Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pensjoni tar-romol — każ ta' persuna

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk persuna li hi armla tistax taħdem full-time u fl-istess ħin ma titlifx il-pensjoni tar-romol?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant illi persuna armla li tirċievi l-Pensjoni għar-Romol u li taħdem full-time tibqa intitolata għall-Pensjoni imsemmija sħiħa sakemm it-tfal li jkunu għadhom ma laħqux l-età ta’ tmintax-il sena tkun għadha qegħda titħallas allowance tat-tfal għalihom.

Awtorità tad-Djar — proprjetajiet mikrija bl-Iskema Kiri

Question

Tista' l-Ministru tgħid liema huma il-proprjetajiet li nkrew mingħand il-privat mill-Awtorità tad-Djar skont l-Iskema Kiri, inkluż l-indirizz ta' kull proprjetà in-numru ta' visits f'kull proprjetà kif ukoll il-kera li se titħallas mill-Awtorità għal kull proprjetà? Kemm minn dawn il-propretajiet l-Awtorità tad-Djar diġà kriet lil terzi?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.

Privitasation Unit – remunerazzjoni tal-bord

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1993 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kif inhu kompost il-bord tal-Privatisation Unit u x’inhuma remunerazzjoni u l-benefiċċji tal-membri?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #2819 Sitting 30 2013-06-12 Oral · Interim From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA – Funzjoni tal-Infurzar

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kif taħdem il-funzjoni tal-infurzar tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA)? Jista’ jgħid ukoll fejn irid jirrikorri l-pubbliku biex jagħmel rapporti dwar żviluppi illegali u jekk min jagħmel ir-rapport għandux id-dritt li jibqa’ anonimu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma l-Onor Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #2820 Sitting 30 2013-06-12 Oral · Interim From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA – Business Plan

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1832 fejn intqal li l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) m’għandhiex business plan u peress li fis-sit tal-MEPA ssir referenza għall-business plan tal-Awtorità, jista’ l-Prim Ministru jpoġġi dan il-business plan fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma l-Onor Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #2821 Sitting 30 2013-06-12 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru, għal kull sena għas-snin 2008, 2009, 2010, 2011, 2012 u l-ewwel ħames xhur tal-2013, lokalità b’lokalità jgħid: a) kemm irċeviet applikazzjonijiet ta’ żvilupp l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA); b) kemm irċeviet rappreżentazzjonijiet u/jew objections mingħand għaqdiet non-governattivi; u ċ) kemm irċeviet rappreżentazzjonijiet u/jew objections mingħand il-pubbliku in ġenerali?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li tagħti sena b' sena mis-sena 2008 sa l-aħħar ta' Mejju 2013 l-ammont ta' applikazzjonijiet validati f'dan il-perjodu u kemm l-istess Awtorità irċeviet rapprezentazzjonijiet statutorji / statutory objections fuq dawn l-istess applikazzjonijet. (Annex A) kif ukoll l-istess informazzjoni lokalita' b'lokalita' (Annex B u C) Ta' min wieħed jinnota li l-istess applikazzjoni tista' tidher aktar minn darba f'din il-lista peress li tkun taqa f'aktar minn lokalità waħda. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-sistema tal-informatika tal-Awtorità ma tagħmilx distinzjoni bejn jekk ir-rapprezentazzjoni ġietx mibgħuta minn aġenzija non-governattiva jew mill-pubbliku in ġenerali. Din l-informazzjoni ġiet miġbura mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar.
Leg 12 PQ #2822 Sitting 30 2013-06-12 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Artijiet u l-Uffiċċju Konġunt – għotjiet ta’ titoli

Question

Jista’ l-Prim Ministru, jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-regolamenti/guidelines/proċeduri li permezz tagħhom id-Dipartiment tal-Artijiet u/jew l-Uffiċċju Konġunt jagħtu kirjiet, encroachments, ċnus, right of first refusal u/jew drittijiet u/jew forma ta’ titlu ieħor?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern li taħtu jaqgħu kemm id-Direttorat tal-Artijiet u l-Uffiċċju Konġunt, jittrasferrixi proprjeta` tal-Gvern skont id-dispożizzjoni tal-Att li jirregola t-Trasferiment ta’ Artijiet tal-Gvern – Kapitlu 268 tal-Liġijiet ta’ Malta. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dan l-Att, kif ukoll, kopja tal-proċedura li d-Dipartiment juża bħala prassi f’każijiet ta’ trasferiment ta’ proprjetà tal-Gvern (mhux residenzjali) permezz ta’ kiri, tiġdid ta’ kirjiet u għoti ta’ ċnus.

