Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inxtraw jew inkrew computers/laptops/mobile devices għall-impjegati tas-Segretarjat tal-Prim Ministru? Meta nxtraw u kemm hu l-valur li nxtraw bih? Kemm inkrew, jekk inkrew u kemm hi l-kirja? Kemm kienet l-ispiża inizjali? Hemm spiża rikorrenti u kemm hi?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li nkrew 13 – il-laptop, 6 lightweight laptops u 1 Desktop.
L-ispiża inizjali għal kull
laptop
hija ta’ €1,193.36 waqt li l-ispiża rikorrenti hija ta’ €330.78 kull sena ghas-snin 2014, 2015, 2016 u 2017.
L-ispiża inizjali għal kull
lightweight laptop
hija ta’ €1.386.88 waqt li l-ispiża rikorrenti hija ta’ €524.30 kull sena għas-snin 2014, 2015, 2016 u 2017.
L-ispiża inizjali għal
desktop
hija ta’ €1,148.17 waqt li l-ispiża rikorrenti hija ta’ €285.59 kull sena għas-snin 2014, 2015, 2016 u 2017.
Għar-rigward tal-
mobile devices
, l-informazzjoni qed tingħata fit-tabella li qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva — spiża fuq IT
Question
Jista' l-Prim Ministru jghid kemm inxtraw jew inkrew computers/laptops/mobile devices għall-impjegati tas-Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva? Meta nxtraw u kemm hu l-valur li nxtraw bih? Kemm inkrew, jekk inkrew u kemm hi l-kirja? Kemm kienet l-ispiża inizjali? Hemm spiża rikorrenti u kemm hi?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li nkrew 3 desktops, 6 laptops u 1 lightweight laptop.
L-ispiża inizjali għal kull
desktop
hija ta’ €1,148.17 waqt li l-ispiża rikorrenti hija ta’ €285.59 kull sena għas-snin 2014, 2015, 2016 u 2017.
L-ispiża inizjali għal kull
laptop
hija ta’ €1,193.36 waqt li l-ispiża rikorrenti hija ta’ €330.78 kull sena għas-snin 2014, 2015, 2016 u 2017.
L-ispiża inizjali għall
lightweight laptop
hija ta’ €1.386.88 waqt li l-ispiża rikorrenti hija ta’ €524.30 kull sena għas-snin 2014, 2015, 2016 u 2017.
Għar-rigward tal
-mobile devices
, l-informazzjoni qed tingħata fit-tabella li qed titqiegħed fuq il-mejda tal-kamra.
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kundizzjonijiet li bihom qed jingħataw permess biex sidien ta’ caravans jarmaw fis-sit li hemm f’Baħar iċ-Ċagħaq? Jista’ jgħid jekk il-kundizzjonijiet humiex bħalma kienu qabel (taħt l-amministrazzjoni ta’ qabel)? Jista’ jinforma lill-Kamra jekk proprjetà tal-Gvern (struttura permanenti) ingħatatx lill-club tas-sidien tal-caravans bi ħlas jew b’xejn? Min hu respnsabbli mit-tindif ta’ din iż-żona? Is-sidien u l-kumitat amministrattiv ta’ Baħar iċ-Ċagħaq ġew ikkonsultati dwar l-operat ta’ din iż-żona? Saret sistema adegwata ta’ drenaġġ? Jekk le, fejn qed imur il-ħmieġ iġġenerat minn din il-caravan site?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Karnra kopja tal-permess maħruġ lill-għaqda volontarja sabiex tokkupa sit f'Baħar iċ-Ċagħaq għall-caravans. Dan il-permess inħareg fi 13 ta'Frar 2013, u nħareg bl-istess kundizzjonijiet li kienu nħarġu 1-permessi l-oħra fis-snin ta' qabel fuq l-istess sit u lill-istess għaqda. L-unika tibdil li sar f’din is-sena kien li l-perjodu tal- permess beda jgħodd mill-15 ta' Mejju 2013 u jintemm fil-l5 ta' Settembru 2013, meta fis-snin ta' qabel, il-perjodu tal-permess kien jibda mill-l ta' Gunju u jintemm fit-30 ta' Settembru. Dwar it-tindif f’din iż-żona, skont Ftehim li sar bejn il-Gvern u din l-Għaqda li kien iffirmat fl-1 ta' Gunju 2009, 1-istess għaqda hija responsabbli miż-żamma u l-indafa ta' dan is-sit f’kull ħin u għas-spejjeż tagħha, liem obbligu huwa wkoll rifless f'kundizzjoni numru 7 tal-permess.
