Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il rapport irċeviet il-Pulizija dwar logħob illegali mingħand l-Awtorità dwar il-Lotteriji u l-Logħob (LGA), sena b’sena fl-aħħar ħames snin u fuq kemm minnhom il-Pulizija ħadet azzjoni?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
B’ referenza għall-eżami ta’ Jannar 2013 li jwassal għad-dħul fis-servizz pubbliku, jista’ l-Ministru jgħid jekk għar-resits li se jsiru fil-gradi kollha hux se jkun possibbli li joqogħdu għall-eżami anke dawk li kienu ċertifikati morda u weħlu għax ma setgħux joqogħdu għall-eżami? Jekk dan huwa minnu, għaliex?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għal ċirkulari tal-PAHRO Nru. 9/2013 fejn hemm indikat li r-resits se jsiru għal dawk li ma għaddewx mill-eżamijiet li saru f'Jannar 2013. Dawk li ma qagħdux għall-eżamijiet ma jistgħux joqgħodu għal resit.
Mhux in-norma li jsiru resits għal dawn l-eżamijiet. Se jsiru minħabba dak li ġara u għalhekk se tiġi offruta l-possibiltà ta' resit għal dawk li qagħdu għall-eżamijiet.
Jista’ l-Ministru jispjega u jgħid x’kien l-iskop ta’ job exposure ta’ student?
Response (BARTOLO, EVARIST)
L-inizjattivi ta' Job Exposure tista' tiġi mwettqa b'varjetà wiesgħa ta' għanijiet. Bażikament dawn l-għanijiet jistgħu jitqassmu f'żewġ kategoriji: dawk edukattivi u dawk ta' esplorazzjoni ta' karrieri.
L-għanijiet edukattivi jistgħu jkunu bosta u jinkludu, fost l-oħrajn, li l-istudenti jagħrfu r-relevanza tas-suġġetti akkademiċi għad-dinja tax-xogħol, kif ukoll l-għarfien tal-importanza ta' ħiliet u kompetenzi relatati mal-iżvilupp sħiħ tal-persuna, bħal kontabilità, responsabilità, dixxiplina fuqek innifsek u li wieħed jaħdem fi grupp.
L-esplorazzjoni ta' karrieri tinkludi, fost oħrajn, li persuna twessa' l-għarfien tagħha dwar diversi toroq u opportunitajiet f'xi qasam partikolari, jew li persuna terġa teżamina l-ħajriet tagħha (jew il-kontra) billi tqabbel il-perċezzjoni li jkollha dwar xi settur jew karriera partikolari mar-realtà.
Dawn l-għanijiet jintlaħqu billi l-istudenti tar-raba' sena fl-iskola sekondarja jkollhom l-opportunità li jqattgħu ġimgħa fuq il-kamp tax-xogħol f'diversi setturi ta' impjieg.
Jista’ l-Ministru jgħid liema etajiet ta’ studenti kien ikollhom job exposure? Liema skejjel kienu qed iħaddmu programm ta’ job exposure? F’liema snin sar job exposure sistematiku minn studenti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-job exposure tingħata lill-istudenti tar-raba' sena sekondarja fl-iskejjel tal-Istat. Jista' wkoll ikun il-każ li ċerti studenti tal-ħames sena, minħabba raġunijiet varji, jingħataw u jibbenefikaw minn programmi adattati għalihom f'setturi differenti tax-xogħol.
F'din is-sena skolastika l-iskejjel imsemmija hawn taħt organizzaw jew ser jorganizzaw
job exposure
fl-iskejjel rispettivi tagħhom.
Kulleġġ Santa Margerita:-
Skola Sekondarja Subien - Verdala
Skola Sekondarja Bniet - Cospicua
Skola Sekondarja Bniet - Żejtun
Kulleġġ San Benedittu:-
Skola Sekondarja Subien - Ħal Kirkop
Skola Sekondarja Bniet - Ħal Tarxien
Kulleġġ San Ġorġ Preca:-
Skola Sekondarja Bniet - Ħamrun
Skola Sekondarja Subien - Ħamrun
Skola Sekondarja Subien - Ħaż-Żebbuġ
Skola Sekondarja Bniet - Blata l-Bajda
Kulleġġ Sant'Injazju:-
Skola Sekondarja Subien - Tal-Ħandaq
Kulleġġ Santa Klara:-
Skola Sekondarja Bniet - Pembroke
Skola Sekondarja Subien - Gżira
Skola Sekondarja Bniet - St. Andrews
Kulleġġ Maria Reġina:-
Skola Sekondarja Bniet - Mosta
Skola Sekondarja Subien - Mosta
Kulleġġ San Nikola:-
Skola Sekondarja Bniet - Rabat
Skola Sekondarja Subien - Mtarfa
Il-Job Exposure Experience kienet rat il-bidu tagħha fis-sena 2000 fl-iskola sekondarja tal-bniet, Cospicua u matul is-snin inxterdet ma' l-iskejjel.
