini ta’ żmien? X’inhi r-remunerazzjoni, jiġifieri l-paga, allowances, overtime u dħul ieħor, li kull wieħed minn dawn l-individwi qed jirċievi, u min joħroġ tali salarju?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #1443 Sitting 27 2013-06-05 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunsilli Lokali — allokazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-allokazzjoni totali (kemm f' dik li hi allokazzjoni diretta, il-vot ta' servizzi għall-kunsilli lokali, il-vot ta' inizjattivi speċjali, il-vot għat-toroq u l-vot ta' kofinanzjament għal proġetti tal-Unjoni Ewropea), għal kunsilli lokali fis-sena 2009, 2010, 2011 u 2012?

Response (VELLA, KARMENU)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Il-Belt Valletta – Kunsill Lokali – uffiċċju

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li parti mill-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali jimxi mill-binja magħrufa bħala l-Main Guard għal post fejn qabel kien hemm l-HSBC biex b'hekk il-Main Guard tkun tista’ tibda tintuża bħala uffiċċju tal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali qiegħed jaħdem fuq il-pjanijiet oriġinali li kellu biex jimxi fil-binja li għandu fi Triq id-Dejqa kantuniera mat-Triq l-Arċisqof.

Libreriji reġjonali u lokali – self ta’ kotba

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew mislufa kotba minn kull librerija reġjonali u lokali matul is-sena 2012?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #1446 Sitting 27 2013-06-05 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunsilli lokali – nefqa fuq libreriji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq kull kunsill lokali matul is-sena 2012 fuq il-librerija lokali kemm fejn hemm libreriji li huma devoluti lill-kunsill lokali kif ukoll fejn hemm librerija li twaqqfet u hija operata mill-kunsill lokali?

Response (VELLA, KARMENU)

Qiegħed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba..

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – Bord tad-Diretturi

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 998, jista' l-Ministru jagħti l-kwalifiki u kompetenzi fil-qasam tal-ilma ta' kull persuna li ġiet appuntata u dan stante li fir-risposta l-Ministru ta l-informazzjoni biss tal-professjoni ta' kull membru iżda naqas li jwieġeb il-mistoqsija b'mod korrett?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kompetenza tal-persuni imsemmija huma varji u utli għal dan il-qasam minn aspetti differenti. Kull membru f'dan il-bord għandu esperjenza illi se jkunu t'għajnuna fil-ħidma u l-isfidi li se jkollu quddiemu dan il-bord.

Tribunal Industrijali – riżenji ta’ Chairpersons

Question

B'referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 1000, tista' l-Ministru tgħid jekk ladarba hi personalment ma talbitx ir-riżenja ta' dawn iċ-chairpersons tat-Tribunal Industrijali kienx hemm xi uffiċjali fil-Ministeru tagħha jew f'xi Ministeru ieħor li talab għal dawn ir-riżenji u dan peress li l-qasam industrijali jaqa' taħt il-kompetenza tal-Ministeru tagħha?

Response (DALLI, HELENA)

Nirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari mill-Onor Interpellant. Jiena nfurmata li fil-każ tat-Tribunal Industrijali, r-riżenja ntalbet mis-Segretarju Permanenti li qabel kien responsabli mill-Ministeru għal Gustizzja, Djalogu u l-Familja taħt l-amministrazzjoni preċedenti.
Leg 12 PQ #1996 Sitting 27 2013-06-05 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — management accounts

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar set ta’ management accounts tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA)?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-management accounts ta' Marzu hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant.