In vista li l-Ministru ġiet ikkwotata li qalet li waħda mill-ewwel deċiżjonijiet bħala Ministru kienet li toħroġ direttiva lis-Servizz u lis-Settur Pubbliku, liema direttiva għandha tiżgura aktar trasparenza meta persuna impjegata f’dawn is-setturi tapplika għal telework, ir-reduced hours u l-flexitime, tista' l-Ministru tagħti iktar dettalji fuq it-tfassil ta' din id-direttiva, il-konsultazzjoni li saret, il-mod kif se jiġi aċċertat li din id-direttiva titħaddem u x'se jkunu l-konsegwenzi jekk jiġi mifhum li din id-direttiva mhux qed ikollha r-riżultati meħtieġa?
Response (DALLI, HELENA)
B'referenza għall Mistoqsija Parlamentari mill-Onor Interpellant, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta'ċirkolari li nħarget lil-Permanent Secretaries u li hi relatata mal-Mistoqsija.
Notte Gozitana – Lejliet Lapsi – Rappreżentazzjoni Ġensna
Question
Jista' l-Ministru jgħid kif ġie deċiż li fin-Notte Gozitana - Lejliet Lapsi titella' r-rappreżentazzjoni Ġensna? Saret sejħa pubblika biex ġiet magħżula din ir-rappreżentazzjoni? Jekk le min ħa d-deċiżjoni? Kemm se tiġi tiswa din ir-rappreżentazzjoni?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li id-decizjoni sabiex tittella 'rock opera Gensna' bhala parti min-Notte Gozitana 2013, kienet waħda unanima mill-Kumitat Organizattiv ta' din l-attività. F'każ ta' rappreżentazzjonijiet kulturali qatt ma ssir sejħa pubblika peress li dawn jirrigwardaw kontenut artistiku u mhux kummerċjali. Din il-produzzjoni li kienet tinkludi cast ta' iktar minn disgħin ruħ flimkien ma' ipproġettar ta' Vizwali maħduma apposta għall-palk ġiet tiswa 23,600 Euro.
Tista' l-Ministru tgħid jekk il-Gvern għandux policy li tistipula l-persentaġġ minimu ta' nisa li għandu jkun hemm f'kull bord u kumitat appuntat mill-Gvern?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern huwa impenjat li skont il-programm elettorali " naċċertaw li aktar membri fuq bordijiet, kummissjonijiet u nominazzjonijiet oħra mill-Gvern ikunu nisa"
Stipendju għal Żgħażagħ li jmorru jaħdmu barra minn Malta
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk il-miżura li kienet tħabbret fil-Baġit mill-Gvern preċedenti fejn kellu jibda jingħata stipendju għal dawk iż-żgħażagħ sa 25 sena (jew fi żmien tliet snin minn meta jiggradwaw minn edukazzjoni terzjarja) li jmorru jaħdmu barra mill-pajjiż sa massimu ta’ sena b’mod volontarju, bdietx titħaddem? Kif jista' wieħed japplika? Kemm kienu dawk li applikaw s’issa u kemm tħallsu stipendji taħt din l-iskema?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li se ssir sejħa pubblika biex dawk interessati japplikaw biex igawdu minn din il-miżura.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm daħlu ħaddiema ġodda mas-servizz pubbliku u ma’ aġenziji tal-Gvern mid-29 ta’ Novembru 2012 sad-9 ta’ Marzu 2013? Meta saret is-sejħa għal dawn il-ħaddiema ġodda u f’liema grad huma dawn il-ħaddiema?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab infurmat li mid-29 ta’ Novembru, 2012 sad-9 ta’ Marzu, 2013, daħlu jaħdmu 381 impjegat ġdid fis-Servizz Pubbliku kif ukoll 226 ma’ entitajiet u awtoritajiet pubbliċi.