Nikkonferma wkoll li din l-għaqda volontarja, ingħatat permess biex tokkupa struttura permanenti li tinsab f’dan is-sit, għall-użu esklussiv tal-attivitajiet ta' din l-għaqda. Il-ħlas relatat ma' dan il-permess maħrug fuq din l-istruttura huwa ta' €150 fis-sena.
Dwar l-aħħar parti tad-domanda, f’din iż-żona kienu saru interventi mill-ministeru li kien responsabbli mill-infrastruttura, ghaldaqstant, nitlob lill-Onorevoli Membru tagħmel il-mistoqsija tagħha lill-Ministru ikkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid min hu l-konsulent li tqabbad biex jagħmel spending review tal-Ministeri kollha? Jista' jpoġġi l-brief li ngħata fuq il-Mejda tal-Kamra? Meta se jlesti l-eżerċizzju? Kif sar il-proċess tal-għażla? Kemm qed jitħallas?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Professur Maurice Mullard ġie mqabbad mill-Gvern sabiex imexxi l-iSpending Review tal-Ministeri kollha.
It-termini ta’ riferenza għal din l-i
Spending Review
huma kif ġej:
1. Sabiex tiġi stabbilita r-rilevanza jew le tal-allokazzjonijiet finanzjarji illi jagħmel il-Gvern fil-baġit annwali tiegħu;
2. Sabiex jiġu identifikati opportunitajiet għar-riallokazzjoni ta’ nfieq eżistenti sabiex nindirizzaw prioritajiet u/jew ħtiġijiet oħra;
3. Sabiex naraw kif nistgħu nilħqu aħjar l-għanijiet u l-ħtiġijiet ta’ pajjiżna bl-istess riżorsi finanzjarji tal-lum.
Huwa maħsub illi l-i
Spending Review
jitlesta sa Ottubru tal-2013.
Apparti l-kwalifiċi akkademiċi u l-esperjenza twila li għandu, il-konsulent li qabbadna diġa serva lill-Gvern Malti bħala konsulent dwar il-finanzi pubbliċi bejn l-1998 u 2002.
Il-Konsulent qiegħed jitħallas 23,000 euro gross. Qiegħed jitħallas ukoll għat-trasport mir-Renju Unit lejn Malta u lura kif ukoll għall-akkomodazzjoni tiegħu fil-perjodi li jkun f’Malta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw jew inkrew computers/laptops/mobile devices għall-impjegati tas-Segretarjat tal-Ministru? Meta nxtraw u kemm hu l-valur li nxtraw bih? Kemm inkrew, jekk inkrew u kemm hi l-kirja? Kemm kienet l-ispiża inizjali? Hemm spiża rikorrenti u kemm hi?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-Segretarjat tal-Ministru ġew provduti b’erba’ (4) kompjuters u sitt (6)
laptops
li ġew mikrija mill-
Malta Information Technology Agency
(MITA) u finanzjati permezz ta’
Leasing Contract
li l-Gvern Ċentrali għandu mal-fornituri. Dan il-Ministeru m’għandux dettalji ta’ dan il-kuntratt.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1353, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu għandux kunflitt ta' interess minħabba li hu responsabbli mit-tfassil tal-politika dwar l-enerġija, mit-twettiq tal-istess pjan u mir-regolamentazzjoni fuq l-enerġija?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant li l-policy staff tal-MRA issa iċċaqalqu u qegħdin jaħdmu mal-Ministeru. Għaldaqstant, bil-kuntrarju għal li kien qed jiġri taħt Gvern preċedenti , r-regulatur huwa indipendenti u ma jfassalx policy dwar l-enerġija iżda jiffoka fuq regolamentazzjoni
Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu l-istudji ambjentali għall-proġetti tat-turbini tar-riħ (wind turbines) f'Wied Rini, Ħal Far u s-Sikka l-Bajda? Jista' jelenka wkoll x'inhuma l-passi li jmiss sabiex dawn l-applikazzjonijiet jitwasslu għal deċiżjoni?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-istudji dwar l-enerġija rinnovablli li ġejja mir-riħ flimkien ma' riżorsi rinovabbli oħra qegħdin fil-proċess li jiġu riveduti biex joħorġu l-aħjar taħlita ta' sorsi li tkun aktar sostenibbli li joffru l-aħjar soluzjonijiet ambjentali, tekniċi u finanzjarji.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq l-applikazzjoni għall-fondi Ewropej ħalli tiġi studjata l-vijabilità tal-gas pipeline bejn Malta u Sqallija? Jista' jgħid ukoll fejn wasal ix-xogħol fuq l-aġġudikazzjoni għas-sejħa għall-offerti ħalli jsir l-istess studju?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-project of common interest għadu f'fażi bikrija u x-xogħol fuq l-aġġudikazzjoni qiegħed fil-proċess.
