Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm, u min huma, l-impjegati li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, jew xi dipartiment jew entità li taqa’ taħtu, li huma detailed, jew għandhom permess, sabiex jagħmlu xogħol ma' xi entità non-governattiva (NGOs), inkluż xogħol ma' trade unions? Fuq liema bażi qed isir dan ix-xogħol u x’inhuma t-termini ta’ żmien? X’inhi r-remunerazzjoni, jiġifieri l-paga, allowances, overtime u dħul ieħor, li kull wieħed minn dawn l-individwi qed jirċievi, u min joħroġ tali salarju?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi preżentament hemm ħames (5) uffiċjali pubbliċi li huma rilaxxati biex iwettqu dmirijiet ma' Organizzazzjoni Volontarja u tliet (3) uffiċjali pubbliċi li huma rilaxxati biex iwettqu dmirijiet ma' trade union.
Dawn l-uffiċjali kollha huma rilaxxati fuq
grounds of public policy
skont id-dispożizzjonijiet tal-
Public Service Management Code
, u skont dawn l-istess dispożizzjonijiet jitħallsu mill-Ministeru għas-Saħħa bl-istess kundizzjonijiet li kienu jgawdu mas-Servizz Pubbliku. Ir-rilaxx jiġġedded minn sena għall-oħra.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 1002 jista' l-Ministru jgħid liema huma l-ħaddiema li hemm fl-Istitut tal-Istudji Turistiċi (ITS) fil-Qala, Għawdex, li huma taħt il-kontroll tal-Ministeru għal Għawdex u dawk li mhumiex? Fil-każ tal-ħaddiema li mhumiex taħt il-kontroll tal-Ministeru għal Għawdex jista' jgħid taħt min jaqgħu?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li m'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 1002.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 993 tista' l-Ministru tagħti r-raġuni għaliex fl-aħħar ta' April 2013 kien hemm 20 tifel u tifla inqas li kienu fostered, jiġifieri 261, milli kien hemm fl-aħħar tas-sena 2012, meta kien hemm 281?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li il-281 huma n-numru totali ta’ tfal li rcevew servizz ta’ fostering matul is-sena 2012, (u mhux in-numru ta’ tfal li kienu fil-fostering f’Dicembru 2012), filwaqt li l-261 huwa n-numru ta’ tfal li rċevew servizz ta’ fostering sa l-aħħar ta’ April 2013. Ikun hemm każijiet ta’ short-term fostering u anke placement breakdowns li xorta jidhru li ħadu s-servizz tal-fostering.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 992, tista' l-Ministru tgħid kemm mill-511-il tifel u tifla li kienu qed jgħixu barra mill-familji oriġinali tagħhom u li kienu qed jiġu segwiti mis-servizzi tal-Aġenzija Appoġġ huma tfal ta' immigranti u kemm minnhom huma tfal jew minuri li waslu Malta mhux akkumpanjati minn xi ħadd tal-familja tagħhom?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li mill-511 hemm 40 każ ta’ tfal ta’ ġenituri immigranti.
Barra dawn hemm ukoll numru ta’ każijiet li huma segwiti mill-Aġenzija AWAS ta’ tfal ta immigranti u/jew
unaccompanied minors
.
Air Malta – Ex impjegati li ngħataw xogħol ta’ konsulenza
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm persuni li kienu jaħdmu mal-Air Malta u ħadu l-benefiċċju tal-early retirement fl-aħħar tliet snin, mill-bidu ta' Marzu 2013 sal-lum ingħataw kuntratt ta' konsulenza jew xi tip ta' kuntratt ieħor ta' servizz mal-Gvern jew xi waħda mill-entitajiet tiegħu?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant, li mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru jew minn xi Entità tiegħu, ma ngħataw l-ebda kuntratti ta’ konsulenza jew xi tip ta’ kuntratt ieħor ta’ servizz, lil xi ħaddiem li kien jaħdem ma l-Air Malta.
Ministeru għat-Turiżmu – kuntratti ta’ security guards
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra bil-lista ta’ kuntratti ta’ servizzi ta’ sigurtà (security guards/officers) li huma in vigore fil-Ministeru u l-entitajiet li huwa responsabbli minnhom u li r-rata komputata fis-siegħa hija ta’ anqas minn €5.66 eskluża l-VAT?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninsab infurmat li Heritage Malta bħalissa għandha kuntrattur wieħed; Signal 8 Security li qiegħed jipprovdi servizz ta’ sigurta’ għal għadd ta’ mużewijiet u siti. Dan is-servizz jingħata b’rata ta’ €5.35 jew €5.45 is-siegħa (VAT Eskluża). Dan il-kuntratt beda f’Jannar tal-2011 u jispiċċa hekk kif jinħareg tender u jingħata l-kuntratt il-ġdid peress li t-tender li nħareġ f’Lulju tal-2012 ġie kkanċellat minħabba appell u problemi proċedurali min-naħa tad-Dipartiment tal-Kuntratti.