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli li japplikaw separatament għas-Servizz Pubbliku u għall-entitajiet u awtoritajiet Pubbliċi, li juru d-dettalji mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — konsulenzi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-1998 sal-lum? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Inter u s-Sigurtà Nazzjonali — konsulenzi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-1998 sal-lum? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta hija kif ġejja:
Dipartiment/ Entità/Aġenzija/Awtorità
Jekk ingħatax xogħol ta’ konsulenza:
Iva/ Le
Attorney General
nil
Schengen Unit
nil
OCIO
nil
Defence Matters
nil
Airport Security
nil
Broadcasting Authority
nil
Permanent Commission Against Corruption
nil
MSS
nil
Probation and Parole
nil
CCF
nil
CPD
nil
Land Registry
nil
Public Registry
nil
Passports and Civil Registration
nil
Identity Management Office
nil
Notary to Government
nil
Citizenship and Expatriate Affairs
nil
Central Visa Unit
nil
Armed Forces of Malta
nil
Agency for the Welfare of Asylum Seekers
nil
Mediation Centre
nil
Courts of Justice Gozo
nil
Courts of Justice Malta
nil
Arbitration
nil
Police
nil
Ministry for Home Affairs and National Security
nil
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-1998 sal-lum? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fir-rigward tal-Ministeru Għall-Finanzi l-informazzjoni hija kif ġej:
Ministeru/Dipartiment/Awtorita
Xogħol ta Konsulenza mill-1998 sal-lum
Direct Order/Tender
Spiza
MFIN
2001 - Privatization Unit
Servizzi Legali
Direct Order
€20,903.46
2002 - Privatization Unit
Servizzi Legali
Direct Order
€ 5,357.55
Madankollu fir-rigward tad-Dipartimenti, Entitajiet u Awtoritajiet li jaqgħu taħtu, ir-risposta hija fin-negattiv.
Ministeru għall-Enerġija u l-Konservazzjoni tal-Ilma — konsulenzi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-1998 sal-lum? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Enemalta, l-MRA u l-Arms Ltd ma taw l-ebda xogħol lill-Kumpanija Sapiano and Associates. Il-WSC tat xoghol ta' konsulenza legali lill-Sapiano and Associates ta' (€113,711.90) mija u tlettax-il elf, seba' mija u ħdax-il ewro u disgħin ċenteżmu bejn is-sena 2000 u s-sena 2006. Dan ix-xogħol ingħata b'direct order.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-1998 sal-lum? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — konsulenzi
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tagħha jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tagħha lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-1998 sal-lum? Tista’ tgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1901 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Saħħa u issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: B'referenza għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 956, jista' l-Ministru jikkonferma li fuq ċirkolari li nħarġet fl-20 ta' Frar, ir-riżultat ġie ppublikat fit-28 ta' Marzu u t-Tnejn ta' wara, ċjoè fl-1 ta' April, dawk magħżula ġew infurmati li ma kinux eleġibbli għall-istess grad? Jistà l-Ministru jagħti r-raġuni ta’ dan?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
L-Onorevoli Interpellant naqas li jispeċifika għal liema kariga qiegħed jirreferi. Nassumi li l-Onorevoli Interpellant qiegħed jirreferi għall-proċess tal-għażla għall-kariga ta’ Senior Allied Health Practitioner fil-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità. Din il-kariga ġiet riklamata permezz taċ-ċirkulari DH/HR 15/2013 fit-22 ta’ Frar 2013. Is-sejħa għall-applikazzjonijiet kienet telenka numru ta’ oqsma ta’ speċjalizzazzjoni differenti, u nħareġ riżultat separat għal kull wieħed minn dawn l-oqsma. Ħamsa minn dawn ir-riżultati ġew ippubblikati fit-28 ta’ Marzu 2013.
Jiena nfurmat li wara li ġew ippubblikati dawn ir-riżultati l-Bord tal-Għażla deherlu li kien hemm xi applikanti li, għalkemm oriġinarjament kienu ġew ikkunsidrati bħala eliġibbli biex japplikaw għal din il-kariga, kif ukoll għaddew mill-proċess tal-għażla, fil-verità dawn ma kellhomx jitqiesu eliġibbli. Dan minħabba l-fatt li, sad-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet, il-kandidati ikkonċernati ma kellhomx il-ħatra speċifika mitluba fil-paragrafu 4.1 tas-sejħa għall-applikazzjonijiet, li tirrikjedi li l-kandidati “għandhom ikunu Uffiċjali Pubbliċi fil-pożizzjoni ta’ Senior Principal Paramedic (Skala 7)”. Il-Bord tal-Għażla kiteb lill-applikanti ikkonċernati sabiex javżahom b’dan.
