Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kunsilli lokali – laqgħat dwar it-trasport pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kienu l-laqgħat li saru mal-kunsilli lokali għal dak li jikkonċerna r-riforma tat-trasport pubbliku, u ma’ liema kunsilli saru dawn il-laqgħat? X’ħareġ minn dawn il-laqgħat? Jista’ jagħti tagħrif dwar liema kunsilli lokali wasslu s-suġġerimenti tagħhom? Jista’ jagħti dettalji ta’ x’kienu dawn is-suġġerimenti mill-kunsilli lokali differenti?

Response (MIZZI, JOE)

Ngharraf lill-Onor. Interpellant li l-Onor. Joe Mizzi ltaqa’ mal-Kunsilli Lokali kollha ta’ Malta, inkluż dawk Għawdxin u matul dawn il-laqgħat, saret konsultazzjoni dwar il-materji kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu. Dwar dak li jikkonċerna r-riforma tat-trasport pubbliku, ħareġ ċar li minkejja li r-riforma kienet meħtieġa, inħolqu aspettattivi għoljin ħafna, saru ħafna żbalji u r-riforma ġiet implimentata b’mod mgħaġġla wisq, tant li din ma ħallietx ir-rizultat mixtieq mill-poplu u l-poplu għadu jbghati l-konsegwenzi sal-lum. Kienu l-Kunsilli Lokali kollha li wasslu s-suġġerimenti tagħhom dwar kif is-servizz jista’ jitjieb, fosthom biex il-karozzi tal-linja jkunu aktar frekwenti, biex iżommu l-ħin u biex ikun hemm servizz aħjar lejn l-Isptar Mater Dei u biex ikun servizz li jaqdi aħjar lill-anzjani.

Bejgħ ta’ siġar tal-frott

Question

Jista’ l-Ministru jagħti dettalji dwar liema tipi ta’siġar tal-frott inbiegħu din is-sena mid-dipartimenti li jaqgħu taħt il-ministeru? Kemm kien in-numru ta’ siġar ta’ kull tip li nbiegħu lil dawk li applikaw għalihom?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li s-siġar tal-frott jinbiegħu biss mill-Mixtla ta’ San Vinċenż de Paule fi ħdan id-Direttorat tal-Agrikoltura. Bejn Ottubru 2012 u Mejju 2013, is-sena ta’ bejgħ ta’ dawn is-siġar, inbiegħu l-ispeċi u ammonti ta’ siġar tal-frott li jidhru fit-Tabella mehmuża li qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Pitkalija – preżenza tal-pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar min qed jassigura li tinżamm l-ordni fid-daħla tal-pitkalija f’Ta Qali? Jista’ jikkonferma li l-pulizija li kienu jagħmlu għassa max-xatba tal-pitkalija m’għadhomx jagħtu s-servizz tagħhom hemmhekk?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li n-nies tas-sigurtà, li huma mpjegati tal-Gvern, jagħmlu għassa max-xatba tal-pitkalija. Ninsab infurmat ukoll illi qegħdin isiru arranġamenti biex jerġa jibda jkun hemm stazzjonat pulizija għassa max-xatba tal-pitkalija.

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — kiri ta' vetturi

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 57, u peress li fit-tweġiba supplementari fl-istess seduta l-Ministru qal li l-kiri taż-żewġ vetturi qed isir bir-rata ta' €8.75 kuljum, jista' jgħid: a) minn min qed jinkrew; u b) min hu intitolat juża dawn il-vetturi?