Jista’ l-Ministru jgħid hix politika tal-Gvern li l-istudenti jibqgħu jingħataw opportunità ta’ job exposure? Kif se titjib u tinfirex is-sistema?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hija l-politika tal-Gvern li l-istudenti jibqgħu jingħataw opportunità ta’ job exposure experiences matul is-sena skolastika.
Fil-bidu tas-sena skolastika 2012-2013, kien sar qbil biex ikun hemm aktar koordinament u struttura fil-twettiq tal-
job exposure experience
. Ittieħdet il-miżura li l-iskejjel matul is-sena skolastika 2013-2014, l-professjonisti li jaħdmu direttament fl-iskejjel ser ikollhom l-għajnuna u jingħataw numru ta’
placements
. Dan ser jingħata b’koordinament bejn il-professjonisti tal-
career guidance
li jaħdmu miċ-ċentru fi ħdan is-Servizzi Edukattivi Psikosoċjali u dawk li huma bbażati fil-kulleġġi.
Fil-proċess qed tinħadem
draft proposal
dwar
Career Exposure Policy
għall-iskejjel ta’ l-istat. Din il-gwida ser tiggarantixxi ċertu proċeduri u li din l-esperjenza tkun ta’ kwalità.
Il-kurrikulu nazzjonali jagħmel ukoll referenza fuq l-importanza li l-istudenti jagħmlu esperjenza fil-kamp tax-xogħol waqt l-edukazzjoni obbligatorja.
Dawn il-mizuri jawguraw li l-
job exposure experience
tinfirex aktar mal-iskejjel sekondarji ta’ l-istat fi ħdan il-kulleġġi rispettivament.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet pendenti għal transfers minn impjegati tal-Ministeru tiegħu, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu, u jindika l-kategoriji tal-istess ħaddiema?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta’ pagamenti pendenti li l-ministeru, dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu jridu jħallsu għal xiri ta’ prodotti u materjal, servizzi kif ukoll xogħlijiet?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Sptar Mater Dei — Lista ta’ stennija għall-operazzjonijet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ persuni li qed jistennew intervent u/jew operazzjoni fl-Isptar Mater Dei, u jagħti u n-numru ta’ pazjenti skont kull kategorija ta’ intervent mediku? Nitolbu jagħti informazzjoni dwar kemm hemm pazjenti li ilhom jistennew:
Bejn 3 u sitt xhur; bejn 7 u 12-il xahar; bejn 13 u 24 xahar; bejn 25 u 36 xahar; u aktar minn 36 xahar.
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 629 jista’ l-Ministru jgħid x`azzjonijiet qed jittieħdu sabiex id-direttivi li għadhom fis-seħħ jiġu solvuti? Kemm minn dawn id-direttivi fil-fatt ġew konklużi?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lil- Onorevoli Interpellant li saru diversi laqgħat mal-Unions sabiex dawn id- direttivi li intirtu minn l-amministrazjoni precedenti jiġu solvuti. Hafna minn dawn id-direttivi qed jigu indirizzati u fil-futur qarib nibdew nikkonkludu fuq numru minnhom.
Peress li fit-tweġiba li tani għall-mistoqsija parlamentari 632 m’hemmx riferenza għal xi pjan ta’ ristrutturar, jista’ issa l-Ministru jgħid jekk hux qed jitħejja pjan sabiex ċerti direttorati jiġu aboliti? X`inhi r-raġuni għal din id-deċiżjoni? Min ħadha? Il-unions ġew ikkonsultati?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lil-Onorevoli Interpellant, li l-Ministeru qiegħed fi stadju ta’ konsultazzjoni biex jara l-aħjar mod, kif il-qasam tas-saħħa jkun l-iktar effettiv biex jagħti l-aħjar servizz.
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 629, jista’ l-Ministru jagħti d-data ta’ meta l-proċess bis-sistema ġdida tal-IT għall-Uffiċċju tal-Kartuna s-Safra, liema proċess kien beda taħt l-amministrazzjoni preċedenti, se jkun qed jiffunzjona?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proċess għax-xiri ta’ sistema ġdida tal-IT għall-Uffiċċju tal-Kartuna s-Safra, qied fil-proċess tal-evalwazzjoni. Qabel ma jingħalaq dan il-proċess, mhux possibbli li tingħata aktar informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ dan il-proġett.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru, jew id-dipartimenti li jaqgħu taħtu hux qed jikkunsidraw xi applikazzjonijiet partikulari għal dak li jirrigwarda stabilimenti ġodda ta' akwakultura?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi nisab infurmat li kien hemm żewġ applikanti li bagħtu ittra ta’ applikazzjoni għall-farm b’gaġeġ ġol-baħar.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema speċi ta' ħut qed isiru esperimenti fuqhom fiċ-ċentru tal-akwakultura fit-Torri ta' San Luċjan, jew xi mkien ieħor? Kemm ilhom sejrin dawn l-esperimenti għal kull speċi ta' ħut partikolari? X'riżultati nkisbu sa issa minn dawn l-esperimenti li kienu għaddejjin?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li fiċ-Ċentru tal-Akwakultura fit-Torri ta’ San Luċjan isiru esperimenti fuq t-tfaqqis tal-aċċjol, tat-tonn, tal-gurbell, tas-sargi, tar-rizzi, taċ-ċeren u speċji ta’ shark. L-esperimenti nbdew mill-2005 u jvarjaw minn speċi għal oħra. Ir-riżultati huma li qegħdin nipproduċu bajd u friegħ biex ikollna sistemi integrati tal-akwakultura.