Jiena nfurmat li meta l-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku saret taf b’dan il-każ, hija avżat lill-Bord tal-Għa¿la li ġaladarba r-riżultati ġew ippubblikati, il-Bord tal-Għażla m’għandux jiddeċiedi hu jekk l-applikanti in kwistjoni humiex eliġibbli jew le iżda għandu jipprovdi d-dettalji lill-Kummissjoni sabiex tieħu azzjoni hi.
Il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku qegħda tittratta dan il-każ skont ir-regolament 23(1) tar-Regolamenti tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku (L.S.Kost.01). Dan ir-regolament jipprovdi għall-possibbiltà li applikant jiġi skwalifikat minn proċess tal-għażla jekk, fost raġunijiet oħra, jinstab li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-eliġibilità għall-kariga. Madankollu, qabel ma l-Kummissjoni tiskwalifika xi applikant skont dan ir-regolament, hija għandha tavżah u tagħtih opportunità sabiex jissottometti r-rappreżentazzjonijiet tiegħu.
Jiena nfurmat ukoll li jekk, wara dan il-proċess, il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku tikkonkludi li r-ri¿ultati ippubblikati fit-28 ta’ Marzu 2013 jinkludu xi ismijiet ta’ applikanti li ma kinux jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-sejħa għall-applikazzjonijiet, il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku toħroġ riżultati riveduti li ma jkunx fihom l-ismijiet tal-applikanti in kwistjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid hux veru li l-job exposure ta’ Lulju fl-Isptar Mater Dei għall-istudenti ta’ Santa Klara tħassar? Jekk dan huwa minnu, għaliex?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-inizjattiva ta' job exposure ta' Lulju fl-Isptar Mater Dei għall-istudenti ta' Santa Klara ma tħassritx.
Peress li fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 691 il-Ministru weġibni dwar sptarijiet u spiżeriji tal-għażla tiegħek, waqt li l-informazzjoni mitluba kienet tirreferi għall-ispiżerija tal-Gvern ta’ Raħal Ġdid, jista’ l-Ministru issa jagħtini t-tagħrif mitlub?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-mediċina Lctulose għada ma waslitx mingħand il-kuntratur presenti u għalhekk sar xiri alternattiv fuq il-kont tal-kumpanija. Din il-mediċina waslet fi kwantitajiet żgħar u għalissa se titqassam mill-ispiżerija ta' l-Isptar Mater Dei. Il-Gvern se jkompli jixtri fuq il-kont tal-kuntratur presenti, li se jeħel ukoll multa minħabba li ma wassalx il-konsenja fil-ħin hekk kif stipulat fil-kuntratt. Din il-mediċina partikolari hija għall-użu kroniku u għalhekk tingħata biss mill-Isptar Mater Dei u mill-Ispiżerija tal-Għazla Tiegħek.
B`referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 692 jista’ l-Ministru jispjega għaliex xi membri tas-segretarjat tiegħu ġew ingaġġati mingħajr kuntratt meta l-kodiċi tal-etika maħruġ f’Marzu 2013, f’paragrafu 3 “Ministers and Parliamentary secretaries are to comply with the following manual when recruiting secretarial staff” u paragrafu 3.1.1 “Recruitment Guidelines” jistipula mod ieħor, u meta anke Ministeri oħra ma użawx il-proċedura użata mill-Ministeru tiegħu?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-impjegati li jgħinu fis-Segretarjat tal-Ministeru mingħajr kuntratt sħiħ,huma ħaddiema tal-istess dipartiment li għadhom jagħmlu xogħol fejn meħtieġ u bla ħlas żejjed meta jinħas il-bżonn. Tax-xogħol li jgħamlu fis-segretarjat jingħataw allowance skont kif stipulat fl-istess kuntratt.