B’referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 1789, peress li l-Ministeru tiegħu jkopri l-funzjoni regolatorja tal-ambjent f’pajjiżna u allura jista’ jelenka xi studji ambjentali jkollu bżonn impjant għall-ġenerazzjoni tal-elettriku ta' madwar 200MW, jista’ jwieġeb mistoqsija 1789 li sa issa għadha mhix imwieġba?
Response (BRINCAT, LEO)
Wieħed kien jippreżumi li bħala ex Ministru b’eżperjenza ta’ tant snin fil-qasam regolatorju u operattiv tal-ambjent, l-Onor. Interpellant suppost jaf id-distinzjoni netta u ċara li dejjem eżiżtiet bejn il-funzjoni regolatorja u operattiva tal-qasam ambjentali, wara tant snin f’dikasteru fejn serva fih f’leġislaturi preċedenti.
Għaldaqstant nemmen li l-Onor. Membru għandu jifhem li l-funzjoni regolatorja fil-preżent taqa’ taħt Ministeru ieħor u mhux taħt il-Ministeru tal-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u Tibdil fil-Klima kif donnu qed jibqa’ jinsisti min-naħa tiegħu.
Strateġija Nazzjonali għall-Immaniġġar tal-Iskart Solidu — Refuse Derived Fuel
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1765, jista' l-Ministru jgħid għalfejn l-audits li qed isemmi li qed isiru fuq l-operat tal-Wasteserv għandhom jaffettwaw l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Nazzjonali għall-Immaniġġar tal-Iskart Solidu f'pajjiżna? Jista’ l-Ministru jiċċara jekk l-Istrateġija tal-Iskart għadhiex fis-seħħ u jekk iva jista' jgħid jekk il-viżjoni tal-Gvern dwar ir-refuse derived fuels inbidlitx?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-rakkomandazzjonijiet tar-riżultati li se joħorġu mir-reviews indipendenti, tal-operat tal-WasteServ, ser ikollhom kontribut importanti fl-implimentazzjoni ġejjiena dwar l-istrateġija Nazzjonali għall-immaniġġjar tal-iskart solidu fejn jidħol refuse, derived fuels kif ittrattati mill-WasteServ s’issa.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1764, jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-bord li se jevalwaw it-tender għall-Impjant tat-Trattament għall-Iskart fil-limiti tal-Għallis?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali — servizz ta’ customer care
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hu jew id-dekasteru tiegħu hux qed jagħmlu kuntatt ma’ kunsilli lokali biex joffru servizzi ta’ customer care mill-uffiċċji tal-kunsilli lokali? Jekk iva, jista’ jindika ma’ liema kunsilli lokali sar dan il-kuntatt? Jekk fl-affermattiv jista’ jindika liema kienu dawk il-kunsilli lokali li rrispondew fil-pożittiv għal din it-talba? Liema rrispondew fin-negattiv u liema għadhom ma rrispondewx? Fil-lokalitajiet li rrispondew fil-pożittiv meta beda dan is-servizz? F’liema ħinijiet u f’liema ġranet qed ikun offrut dan is-servizz?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma sar l-ebda kuntatt ma’ kunsilli lokali biex joffru servizzi ta’ customer care mill-uffiċċju tagħhom.