B’referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 1675 il-Gvern se jimxi mal-pjanti approvati mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) fl-2009 fil-permess tal-ippjanar PA05852/06 jew se jemenda l-pjanti u jissottometti applikazzjoni ġdida bi pjanti ġodda?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern qed jaħdem fuq proposta emendata biex tnaqqas l-inkonvenjent lil kull minn se juża’ dan il-footbridge. Bil-kontra tal-gvern preċedenti, l-gvern preżenti se jagħti prijorità assoluta lis-sigurtà tar-residenti li jgħixu fiż-żona in kwistjoni u għalekk se jżomm mal-impenn tiegħu li joffri soluzzjoni għall-problema li sfortunatament kienet injorata għal snin sħaħ, minkejja li seħħew inċidenti fatali.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-pożizzjoni tal-Gvern Malti rigward il-proposti tal-NGO Ship-breaking Platform (NGO Platform) u l-European Environmental Bureau (EEB) fil-konfront tal-European Regulation on Ship Recycling?
Response (MIZZI, JOE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra dokument illi jinkudi informazzjoni rigward il-proposti tal- NGO Ship-breaking Platform (NGO Platform) u l-pożizzjoni tad-Direttorat tal-Bastimenti Merkantili fi ħdan Transport Malta fir-rigward ta’ dawn il-proposti.
Kemm hu stmat li vapuri li kienu jġorru l-bandiera Maltija fl-aħħar sena intbagħtu biex jiġu smantellati (shipbreaked)? Jista’ jgħid jekk Transport Malta żżommx record ta’ fejn dawn ikunu ntbagħtu biex jiġu smantellati?
Response (MIZZI, JOE)
Id-Direttorat tal-Bastimenti Merkantili fi ħdan Transport Malta ma jżommx rekords uffiċjali dwar bastimenti li jintbagħtu biex jiġu żmantellati. Tajjeb li wieħed jinnota li ħafna drabi bastimenti jiġu mibjugħa qabel ma dawn jintbagħtu biex jiġu żmantellati u għalhekk ma jkunux qed itajru bandiera Maltija minħabba li s-sid ma jkunx eliġibli biex jirreġistra bastimenti taħt l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili.
B’referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 1772, jista’ l-Ministru jwieġeb kemm hi r-rata medja li hu mistenni li jkunu stallati kull xahar minn issa ’l quddiem peress li din il-parti tal-mistoqsija ma ġietx imwieġba ?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi huwa mistenni li jiġu stallati madwar (4,000) erbat elef meter fix-xahar.
B’referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 1771, jista’ l-Ministru jgħid x’timeframes qed jara għal tali reviżjoni tal-Pjan Nazzjonali tal-Enerġija?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi la darba r-reviews għadhom fil-proċess, it-timeframes mitluba jingħataw wara li dawn jitlestew.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux veru li ġew ikkreati dawn l-erba’ posts ġodda ġewwa l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC): personal assistant għaċ-Chairman, personal advisor għaċ-Chairman, advisor to the Chairman u PA assistant? Min huma l-persuni maħtura f’kull kariga u x’pakkett finanzjarju għandu kull wieħed minnhom?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninfroma lill-onorevoli Interpellant li ċ-Chairman ghandu Executive Personal Assistant, Executive u personal Driver. Ma ġew ikkreati l-ebda pożizzjonijiet ta' Advisor to the Chairman, PA assistant u Personal Advisor. Il-pakkett finanzjarju ta' dawn il-persuni maħtura jaqbel mal-kariga u r-responsabilità li qed iġorru.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — servizz ta’ customer care
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hu jew id-dekasteru tiegħu hux qed jagħmlu kuntatt ma’ kunsilli lokali biex joffru servizzi ta’ customer care mill-uffiċċji tal-kunsilli lokali? Jekk iva, jista’ jindika ma’ liema kunsilli lokali sar dan il-kuntatt? Jekk fl-affermattiv jista’ jindika liema kienu dawk il-kunsilli lokali li rrispondew fil-pożittiv għal din it-talba? Liema rrispondew fin-negattiv u liema għadhom ma rrispondewx? Fil-lokalitajiet li rrispondew fil-pożittiv meta beda dan is-servizz? F’liema ħinijiet u f’liema ġranet qed ikun offrut dan is-servizz?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li ma kien hemm l-ebda kuntatt ma’ kunsilli lokali biex jiġu offruti servizzi ta’ customer care.