Response (MIZZI, JOE)

Iż-żewġ karozzi li l-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura għandu mikrijin, ġew mikrija mingħand Burmarrad Commercials Ltd permezz ta’ kuntratt li sar f’ Ottubru 2012 marbut għal tlett snin. Dawn il-karozzi qed jintużaw mic-Chief of Staff u Private Secretary fl-istess Ministeru, li huma ntitolati li jużaw dawn il-vetturi skont l-“Engagement of staff for Minister’s Secretariats – March 2013”

Proġett ta' enerġija — prezz fiss għat-tariffi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx każ ta' qerq u ingann deliberat da parti tiegħu u tal-Partit Laburista meta fil-kampanja elettorali dejjem u kullimkien wiegħed li se jagħmel proġett ta' enerġija mibni madwar wegħda ta' prezz fiss tat-tariffi għal mhux inqas minn għaxar snin, meta llum fil-gazzetta Times hemm rapurtat li l-espressjoni tal-interess li ħarġet l-Enemalta qed titlob minimu ta' ħames snin biss bħala garanzija ta' prezz fiss?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant li t-terminu minimu ta' ħames snin jista' jfisser aktar minn ħames snin.
Leg 12 PQ #645 Sitting 28 2013-06-10 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — kiri ta' vetturi

Question

Peress li l-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura, fis-Seduta 12 tal-24 ta' April 2013 qal bħala tweġiba supplementari għall-mistoqsija parlamentari 57 li l-Ministeru qed jikri żewġ vetturi bir-rata ta' €8.75 kuljum, waqt li l-Prim Ministru qal fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 317 li l-vettura li qed tinkera għas-Segretarju Parlamentari qed tinkera bir-rata ta' €59 kuljum, u peress li hu ben evidenti li d-differenza hi kbira u peress li allura segħta kien hemm frankar jew tnaqqis ta' spejjeż f'kirjiet, jista' l-Prim Ministru jgġid għaliex l-Uffiċċju tiegħu ma keriex il-vetturi b'rati orħos?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar u ser tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #646 Sitting 28 2013-06-10 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Segretarjati tal-Ministri — membri ngaġġati minn barra s-Servizz Pubbliku

Question

Jista' l-Prim Ministru jindika x'inhu l-limitu ta' membri li jistgħu jkunu ngaġġati mis-Segretarjati tal-Ministri minn barra s-Servizz Pubbliku?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan huwa diġa’ regolat hekk kif deskritt mid-dokument Engagement of Staff for Ministers’ Secretariat li diġa’ tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fis-seduta numru 7 tal-15 ta’ April 2013.
Leg 12 PQ #676 Sitting 28 2013-06-10 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel Line — ħatra taċ-chairman

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-prinċipju tal-meritokrazija ġiex applikat fil-ħatra taċ-chairman il-ġdid tal-Gozo Channel Line u jekk iva, fiex jikkonsistu dawn il-merti tal-persuna magħżula u li allura ddistinwguh minn terzi?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li ma nstab l-ebda prinċipju ta' meritokrazija stabilit mill-Gvern Preċidenti dwar ħatriet ta' Bordijiet, il-Ministeru għal Għawdex mexa fuq il-priċipji ta' kompetenza, effiċjenza,u impenn għat-twettiq tal-politika tal-Gvern tagħti importanza kbira lill-aċċissibilità ta' Għawdex. Jiena infurmat li l-għażla li saret ġa qed tagħti l-frott.

