B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 2175, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk il-kuntratt ta’ ingaġġ tal-persuna indikata issa ġiex iffirmat u jekk le għaliex għadu ma ġiex iffirmat? Il-Gvern almenu abbozza dan il-ftehim, u f’dak il-każ jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-abbozz? Jekk ġie ffirmat jista’ jqiegħed kopja fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kuntratt ta’ ingaġġ tal-persuna indikata għadu qiegħed jiġi diskuss. La darba jkun hemm qbil u jiġi iffirmat kuntratt dan ikun jista' jintalab biex jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 2172, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar ir-riżultat tas-sejħa li saret għall-ingaġġ ta’ avukati/ditti ta’ avukati biex jassistu lill-Privatisation Unit għar-rigward ta’ ħruġ ta’ liċenzji għal casino ġdid jew casinos ġodda skont avviż li kien ippubblikat f’The Malta Independent u The Times of Malta fit-28 ta’ April 2013? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-riżultat?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninsab infurmat li kien hemm 14-il avukat/ditti ta’ avukati li wieġbu għas-sejħa li qed jirreferi għaliha l-Onor. Francis Zammit Dimech. Id-ditta tal-avukati li ntgħazlet hija Deguara Farrugia Advocates. Peress illi l-informazzjoni mitluba tinkludi dettalji fuq individwi li mhumiex uffiċjali pubbliċi, nħoss li mhux prudenti li l-informazzjoni mitluba titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew allokati membri tal-istaff fil-customer section tar-Residenza San Vinċenz de Paul? Meta ġie allokat kull membru tal-istaff f’din is-sezzjoni? X’inhu l-grad ta’ kull membru tal-istaff allokat f’din is-sezzjoni?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-servizz tal-Customer Care tal-Isptar San Vinċenz de Paul mhux se jibqa’ limitat biss għall-ilmenti li jaslu permezz tat-telefon. Dan il-Gvern iħoss li fl-era diġitali, il-pazjenti u l-qraba tagħhom jistħoqqilhom servizz ferm aħjar minn hekk. Għaldaqstant minn issa twaqqfet taqsima strateġika għas-servizz tal-customer care biex tassigura kwalità fis-servizzi offruti. Dawn se jinkludu wkoll attivitajiet proattivi favur il-konsumatur bħalma huma surveys u awditjar tas-servizzi infushom. Biex joffru dan is-servizz b’mod professjonali, il-maniġment ħass il-bżonn ta’ sitt impjegati fejn ġew allokati 2 staff nurses, 3 Assistant Clerks u (1) Social Assistant. Dawn bdew joffru s-servizzi tagħhom mis-27 ta’ Mejju.
Residenza San Vinċenz de Paul – ħaddiema trasferiti mill-customer section
Question
Tista’ l-Ministru tgħid fejn ġew trasferiti kull membru tal-istaff li kien allokat fil-customer section tar-Residenza San Vincenz de Paul qabel tpoġġew nies ġodda?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ż-żewġ persuni li kienu jaħdmu fil-Customer Care section gew trasferiti fuq x-xogħol klerikali. Persuna qiegħda taghmel xogħol klerikali bżonnjuż mas-Social Worker Unit u persuna oħra se tkun qiegħda tagħmel xogħol klerikali mas-sezzjoni tal-maintenance.