Jista’ l-Ministru jgħid min ta struzzjonijiet, u għalfejn, lis-security officers tal-parkeġġ fejn id-Dipartiment tal-Emergenza tal-Isptar Mater Dei sabiex jirriservaw l-ispazji għall-parkeġġ u b`hekk jitnaqqsu numru ta’ parkeġġi, bir-riżultat li qed jinħoloq inkonvenjent kbir lill-pazjenti li jkollhom bżonn imorru l-emerġenza? Għal min ġew riżervati dawn il-parkeġġi?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-unika spazji fil-parkeġġ riservati li ġew miżjuda qrib l-Emerġenza fl-aħħar tlett xhur huma tnejn, wieħed għall-Ministru għas-Saħħa, u għall-karozzi tal-Ministeru. Huma ġew mitluba mill-Ministru għas-Saħħa stess. Dawn ma’ naqsu xejn mill-parkegg għal-pazjenti, u lanqas huwa ta’xkiel għall-operat.Infurmat ukoll li ma ġewx riservati parkeġġi oħra fl-emerġenza.
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 693 jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hi n-nefqa għal din is-safra?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Filwaqt li ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ispiża tal-akkomodazzjoni tal-Prim Ministru, Deputat Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin kienu mħallsa mill-Gvern Franċiż, ninfurmah li n-nefqa tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru għas-safra fi Franza tammonta għal € 13,058. Din iċ-ċifra tinkludi spejjeż relatati mal-ivjaġġar tal-membri tal-media.
B’referenza għar-risposti tal-mistoqsijiet parlamentari 285 u 692 mogħtija mill-Ministru tas-Saħħa jista’ l-Prim Ministru jgħid għalfejn il-proċedura stabbilita fid-dokument Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats maħruġ mill-uffiċċju tiegħu stess f`Marzu li għadda ma ġietx segwita?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor Interpellant jispeċifika liema proċedura ma ġietx segwita.
Jista' l-Ministru jgħid x’inhi l-proċedura sabiex il-karozzi tal-Gvern li huma użati mill-ministeru tiegħu jsirilhom it-test tal-VRT? Fejn isiru dawn it-testijiet? Jista’ l-ministru jikkonferma li l-karozzi kollha li qed jintużaw bħalissa huma certified for road worthiness?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-proċedura użata għat-test tal-VRT minn dan il-Ministeru hi l-istess proċedura li kienet tintuża mill-amministrazzjoni preċedenti. Il-vetturi kollha li jintużaw mill-Ministeru għas-Saħħa isirilhom l-VRT test skont meta jkunu msejħa għat-test. Ta’ min jgħid li l-prezz għal test tal-VRT huwa fiss, jiġifieri li kull min jgħati dan it-tip ta’ servizz joffri l-istess prezz. Madankollu, xorta waħda id-dipartiment jgħamel użu minn kwotazzjoni jew minn postijiet differenti fejn jingħata dan is-servizz. Il-karozzi kollha li qed jintużaw bħalissa huma certified for road worthiness.
Peress li nhar it-Tnejn 29 ta’April 2013, id-Deputat Kap tal-Partit Laburista, li dettalji dwar qed jintbagħtu separatament, fuq TVAM qal “Jien personalment bħala deputat mexxej tal-partit irrifjutajt kull kariga għax ma jidhirlix li nista’ nkun skizzofreniku u nkun uffiċjal għoli politkament u fl-istess ħin nokkupa xi kariga għolja ta’ profil fil-Gvern”, jista' l-Prim Ministru jgħid x'karigi governattivi jew f'entitajiet pubbliċi, il-Gvern offra lil dan l-individwu u dan irrifjutahom?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ma naħsibx li huwa prudenti li wieħed jitkellem dwar karigi irrifjutati. Biss, Dr Toni Abela zamm mar-regola li qed tissemma fil-mistoqsija parlamentari.