Enemalta — expression of interest

Question

Jista' l-Ministru jispjega: a) għaliex fl- expression of interest li l-Korporazzjoni Enemalta ħarġet għall-proġett tal-enerġija bil-gass, mhux se jkun hemm il-possibilità li jsir appell minn min iħossu aggravat b’xi deċiżjoni tal-bord ta’ għażla; b) iħossx li tali nuqqas ta’ possibilità ta’ appell mill-expression of interest jagħti lok għal perċezzjoni li l-għażla diġà saret qabel ma beda l-proċess u għalhekk il-proċess jagħti lok ta’ dehra ta’ proċess ivvizzjat; ċ) hux konxju li anke jekk fis-sejħa għall-interess hemm biss provdut li min hu aggravat jista’ biss jadixxi l-Qrati Maltin għal rimedju li jkun limitat għall-irkupru tal-ispejjeż li jkun inkorra, dan xorta jmur kontra prinċipji stabbiliti mill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja dwar public procurement u għalhekk tibqa’ l-possibilità li eventwalment il-gvern jibqa’ espost għal sentenza mill-ogħla Qorti Ewropea li timmulta bil-kbir lill-iStat Malti, apparti konsegwenzi oħra għad-dannu tat-taxpayer Malti; d) jaħsibx li hu prinċipju elementari ta’ good governance u ta’ trasparenza, mhux biss ta’ smigħ imparjzali, li kull proċess kompettitiv għandu jkun jipprovdi għal proċedura ta’ appell effettiv u reali għal kull rimedju li persuna aggravata jista’ jkollha; u e) jista' jsemmi każijiet simili fejn ġiet adoperata l-istess proċedura mill-Gvern fil-passat?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghall-istqarrija Ministerjali li saret nhar it-Tnejn 13 ta' Mejju fis-seduta numru 17.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — informazzjoni dwar vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk mal-ħatra tiegħu kellux informazzjoni dwar x'vetturi kellu tali Ministeru? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid jekk hux kull vettura nstabet u jekk kenitx f'kundizzjoni tajba?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-Ministeru preċedenti kellu erba' karozzi. Tnejn kienu 'roaming cars' għas-Segretarjat u tnejn tal-Ministru. Dawn ġew ritornati lura f'Marzu 2013 lil En Route-Malta Drive Ltd. u lil Burmarrad Commercials Ltd minn fejn kienu ġew leased.

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — informazzjoni dwar vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk mal-ħatra tiegħu kellux informazzjoni dwar x'vetturi kellu tali Ministeru? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid jekk hux kull vettura nstabet u jekk kenitx f'kundizzjoni tajba?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat illi l-entità responsabbli mill-vetturi taħt il-Ministeru preċedenti kien il-Manufacturing and Services Department (MSD) li issa jinsab taħt id-dekasteru tal-Ministeru tat-Transport li għandu spiċċaw il-parti kbira tal-vetturi u inġenji. Ninsab infurmat ukoll li taħt il-Ministeru tiegħi spiccaw numru żgħir ta’ vetturi li bosta minnhom inxtraw qabel l-2008 u huma qodma.

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — informazzjoni dwar vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk mal-ħatra tiegħu kellux informazzjoni dwar x'vetturi kellu tali Ministeru? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid jekk hux kull vettura nstabet u jekk kenitx f'kundizzjoni tajba?

Response (MIZZI, JOE)

Peres li ma kienx hemm informazzjoni sodisfaċenti, sar eżerċizzju fejn instabu xi vetturi li ma kienux qed jiġu utilizzati kif suppost u xi wħud minnhom ma kienux f’ kundizzjoni kif wieħed jixtieq. Għaldaqstant ittieħdu l-passi neċessarji.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — informazzjoni dwar vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk mal-ħatra tiegħu kellux informazzjoni dwar x'vetturi kellu tali Ministeru? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid jekk hux kull vettura nstabet u jekk kenitx f'kundizzjoni tajba?

Response (CARDONA, CHRIS)