Residenza San Vinċenz de Paul – trasferiment ta’ ħaddiema mill-kċina
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew trasferiti nies mill-kċina tar-Residenza San Vinċenz de Paul? X’inhu l-grad ta’ kull membru tal-istaff li ġie trasferit? Fejn intbagħat kull wieħed minn dawn il-membri tal-istaff?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li 3 persuni ġew trasferiti mill-kċina, fejn persuna minnhom kellu l-grad ta’ Supervisor u 2 l-oħra kellhom il-grad ta’ Health Assistants. Minn dawn it-tlett persuni, s-supervisor intbagħat fl-istess grad fid-Dining Room, persuna waħda marret mal-General Service u ieħor mas-Security Section.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2002, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm nies fi ħdan l-uffiċċju tas-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tiegħu li għandhom ir-responsabbiltà jaraw li l-politika tal-mitigazzjoni għat-tibdil fil-klima tiġi implimentata, xi kwalifiki għandhom, jekk jaħdmux full-time fuq din il-materja jew jekk għandhomx responsabbiltajiet oħra, u jekk għandhom x'inhuma dawn ir-responsabbiltajiet? Jista’ jgħid jekk l-istaff compliment f'dan il-unit intlaħaqx u jekk le, meta se jintlaħaq?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-uffiċjal responsabbli mid-dossier tat-tibdil fil-klima huwa l-istess persuna li kien hemm qabel id-9 ta’ Marzu 2013, d-Direttur tal-Affarijiet tal-Unjoni Ewropeja fi ħdan il-Ministeru. Fl-istess ħin infakkrek illi apparti minn dan id-Direttorat, l-Ambaxxatriċi fuq t-Tibdil fil-Klima, li kienet oriġinarjament inħatret mill-amministrazzjoni preċedenti, ta' spiss tintalab għall-pariri legali fuq is-suġġett.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jinħatar il-kummissarju mwiegħed biex inaqqas il-burokrazija u x'inhuma l-ħsebijiet u pjanijiet konkreti tiegħu biex tonqos il-burokrazija?
Response (CARDONA, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — informazzjoni dwar vetturi
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk mal-ħatra tiegħu kellux informazzjoni dwar x'vetturi kellu tali Ministeru? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid jekk hux kull vettura nstabet u jekk kenitx f'kundizzjoni tajba?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Ministeru ma kellux vetturi tiegħu peress illi dan huwa Ministeru ġdid.
Jista' l-Ministru jgħid jekk mal-ħatra tiegħu kellux informazzjoni dwar x'vetturi kellu tali Ministeru? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid jekk hux kull vettura nstabet u jekk kenitx f'kundizzjoni tajba?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li l-vetturi kollha tal-Ministeru għas-Saħħa huma irreġistrati fil-Fleet Management System li hija Software li amministrat mill-Ministeru tal-Finanzi u mill-offiċju tal-Prim Ministru u mid-Dipartiment inkorċernat, għaldaqstant ma’ irriżultax li kien hemm vetturi nieqsa. Il-kundizzjoni tal-vetturi tirrifletti it-tali żmien ta kemm ilha mixtrija il-vettura.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — informazzjoni dwar vetturi
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk mal-ħatra tiegħu kellux informazzjoni dwar x'vetturi kellu tali Ministeru? Jekk fl-affermattiv, tista' tgħid jekk hux kull vettura nstabet u jekk kenitx f'kundizzjoni tajba?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — informazzjoni dwar vetturi
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk mal-ħatra tiegħu kellux informazzjoni dwar x'vetturi kellu tali Ministeru? Jekk fl-affermattiv, tista' tgħid jekk hux kull vettura nstabet u jekk kenitx f'kundizzjoni tajba?
Response (DALLI, HELENA)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba għall Mistoqsija Parlamentari numru 59. Ninforma lill-Onor Interpellant li mal-ħatra tiegħi ma kelli l-ebda vettura tal-Ministeru.
Ministeru għal Għawdex — informazzjoni dwar vetturi
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk mal-ħatra tiegħu kellux informazzjoni dwar x'vetturi kellu tali Ministeru? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid jekk hux kull vettura nstabet u jekk kenitx f'kundizzjoni tajba?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li mal-ħatra tiegħi bħala Ministru għal Għawdex, il-vetturi li kellu il- Ministeru kienu konfermati misjuba fil-Ministeru u kienu f'kundizzjoni tajba, ħlief għal waħda li kienet tiġi wżata mis-Segretarjat Privat tal-Ministru preċidenti. Rigward din il-vettura se jitwaqqaf bord sabiex jiġi kkonfermat jekk din il-vettura hix f'qagħda li tintuża iżjed
Ministeru għal Għawdex — ingaġġ ta' persuni minn barra s-servizz pubbliku
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' persuni li qed jaħdmu fis-segretarjat privat tiegħu u kemm minnhom ġew ingaġġati minn barra s-servizz pubbliku?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat ghall-mistoqsija parlamentari 558.
Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — ingaġġ ta' persuni minn barra s-servizz pubbliku
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' persuni li qed jaħdmu fis-segretarjat privat tiegħu u kemm minnhom ġew ingaġġati minn barra s-servizz pubbliku?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — ingaġġ ta' persuni minn barra s-servizz pubbliku
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' persuni li qed jaħdmu fis-segretarjat privat tiegħu u kemm minnhom ġew ingaġġati minn barra s-servizz pubbliku?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għoxrin persuna huma ingaġġati minn barra s-Servizz Pubbliku. L-ammont ta’ nies li jaħdmu fis-segretarjat tal-Prim Ministru huwa regolat mid-dokument Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarju Parlamentari - ingaġġ ta' persuni minn barra s-servizz pubbliku
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' persuni li qed jaħdmu fis-segretarjat privat tas-Segretarju Parlamentari fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u kemm minnhom ġew ingaġġati minn barra s-servizz pubbliku?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li seba’ persuni huma ingaġġati minn barra s-Servizz Pubbliku. L-ammont ta’ nies li jaħdmu fis-segretarjat privat tas-Segretgarju Parlamentari fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru huwa regolat mid-dokument Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — ingaġġ ta' persuni minn barra s-servizz pubbliku
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' persuni li qed jaħdmu fis-segretarjat privat tiegħu u kemm minnhom ġew ingaġġati minn barra s-servizz pubbliku?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għall-mistoqsija Parlamentari numru 549.
Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta' Persuni b’Diżabbiltà – Laqgħa mal-Kummissarju Għoli Ingliż
Question
In vista tal-fatt li fil-media ġie rrapurtat li l-Kummissarju Għoli Ingliż kellu laqgħa mas-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta' Persuni b’Diżabilità u l-Anzjanità Attiva u f'din il-laqgħa ssemma l-pjan tal-Gvern fil-qasam tal-persuni b'diżabilità u anzjani, tista' l-Ministru tispjega dan il-pjan li ġie żvelat f'dawn l-oqsma tad-drittijiet tal-persuni b’diżabilità u l-anzjanità attiva u l-istrateġiji li qiegħed iħares lejhom il-Gvern biex titwettaq il-politika tiegħu fl-oqsma in kwestjoni?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għall-kuntrarju tal-amministrazzjoni preċedenti, dan il-Gvern ifassal il-politika tiegħu bi pjani serji u fattibbli. Il-pjan tal-Gvern dwar l-oqsma tad-drittijiet tal-persuni b’diżabbiltà u l-anzjanità attiva jinsabu fir-road map li l-poplu Malti u Għawdxi għażel b’maġġoranza qawwija fid-9 ta’ Marzu li għadda. Nirreferi għalhekk lill-Onorevoli interpellant għall-pjani fl-oqsma inkwistjoni fil-Manifest Elettorali f’paġni 64, 77, 78 u 79 fejn hemm elenkati iswed fuq l-abjad il-proposti ta’ dan il-Gvern biex tabilħaqq ikollna Soċjetà Ġusta.
Kummissjoni Nazzjonali ghall-Anzjanità Attiva – membri
Question
Tista' l-Ministru tgħid min huma l-membri li ġew maħtura fil-Kummissjoni li se taħdem favur anzjanità attiva, kif ġew magħżula, u x'inhi l-kompetenza ta' kull membru f'dan il-qasam?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-membri maħtura fuq il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Anzjanità Attiva huma Dr Marvin Formosa, Mr Anthony Scerri, Dr Stephen Abela, Prof. David Mamo, Ms Tracey Schembri, Dr Stephanie Xuereb, Dr Josette Rapa u Dr Stephen Lungaro-Mifsud. Il-membri magħżula fuq il-Kummissjoni Nazzjonali tal-Anzjanità Attiva ntgħażlu għal bosta raġunijiet, mhux l-inqas minħabba l-kontribut siewi tagħhom fil-qasam tal-anzjani u l-enerġija u d-determinazzjoni li għandhom biex wara proċess ta’ konsultazzjoni mill-aktar wiesgħa mal-pubbliku, titfassal Strateġija Nazzjonali għall-Anzjanità Attiva.