Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #29574 Sitting 469 2017-01-16 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi – abbuż fir-refunds għal safar ministerjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ittieħdux passi mill-Ministeru għall-Finanzi biex jassigura li l-abbużi fir-refunds dovuti għal safar ministerjali, kif mikxufa mill-Awditur Ġenerali, ma jirrepetux ruħhom? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid x’passi ttieħdu?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull nuqqas li jiġi identifikat mill-Awditur Ġenerali fir-rapport annwali tiegħu jiġi indirizzat. Nikkonferma li din id-darba, kif jiġri normalment, il-Ministeri ġew mitluba li dawn in-nuqqasijiet jiġu indirizzati biex ma jiġrux darb’oħra.
Leg 12 PQ #29575 Sitting 469 2017-01-16 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għat-Turiżmu

Awtorità għat-Turiżmu — Supplementary Financial Estimates 2016

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalxiex intużaw il-€15-il miljun żejda li talbet l-Awtorità għat-Turiżmu fis-Supplementary Financial Estimates 2016?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, li l-ħmistax-il miljun Ewro ntużaw mill-istess Awtorità sabiex jiġu esplorati u jinfetħu swieq ġodda u jinħolqu rekords bla preċedent fit-turiżmu, ii m’hemmx għalfejn wieħed jelabora dwarhom u li huma diġà fid-dominju pubbliku. Dan għadu qed isir abbażi ta’ politika li kellha l-amministrazzjoni preċedenti sabiex tattira aktar konnettività bl-ajru lejn pajjiżna u li dan il-Gvern saħħaħha bil-kbir.
Leg 12 PQ #29576 Sitting 469 2017-01-16 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Personal Emoluments - nefqa

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa proġettata (budgeted) fuq Personal Emoluments sena b’sena mill-2013 sal-2016? Jista’ jgħid kemm kienet in-nefqa reali (actual) għal kull sena?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fid-dokumenti tal-Estimi Generali li jigu ppubblikati kull sena u jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra fil-jum tal-Bagit. Fir-rigward tan-nefqa ghas-sena 2016 din l-informazzjoni għadha mhix konkluza u tkun ippubblikata fid-dokument tal-Estimi Generali li jmiss.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — Personal Emoluments - nefqa

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa proġettata (budgeted) fuq Personal Emoluments sena b’sena mill-2013 sal-2016? Jista’ jgħid kemm kienet in-nefqa reali (actual) għal kull sena?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fid-dokumenti tal-Estimi Ġenerali li jiġu ppubblikati kull sena u jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra fil-jum tal-Baġit. Fir-rigward tan-nefqa għas-sena 2016 din l-informazzjoni għadha mhix konkluża u tkun ippubblikata fid-dokument tal-Estimi Ġenerali li jmiss.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — Personal Emoluments - nefqa

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa proġettata (budgeted) fuq Personal Emoluments sena b’sena mill-2013 sal-2016? Tista’ tgħid kemm kienet in-nefqa reali (actual) għal kull sena?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fid-dokumenti tal-Estimi Ġenerali li jiġu ppubblikati kull sena u jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra fil-jum tal-Baġit. Fir-rigward tan-nefqa għas-sena 2016 din l-informazzjoni għadha mhix konkluża u tkun ippubblikata fid-dokument tal-Estimi Ġenerali li jmiss.

Transport Malta – Rotta 44

Question

Jista’ l-Ministru jikkunsidra li jitlob lil Transport Malta sabiex ir-rotta 44 terġa’ tibda tgħaddi minn Triq il-Kostituzzjoni u tagħmel użu mill-Bus Stop li hemm fl-inħawi ta’ Tarġa Gap?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li bit-tibdil li qiegħed jissuġġerixxi l-Onor. Interpellant, l-akwati magħrufa bħala tas-Sriedek ġewwa l-Mosta jispiċċaw mingħajr servizz tat-trasport pubbliku, hekk kif kien qabel ma ġie introdott in-network il-ġdid.

Mosta – Triq Salvu Aquilina – tindif ta’ open space

Question

Jista’ l-Ministru jara li jittieħdu l-passi meħtieġa sabiex issir ħidma ta’ tindif biex jitneħħa l-periklu li jeżisti minħabba l-iskart u s-siringi li hemm mormija fl-open space fi Triq Salvu Aquilina l-Mosta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Scrappage scheme – negozji li jbiegħu spare parts

Question

Bħala Ministru responsabbli minn Transport Malta, jista’ jgħid jekk negozji li huma involuti f’scrappage scheme ikunux jistgħu jbiegħu spare parts li huma jagħqdu minn karozzi involuti f’din l-iskema?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Triq li tieħu lejn l-Imġarr – irranġar tal-mera u jsiru tabelli

Question

Jista’ l-Ministru jara jew jitlob lil Transport Malta sabiex tieħu l-passi meħtieġa sabiex kemm jista’ jkun jitnaqqas il-periklu, biex fit-triq li mill-Mosta tmur lejn l-Imġarr, eżattament fejn hemm l-entratura għat-triq li tieħu lejn id-Dwejra, jittranġa l-għoli tal-mera u jsiru tabelli u sinjali oħra biex jindikaw li hemm triq sekondarja li minnha joħorġu l-karozzi għat-triq prinċipali?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi minn spezzjoni li saret fuq il-post mill-uffiċċjali ta’ Transport Malta, l-għoli tal-mera huwa skont kif inhu speċifikat fil-liġi. Rigward is-sinjali, l-Awtorità qegħda tevalwa x’tip ta’ sinjali jkunu adekwati għal dan l-iskop.