Infakkar lill-Onorevoli Interpellant li teknikament, kull Ministeru ta’ din il-leġislatura huwa wieħed ġdid u m’għandu x’jaqsam xejn mal-Ministeri li kien hemm fil-leġislatura l-oħra. Dan huwa stat ta’ fatt mhux biss mill-aspett legalistiku iżda wkoll mill-aspett amministrattiv għaliex il-kompożizzjoni tal-Ministeri l-ġodda hija ferm differenti minn dik li kien hemm fil-leġislatura preċedenti. Jien infurmat li eżatt qabel l-aħħar elezzjoni, bħalma hija l-prassi normali, l-vetturi li kienu jintużaw mill-Ministeri differenti għaddew għand id-Direttur Servizzi Korporattiv rispettiv, ħlief għall-karozzi Ministerjali li ngħataw lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru li mbagħad refagħhom fid-depot tal-pulizija f’Ta’ Kandja, u ħlief ukoll għal dawk il-karozzi li kienu jintużaw mill-Kapijiet tas-Segretarjati tal-Ministri u mis-segretarji privati ta’ kull Ministru ta’ dak iż-żmien, li kienu ingħataw id-dritt li jixtru l-karozza li kienet għandhom skont il-kuntratt tax-xogħol li kellhom. Dan iffiser li l-uniċi karozzi li nżammu mid-Direttorat għas-Servizzi Korporattivi tal-Ministeri preċedenti kienu, jew dawk il-karozzi li kienu għall-użu ġenerali tas-segretarjat privat tal-Ministru, jew inkella karozzi li ma nxtrawx mill-kap tas-segretarjat. Fil-każ ta’ dak li kien il-Ministeru għall-Infrastruttura Trasport u Komunikazzjoni u li kien jokkupa il-binja fejn illum hemm il-Ministeru tiegħi, jien infurmat li d-Direttur għas-Servizzi Koporattivi rispettiv kien ta karozza waħda, dik li kienet tal-ex-Ministru lill-OPM, filwaqt li karozza waħda li kienet tintuża għal skopijiet ġenerali kienet inżammet mill-istess Direttur, sabiex ingħatat service u wara l-elezzjoni ingħatat lis-Segretarjat tiegħi.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — informazzjoni dwar vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk mal-ħatra tiegħu kellux informazzjoni dwar x'vetturi kellu tali Ministeru? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid jekk hux kull vettura nstabet u jekk kenitx f'kundizzjoni tajba?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-Ministeru għall-Intern kien hemm vettura waħda tal-għamla Fiat Brava bin-numru EBD 437 li kienet ilha ma tintuża għax kienet unserviceable u ġiet iggaraxxjata. Fil-fatt l-aħħar darba li ngħatat il-fuel kien f’Ġunju 2012.
Leg 12 PQ #803 Sitting 28 2013-06-10 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — informazzjoni dwar vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk mal-ħatra tiegħu kellux informazzjoni dwar x'vetturi kellu tali Ministeru? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid jekk hux kull vettura nstabet u jekk kenitx f'kundizzjoni tajba?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninsab infurmat li mill-lista ta’ vetturi li kienu jappartjenu lill-Ministeru preċedenti tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment, dawn kollha għadhom fil-Ministeru ghall-Finanzi u f’kundizzjoni tajba ħlief għal: · vettura BMW (EGK012 - GM09) li kienet leased għall-użu tal-Ministru ta’ dak iż-żmien, li issa hawn minflokha vettura oħra BMW (AWG129 - GM15) għall-użu tal-Ministru għall-Finanzi t’issa · vettura Honda CRV Estate (GBC868) li nxtrat mill-Onor. Tonio Fenech · vettura Volgswagon Polo (IBL691) li ġiet trasferita għall-Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva — impjegati detailed

Question

Tista’ l-Ministru jgħid kemm hemm, u min huma, l-impjegati li jaqgħu taħt id-dekasteru tas-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva, jew xi dipartiment jew entità li taqa’ taħtu, li huma detailed, jew għandhom permess, sabiex jagħmlu xogħol ma' xi entità non-governattiva (NGOs), inkluż xogħol ma' trade unions? Fuq liema bażi qed isir dan ix-xogħol u x’inhuma t-termini ta’ żmien? X’inhi r-remunerazzjoni, jiġifieri l-paga, allowances, overtime u dħul ieħor, li kull wieħed minn dawn l-individwi qed jirċievi, u min joħroġ tali salarju?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali — impjegati detailed