Sadanittant it-Teatru Manoel għandu kuntratt ta’ sigurta’ mas-Sur Joe Thorne u s-Sur Mark Anthony Borg konġuntament. Dan is-servizz jingħata b’rata ta’ €4.50 is-siegħa (VAT Eskluża). Il-kuntratt ikopri l-perjodu l-1 ta’ Novembru 2012 sal-15 ta’ Ottubru 2015.
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-impenn tal-Gvern kontra x-xogħol prekarju jibqa’ dejjem wieħed assolut.
Il-Gvern jemmen li x-xogħol prekarju waqt li jċaħħad lill-ħaddiema mid-dinjita tagħhom, la jaghmel ġid lil min iħaddem u lanqas lill-ekonomija.
Il-kwistjoni tax-xogħol prekarju kienet ukoll diskussa fuq livell ta’ Kabinett.
Ġie maqbul li jitressaq Pjan ta' Azzjoni quddiem l-MCESD għad-diskussjoni mal-imsieħba soċjali, biex eventwalment ikun ippreżentat pjan t’azzjoni finali.
Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra jekk kemm-il darba kienx hemm uffiċjali tal-Gvern Malti li attendew għall-ftuħ tal-Libya Build ġewwa l-Libja?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Malta Enterprise kellha żewġ uffiċjali mill-Uffiċju tagħha fi Tripoli waqt il-fiera
Libya Build
. Dawn akkumpanjaw u għenu lill-esebituri Maltin bħalma jiġri dejjem f'dawn il-fieri.
Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet u proġetti se jsiru matul din is-sena biex jgħinu lill-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju?
Response (CARDONA, CHRIS)
Is-skemi u s-servizzi offruti mill-Malta Enterprise li l-iżjed għandhom jinteressaw lill-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju huma dawn li ġejjin:
BUSINESS ADVISORY SERVICES:
L-iskema ta’ “Business Advisory Services” tgħin lill kull tip ta’ intrapriża kif ukoll lill-intraprenditur billi tipprovdi konsulent sabiex jgħin lill-intrapriża jew lil-intraprenditur. Dawn il-konsulenti jistgħu jgħinu f’ oqsma differenti bħal “energy audits”, “business start-ups”, “industrial space utilisation”, “quality management”. L-iskema tipprovdi diversi konsulenti skont il-bżonn tal-intrapriża jew tal-intraprenditur sabiex jingħata l-aħjar konsulenza skont il-ħtieġa.
QUALITY PLUS
L-iskema QUALITY PLUS tgħin lill-intrapriżi ta’ daqs żgħir u medju (SMEs) sabiex ikomplu jinvestu fil-kwalita tal-prodott, servizz jew proċess.
L-għajnuna hija waħda ta' natura fiskali fejn l-għajnuna tinħadem fuq bażi ta' tnaqqis ta' taxxa. Din l-għajnuna tista tkopri sa €20,000 fi spejjeż li huma marbuta ma’ investiment sabiex titjieb il-kwalita.
MICROGUARANTEE:
L-iskema ta’ Microguarantee tgħin lill-intrapriżi eliġibbli li għandhom proġetti approvati mil-Malta Enterprise sabiex jieħdu garanzija fuq self minn banek kummerċjali. Is-self jista jilħaq sa massimu ta’ €100,000 u jista ‘jitħallas fi żmien massimu ta’ għaxar snin. Il-garanzija approvata tista tlaħħaq sa massimu ta 80% tal-ammont misluf.
MICROINVEST:
L-iskema Microinvest tgħin lill-intrapriżi żgħar sabiex jinvestu u jżidu l-impjegati. L-għajnuna hija waħda ta' natura fiskali fejn l-għajnuna tinħadem fuq bazi ta' kreditu ta' taxxa ekwivalenti għall-erbgħin fil-mija ta' l-ispejjeż kapitali kif ukoll fuq ingaġġ ta' impjiegi addizzjonali. Fil-każ ta' intrapriżi Għawdxin, din l-assistenza titla għal sittin fil-mija. Min din is-sena, il-kriterji ta' kwalifikazzjoni ser tinfetaħ għal intrapriżi li jimpjegaw sa teltin impjegat.
ERDF ENERGY SCHEME:
Ser tinfetaħ sejħa għal grants lill-intrapriżi li jixtiequ jinvestu f'soluzzjonijiet li jiġġeneraw id-dawl permezz ta' panelli foltovoltajiċi. Din is-sejħa ser jkollha fond ta' aktar minn ħames miljun ewro, liema fond huwa ko-finanzjat mill-fond Ewropew tal-ERDF. Parti min dawn il fondi ser jkunu riżervati għal intrapriżi Għawdxin.
NETWORK SUPPORT SCHEME:
Din l-iskema tħeġġeg lill-intrapriżi sabiex jikkolaboraw flimkien permezz ta' twaqqif ta' networks formali li jaħdmu sabiex itejjbu il-kompetittivita' tas-settur kif ukoll tgħin inizzjattivi li jwasslu għall-innovazzjoni.