Ministeru għall-Finanzi — servizz ta’ customer care
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hu jew id-dekasteru tiegħu hux qed jagħmlu kuntatt ma’ kunsilli lokali biex joffru servizzi ta’ customer care mill-uffiċċji tal-kunsilli lokali? Jekk iva, jista’ jindika ma’ liema kunsilli lokali sar dan il-kuntatt? Jekk fl-affermattiv jista’ jindika liema kienu dawk il-kunsilli lokali li rrispondew fil-pożittiv għal din it-talba? Liema rrispondew fin-negattiv u liema għadhom ma rrispondewx? Fil-lokalitajiet li rrispondew fil-pożittiv meta beda dan is-servizz? F’liema ħinijiet u f’liema ġranet qed ikun offrut dan is-servizz?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru u d-dekasteru tiegħu ma għamlu l-ebda kuntatt ma' kunsilli lokali biex joffru servizzi ta' customer care.
Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — servizz ta’ customer care
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hu jew id-dekasteru tiegħu hux qed jagħmlu kuntatt ma’ kunsilli lokali biex joffru servizzi ta’ customer care mill-uffiċċji tal-kunsilli lokali? Jekk iva, jista’ jindika ma’ liema kunsilli lokali sar dan il-kuntatt? Jekk fl-affermattiv jista’ jindika liema kienu dawk il-kunsilli lokali li rrispondew fil-pożittiv għal din it-talba? Liema rrispondew fin-negattiv u liema għadhom ma rrispondewx? Fil-lokalitajiet li rrispondew fil-pożittiv meta beda dan is-servizz? F’liema ħinijiet u f’liema ġranet qed ikun offrut dan is-servizz?
Response (MIZZI, KONRAD)
L-idea li ufficjali tal-customer care joffru servizz mill-kunsill lokali ġiet imwarrba u l-ebda laqgħat qatt ma saru f'dan ir-rigward.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hu jew id-dekasteru tiegħu hux qed jagħmlu kuntatt ma’ kunsilli lokali biex joffru servizzi ta’ customer care mill-uffiċċji tal-kunsilli lokali? Jekk iva, jista’ jindika ma’ liema kunsilli lokali sar dan il-kuntatt? Jekk fl-affermattiv jista’ jindika liema kienu dawk il-kunsilli lokali li rrispondew fil-pożittiv għal din it-talba? Liema rrispondew fin-negattiv u liema għadhom ma rrispondewx? Fil-lokalitajiet li rrispondew fil-pożittiv meta beda dan is-servizz? F’liema ħinijiet u f’liema ġranet qed ikun offrut dan is-servizz?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma kien hemm l-ebda kuntatt mal-kunsilli lokali biex jofru servizz ta’Custemer Care mill-uffiċċju tagħhom.
Jista’ l-Ministru jagħti breakdown taċ-ċifra aggregata ta’ VAT miġbura minn kumpaniji reġistrati mal-Awtorità ta’ Malta għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA), f’kull lokalità f’Malta u Għawdex, għas-snin 2011 u 2012?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li ċ-ċifra aggregata tal-VAT miġbura minn kumpaniji reġistrati mal-Awtorita ta Malta għas-servizzi Finanzjarji (MFSA), f'kull lokalita f Malta u Għawdex, għas -snin 2011 u 2012 huma kif indikati fit -tabella annessa.