Skola fl-Imtarfa – għaqdiet tal-volontarjat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm għaqdiet tal-volontarjat li għandhom spazju minn fejn jaħdmu fl-Iskola tal-Imtarfa li skont miżura tal-Budget ta’ din is-sena, din l-iskola ser tkun qed tingħata biex issir Skola għat-tagħlim tal-Ingliż? Jista’ l-Ministru jgħid għal liema post ieħor ser ikunu rilokati l-għaqdiet li qed joperaw minn din l-iskola? Rigward l-għaqda ta’ Drama fl-Imtarfa, jista’ l-Ministru jgħid fejn ser tkun qed tingħata spazju alternattiv minn fejn se tibda topera?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li l-unika għaqda tal-volontarjat li tuża l-ex Skola Sekondarja tas-Subien tal-Imtarfa hija l-Mtarfa Drama Group. Din l-għaqda ilha tuża l-faċilitajiet tal-iskola għal dawn l-aħħar seba’ snin. L-iskola waqfet tiffunzjona bħala skola f’Ġunju tal-2015 u minn Ġunju 2014 il-kuntratt bejn id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi u l-Għaqda beda jkun imġedded kull sitt xhur. Id-Direttorat qatt ma kkommetta ruħu li jipprovdi spazju alternattiv minn fejn tista’ topera din l-Għaqda.

Mosta – Triq il-Biedja u Triq Patri Ġuże Delia – bini ta’ ħitan

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta Transport Malta ser tibda x-xogħol ta’ bini ta’ ħitan fi Triq il-Biedja u Triq Patri Ġuże Delia fil-Mosta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntrattur li tqabbad jagħmel ix-xogħol għadu m’għamlux u għaldaqstant se jitqabbad kuntrattur ieħor. Ix-xogħol mistenni jsir sal-aħħar ta’ dan ix-xahar.
Leg 12 PQ #29607 Sitting 469 2017-01-16 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Finanzi

Skema first time buyers – xiri ta’ garaxx u post

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għall-iskema tal-first time buyers jekk persuna tkun xtrat garaxx u wara tixtri post, jekk din l-iskema tapplikax għax-xiri tal-post?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għal-Leġislazzjoni Sussidjarja 364.12, Artikolu 3, li jgħid “... li din tkun l-ewwel proprjetà immobbli akkwistata inter vivos minn dik il-persuna...”. Garaxx huwa proprjetà immobbli, għaldaqstant f’dan il-każ din l-iskema ma tapplikax għax-xiri tal-post.
Leg 12 PQ #29608 Sitting 469 2017-01-16 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Saħħa

Deputy Nursing Officers

Question

Jista’ l-Ministru jinvestiga dak li tlabt fil-mistoqsija parlamentari 29387 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ Deputy Nursing Officers li laħqu tul is-sena 2012?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29387 filwaqt li nitlobu jispeċifika x’investigazzjoni qed jirreferi għaliha.

Palazz tal-President – xogħlijiet — direct orders

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jwieġeb mistoqsija 29346 u jgħid kemm kienet in-nefqa biex jiġi mixgħul il-Palazz fil-Belt Valletta għall-Presidenza u biex saret kamra għall-ġurnalisti? Jekk ingħataw direct orders għal dan ix-xogħol lil min ingħataw u kemm kienet tammonta kull direct order?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-proġett biex jiġi mixgħul il-Palazz fil-Belt Valletta kien marbut ma’ proġett relatat mat-turiżmu (ERDF403 - Enriching Valletta's touristic and cultural offer - Restoration of Timber ceiling at the Sacra Infermeria, Grand Master's Palace Courtyards and Facade adjacent to Archbishop Street and the Embellishment of Castille Square) ffinanzjat mill-fondi tal-EU. Ix-xogħol msemmi ġie jiswa 190,563 .51 ewros u sar wara li ħarġet sejħa għall-offerti mill-GHRC . Ix-xogħol ngħata lic cheapest compliant bidder. Fir-rigward tat-tieni parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 29342.
Leg 12 PQ #29624 Sitting 469 2017-01-16 Oral · Interim From: CHARLES MANGION To: Ministeru għall-Finanzi

Garanziji Bankarji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw garanziji bankarji mill-Gvern bejn l-1990 sal-lum u lil liema entità jew persuna fiżika jew legali? Kemm huma l-ammonti ta’ kull garanzija?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Applikazjoni għal home – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fuq każ ta’ dħul ġewwa home?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, il-każ tal-persuna msemmija qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.

Programm tad-droga – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-familjari tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fuq każ ta’ programm tad-droga?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi, sar kuntatt mill-Aġenzija Sedqa mal-familjari tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u ġie mfisser lilhom il-proċess neċessarju sabiex wieħed ikun jaf xi jrid jagħmel.

Aġenzija Appoġġ – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fuq każ ta servizz mill-Aġenzija Appoġġ?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-Aġenzija Appoġġ kienet diġa’ qiegħda ssegwi l-każ inkwistjoni u tagħti l-għajnuna meħtieġa lill-familja indikata.

Maltacom — Flus minn Shares - każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 29359 u 29222 u jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward flus minn shares tal-Maltacom?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant qed tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #29870 Sitting 469 2017-01-16 Oral · Final From: FRANCO MERCIECA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Imġarr ix-Xini — ġibjun

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kif il-ġibjun ta’ Imġarr ix-Xini li dejjem kien tal-gvern, issa sar okkupat mill-privat?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill Onor. Interpellant biex jipprovdi aktar dettalji.