SME DEVELOPMENT GRANTS:
Intrappriżi żgħar jistgħu jkunu megħjuna taħt din l-iskema sabiex jkunu jistgħu jtejjbu il-kompetittivita tagħhom billi jingħataw għajnuna sabiex jkunu jistgħu jixtru servizzi ta' konsultazzjoni minn esperti li jagħtu pariri tekniċi li jwasslu lill-intrapriża tiżvillupa prodotti ġodda.
Jista’ l-Ministru jgħid għal xiex kien jintuża l-baġit individwali annwali għal kull skola li tnaqqas lil diversi skejjel? Jista’ l-Ministru jgħid l-iskejjel li sofrew dan it-tnaqqis fiex użaw dan il-baġit fl-aħħar 5 snin?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infakkar lill-Onor. Interpellant li t-tnaqqis li qed isemmi sar fil-baġit imressaq mill-gvern preċedenti f'Novembru 2012. Il-baġit annwali li jingħata lill-iskejjel jintuża sabiex jiġu kopruti diversi spejjeż ta’ natura medja sabiex jgħinu fit-tmexxija ta’ kuljum tal-iskejjel. Kif diġa ġie mwieġeb fit-tweġiba għal mistoqsija numru 2066, dawn l-ispejjeż, jinqasmu fi tlett kategoriji, iġifieri
·
Kapital (Capital)
,
·
Materji u Provvisti (Materials and Supplies)
u
·
Tiswijiet u Manutenzjoni (Repair and Upkeep
)
F’dawn l-aħħar ħames snin, l-iskejjel għamlu użu tal-fondi li gew allokati lilhom skont dawn it-tlett kategoriji hawn fuq imsemmija.
Jista’ l-Ministru jgħid it-tnaqqis imħabbar fil-baġit ta’ kull skola individwali kif se jgħin biex jippromwovi l-kunċett ta’ aktar deċentralizzazjoni fl-edukazzjoni u aktar awtonomija għall-iskejjel?
Response (BARTOLO, EVARIST)
L-Iskejjel Statali diġa għandhom l-awtonomija meħtieġa sabiex jamministraw l-baġit finanzjarju li jingħatalhom kull sena. Nirreferi għat- tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2066, fejn ġie mfisser li t-tnaqqis li sar fir-rigward tal-fondi Kapitali kien minħabba l-allokazzjoni annwali li ngħata l-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol fil-baġit imressaq mill-gvern preċedenti f'Novembru 2012. Minkejja dan, il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, qiegħed jaħdem sabiex jirkupra dan it-tnaqqis permezz ta’ użu ta’ fondi alternattivi li ser jissarrfu f’xogħlijiet kapitali fl-istess skejjel. Dawn ix-xogħlijiet kapitali ġew identifikati bħala meħtieġa mill-istess skejjel, u huwa proprju għalhekk li l-proċess ta’ deċentralizzazzjoni ser ikompli jiġi mwettaq.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettorali — konsulenzi
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-1998 sal-lum? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li ma ngħata ebda ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħi lill-kumpanija konċernata fil-perjodu msemmi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-1998 sal-lum? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-1998 sal-lum ma ngħata ebda xogħol ta' konsulenza lill-kumpanija msemmija.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-1998 sal-lum? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma ngħata l-ebda xogħol ta’ konsulenza lill-kumpanija inkwistjoni.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — konsulenzi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-1998 sal-lum? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Mid-dekasteru tiegħi ninsab infurmat li fil-perjodu indikat ma ngħatax xogħol ta' konsulenza lill-kumpanija msemmija mill-Onor. Interpellant.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — konsulenzi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-1998 sal-lum? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li mill-1998 sal-lum l-ebda xogħol ta’ konsulenza ma ngħata lill-kumpanija li d-dettalji dwarha ngħataw separatament.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — konsulenzi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-1998 sal-lum? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta u l-entitajiet ta’ qabilha (ADT, MMA, DCA), ix-xogħol ta’ konsulenza li ngħata lill-kumpanija li d-dettalji dwarha ngħataw separatament huwa miġbur fl-istess kont taħt l-isem ta’ kumpanija li l-isem tagħha ukoll ngħata separatament f’ mistoqsija parlamentari numru 2076.
Għaldaqstant nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 2076.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Strategy and Priorities Unit - termini ta’ referenza
Question
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-termini ta’ referenza tal-iStrategy and Priorities Unit/s fi ħdan il-ministeri, kif ukoll jispjega kif dawn se jiġu strutturata u mħaddma?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar u ser tingħata f’xi seduta oħra.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 1820, għal kull każ, jista’ l-Ministru jgħid:
a) x’kien l-ammont li kien involut fil-każ; u
b) x’kien l-eżitu tal-kawża u jekk kien hemm piena din x’kienet?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif huwa kif jidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. It-tagħrif dwar in-numru ta’ persuni involuti huwa dak kif indikat f’din it-tweġiba u mhux dak indikat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 1820.