Jista’ l-Ministru jagħti breakdown taċ-ċifra aggregata ta’ Corporate Tax li tħallset lill-Gvern minn kumpaniji reġistrati mal-Awtorità ta’ Malta għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA), f’kull lokalità f’Malta u Għawdex, għas-snin 2011 u 2012?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) fasslitx, jew qiegħda tfassal xi pjan partikulari għal dak li jikkonċerna żvilupp f'dik li qabel kienet il-Fortizza Campbell, fis-Selmun, fl-inħawi tal-Mellieħa?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ma ppreparatx xi pjan għas-sit tal-Fortizza Campbell, f'Selmun. Madanakollu l-Pjan Lokali tal-Majjistral jagħti ħjiel tal-użu li jista jiġi kkunsidrat għal din il-Fortizza permezz tal-policy NWML 20 u li huma - akkommodazzjoni turistika, Istitut tar-Riċerka, Dar għar-rijabilitazzjoni ta' persuni li jkunu għamlu operazzjoni (Nursing home) jew xi użu komunitarju ieħor.
San Pawl il-Baħar, Qawra, Mellieħa — għases tal-pulizija
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux mistenni li jkun hemm żieda fin-numru ta' pulizija li jaqdu d-doveri tagħhom fl-għassa tal-Qawra, ta' San Pawl il-Baħar u f'dik tal-Mellieħa, matul ix-xhut tas-sajf li ġej? Kemm pulizija ġew trasferiti minn dawn l-għases u lejhom, matul l-ewwel ħames xhur ta' din is-sena?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Kif ġa għidt fit-tweġiba għall-mistosija parlamentari 1189, matul is-sajf il-Pulizija se ssaħħaħ il-preżenza tagħha fil-lokalitajiet imsemmija mill-Onorevoli Interpellant. Għal kuntrarju, dawn il-membri tal-Korp mhux ser ikunu ġewwa l-Għases, imma fuq ronda fit-toroq u fuq ix-xtajtiet u jiġu hekk assenjati minn Taqsimiet oħra tal-Korp.
Infurmat ukoll illi bejn Jannar u Mejju ta’ din is-sena kien hemm 20 membru tal-Korp li ġie assenjat xogħol fil-lokalitajiet imsemmija mill-Onorevoli Interpellant, filwaqt li kien hemm 16-il membru tal-Korp li ġew assenjanti xogħol f’lokalitajiet oħra. Għandu jingħad ukoll li, għall-ewwel darba ġie assenjat Supretendent, bl-uffiċċju fl-Għassa tal-Qawra, sabiex ikun hemm kordinament aħjar fix-xogħol tal-Pulizija f’dawn l-istess lokalitajiet.
San Pawl il-Baħar – xogħlijiet fuq ġonna/spazji pubbliċi
Question
Billi fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 1842 intqal li ħaddiema tal-ministeru wettqu xogħol fuq ġonna/spazji pubbliċi fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kienu x-xogħlijiet li saru f’din il-lokalità mill-ħaddiema tal-ministeru? Jista’ jagħti tagħrif dwar liema kienu l-inħawi li fihom saru dawn ix-xogħlijiet? Kemm ġew jiswew dawn ix-xogħlijiet?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li saru dawn ix-xogħlijiet mill-ħaddiema tal-Ministeru fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar:
Xemxija promenade
: Żebgħa ta’
railings
u ta’ benches tal-injam
Ta’ l’Ghasselin
: Żebgha ta’
railings
u ta’ benches tal-injam
Dawret il-Gżejjer
: Żebgha ta’
concrete
bolards
u żebgħa ta’
railings
Pjazza ta’ Bugibba
: Xogħlijiet ta’ manutenzjoni fil-paviment
Twaħħil ta’ gradilji ta’
culverts
Kisi u tibjid tal-kolonni tal-istruttura tal-injam
Żebgħa tax-
shed
tal-injam
Area vicin il-Fun Park
: Art tal-konkos quddiem il-
garages
ta’ viċin
Xogħlijiet ta’ tiswija fil-Fun Park
Area ta-‘Dolmen’
: Żebgħa ta’
railings
u ta’
benches
tal-injam
Żebgħa ta’
concrete bolards
Sa l-ahhar tlett snin il costings globali ta’ dawn ix-xogholijiet huma:
Sena 2011 EUR 73, 454.88 Materjal, Labour u Makkinarju
Sena 2012 EUR 38,782.15 Materjal, Labour u Makkinarju
Sena 2013 EUR 48,492.72 Materjal, Labour u Makkinarju (sa issa)
TOTALI EUR 160,729.75