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm, u min huma, l-impjegati li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, jew xi dipartiment jew entità li taqa’ taħtu, li huma detailed, jew għandhom permess, sabiex jagħmlu xogħol ma' xi entità non-governattiva (NGOs), inkluż xogħol ma' trade unions? Fuq liema bażi qed isir dan ix-xogħol u x’inhuma t-termini ta’ żmien? X’inhi r-remunerazzjoni, jiġifieri l-paga, allowances, overtime u dħul ieħor, li kull wieħed minn dawn l-individwi qed jirċievi, u min joħroġ tali salarju?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta hija kif ġejja:. Impjegati Permess li jagħmlu xogħol ieħor Termini ta’ Żmien Paga/allowances/overtime/dħul ieħor Uffiċċjal Pubbliku li ġie rilaxxat minn Refugee Commissions Executive Officer –Seconded to St John’s Rescue Corps 12 ta’ Frar 2013 - present €1215.15 (4 weekly salary) €134.39 (4 weekly allowance) Uffiċċjal Pubbliku li ġie rilaxxat minn Corporate Services tal-MHAS General Hand - Fondazzjoni mid-Dlam għad-Dawl Since 2009 in terms of Government Gazette dated 18th September, 2009. €880.31 (4 weekly salary) Uffiċċjal Pubbliku mill-Uffiċċju ta’ l-Avukat Ġenerali Detailed man-Nature Trust Sa Lulju 2013 u jista’ jitlob estensjoni Dan ma jirċievi l-ebda allowances imma l-paga normali tieħu ta’ Skala 5 Ufficcjal Pubbliku mill-Qorti Detailed mal-NGO 6 ta’ Marzu, 2014 €11,454 fis-sena. Zewg Ufficcjali tal Corradino Correctional Facility Detailed mal - Caritas Indefinite €16,187 fis-sena kull wiehed. Id-Dipartiment l-oħra u Entitajiet irraportaw ‘Nil’ return.

Segretarju Parlamentari għall-Ġustizzja — impjegati detailed

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm, u min huma, l-impjegati li jaqgħu taħt id-dekasteru tas-Segretarju Parlamentari għall-Ġustizzja, jew xi dipartiment jew entità li taqa’ taħtu, li huma detailed, jew għandhom permess, sabiex jagħmlu xogħol ma' xi entità non-governattiva (NGOs), inkluż xogħol ma' trade unions? Fuq liema bażi qed isir dan ix-xogħol u x’inhuma t-termini ta’ żmien? X’inhi r-remunerazzjoni, jiġifieri l-paga, allowances, overtime u dħul ieħor, li kull wieħed minn dawn l-individwi qed jirċievi, u min joħroġ tali salarju?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għall-mistoqsija Parlamentari numru 1111.
Leg 12 PQ #1113 Sitting 28 2013-06-10 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — impjegati detailed

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm, u min huma, l-impjegati li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, jew xi dipartiment jew entità li taqa’ taħtu, li huma detailed, jew għandhom permess, sabiex jagħmlu xogħol ma' xi entità non-governattiva (NGOs), inkluż xogħol ma' trade unions? Fuq liema bażi qed isir dan ix-xogħol u x’inhuma t-termini ta’ żmien? X’inhi r-remunerazzjoni, jiġifieri l-paga, allowances, overtime u dħul ieħor, li kull wieħed minn dawn l-individwi qed jirċievi, u min joħroġ tali salarju?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — impjegati detailed

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm, u min huma, l-impjegati li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, jew xi dipartiment jew entità li taqa’ taħtu, li huma detailed, jew għandhom permess, sabiex jagħmlu xogħol ma' xi entità non-governattiva (NGOs), inkluż xogħol ma' trade unions? Fuq liema bażi qed isir dan ix-xogħol u x’inhuma t-termini ta’ żmien? X’inhi r-remunerazzjoni, jiġifieri l-paga, allowances, overtime u dħul ieħor, li kull wieħed minn dawn l-individwi qed jirċievi, u min joħroġ tali salarju?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda tiġi ppreżentata fuq il-Mejda tal-Kamra.