Pusses/traffikar ta' droga

Question

B'referenza ghat-twegiba moghtija ghall-mistoqsija numru 2157 fejn il-Ministru indika l-lokalita' li kienu gejjin minnha persuni nisa li tressqu l-qorti in konnessjoni ma' kawzi ta' traffikar ta' droga, jista' l-Ministru jghid kemm tressqu persuni l-Qorti b'rabta ma' pussess jew traffikar ta' droga skont il-lokalità li kienu gejjin minnha, sena b'sena fl-ahhar hames snin?

Response (MALLIA, EMANUEL)

B’żieda mat-tagħrif li jien kont tajt bi tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 1817, ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub issa ġie migbur u huwa kif jidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Diploma in the Laws of Procedure

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm studenti li qed jattendu għall-kors ta’ Diploma in the Laws of Procedure u f’liema stadju wasal dan il-kors?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta' studenti li qed jattendu għall-kors ta' Diploma in the Laws of Procedure huwa ta' 46. Dawn l-istudenti kollha qegħdin isegwu it-tieni u l-aħħar sena tal-kors tagħhom.
Leg 12 PQ #2825 Sitting 30 2013-06-12 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Finanzi

Monte di Pieta – rahan ta’ deheb

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm deheb depożitat taħt l-iskema ta’ rahan f’idejn il-Gvern fil-Monte di Pieta u jistax jinforma lill-Kamra liema rahan ilu l-aktar li ngħata li għadu veljanti u ma nġabarx?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi hemm 3,579 depożitu ta’deheb depożitat taħt l-iskema ta’ rahan f’idejn il-Gvern fil-Monte di Pietà u d-depożitu ta’ rahan li ilu l-aktar li ngħata u li għadu veljanti u ma nġabarx ilu minn 1981.
Leg 12 PQ #2826 Sitting 30 2013-06-12 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi – laqgħat ma’ ambaxxaturi

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra ma’ liema ambaxxaturi ltaqa’ tul ix-xhur ta’ Marzu, April, Mejju u sal-ġurnata tal-lum? Jista’ jindika x’ġie diskuss u jekk kienx mistieden ma’ xi wieħed jew waħda minn dawn l-ambaxxaturi, u jekk iva min akkumpanjah?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħaraf lill-Onorevoli Nterpellant illi r-rsiposta se tinghata f 'seduta oħra.
Leg 12 PQ #2827 Sitting 30 2013-06-12 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — laqgħat ma’ ambaxxaturi

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra ma’ liema ambaxxaturi ltaqa’ tul ix-xhur ta’ Marzu, April, Mejju u sal-ġurnata tal-lum? Jista’ jindika x’ġie diskuss u jekk kienx mistieden ma’ xi wieħed jew waħda minn dan l-ambaxxaturi u jekk iva min akkumpanjah?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill- Onorevoli Intrepellant li tul ix-xhur bejn Marzu 2013 u l-15 ta' Gunju 2013 il-Ministru iltaqa' ma tlett ambaxxaturi. L-ewwel żjara kienet ma l-ambaxxatur Ciniz fil-port tal-Imgarr. Ghawdex zjara ta' kortesija mill-ambaxxatur Taljan, kif ukoll zjara ta' kotesija mill-ambaxatrici tal-Istati Uniti. Ma dawn l-ambaxxaturi gew diskussi temi ta' interess għall-gżira Għawdxija.

Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — laqgħat ma’ ambaxxaturi

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra ma’ liema ambaxxaturi ltaqa’ tul ix-xhur ta’ Marzu, April, Mejju u sal-ġurnata tal-lum? Jista’ jindika x’ġie diskuss u jekk kienx mistieden ma’ xi wieħed jew waħda minn dan l-ambaxxaturi u jekk iva min akkumpanjah?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kelli żjarat ta' kortezija, mal-Kummissarju Indjan u Ingliż, l-Ambaxxaturi taċ-Ċina, tal-Amerika, tal-Izvezja, tal-Italja, u ta' Iżrael. F'dawn il-laqgħat kont akkumpanjat jew mill-Permanent Secretary, jew miċ-Chief of Staff jew mill-Personal Secretary. Attendejt l-Ambassador's Circle organizzat mill-Fondation de Malte.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettorali — laqgħat ma’ ambaxxaturi

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra ma’ liema ambaxxaturi ltaqa’ tul ix-xhur ta’ Marzu, April, Mejju u sal-ġurnata tal-lum? Jista’ jindika x’ġie diskuss u jekk kienx mistieden ma’ xi wieħed jew waħda minn dan l-ambaxxaturi u jekk iva min akkumpanjah?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sal-llum kelli laqgħat uffiċċjali ma rapprezentanti tal-Gvern – Amerikan, Awstrijak, Awstraljan, Franċiż, Indjan, Montenegrin, ta’ New Zealand, Olandiż, tar-Renju Unit, Spanjol, u Żvediż. Għal uħud minn dawn il-laqgħat attendew ukoll is-Segretarju Permanenti jew uffiċċjali tas-Segretarjat Privat. F’dawn il-laqgħat ġew diskussi affarijiet ta’ interess komuni inkluz dwar oqsma ekonomiċi, finanzjarji u soċjali. Fost dawn kien hemm il-viżjoni u l-istrateġija tal-Gvern Malti, suġġetti ta’ interess komuni fl-UE u kwistjonijiet internazzjonali, tisħiħ ta’ relazzjonijiet bilaterali, kif wkoll opportunitajiet għal investiment barrani li jeżistu f’Malta. Filwaqt li kont mistieden għal attivitajiet soċjali organizzati minn numru ta Ambaxxati f’Malta, stajt nattendi biss ghal wħud minnhom. Ma kontx akkumpanjat minn persuni ohra għal dawn l-attivitajiet.

Is-Siġġiewi – zuntier — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk għandux il-ħsieb li jsir xogħol ta’ restawr fuq iz-zuntier tal-knisja arċipretali tas-Siġġiewi? Jekk iva, meta huma mistenni li jinbeda dan ix-xogħol?

Response (MIZZI, JOE)

Filwaqt li ninforma lill-Onor Interpellant li qed jitħejja pjan ta’ ħidma għall- 5 snin li ġejjin, ninsab infurmat mid-Direttorat tar-Restawr li qatt ma saret talba biex isir tali restawr.
Leg 12 PQ #2855 Sitting 30 2013-06-12 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għat-Turiżmu

Ir-Rabat (Għawdex) — Triq in-Neolitiċi - asfalt

Question

Peress li r-residenti tat-Triq in-Neolitiċi fir-Rabat Għawdex ilhom snin jitolbu li t-triq tagħhom tiġi asfaltata, jista’ l-Ministru jgħid meta se jsir dan ix-xogħol?

Response (VELLA, KARMENU)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Awtorità tad-Djar – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara li tigi kkuntatjata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament rigward problema ta’ housing?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikant in kwestjoni applika għall-akkommodazzjoni alternattiva nhar il-11 t’ Awwissu, 2011. Huwa armel u jg]ix [o post mikri ming]and is-settur privat. L-applikant i]allas kera ta’ €2,340 fis-sena i¿da jibbenefika mis-sussidju tal-kera li jammonta għal €745.40 fis-sena. Għalhekk is-sinjur iħallas kera ta’ €1594.60 jiġifieri €132.88 fix-xahar. L-ewwel lokalita’ preferuta tiegħu hija Ħal Luqa. Huwa jibbenefika mill-assistenza soċjali u d-dħul tiegħu għas-sena 2012 kien jammonta għal €8340.87. L-applikazzjoni tiegħu qegħda tingħata l-attenzjoni meħtieġa flimkien mal-applikazzjonijiet tal-istess kategorija.

Awtorità tad-Djar – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara li tiġi kkuntatjata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward problema ta’ housing?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna in kwestjoni m’għandhiex applikazzjoni għall-akkommodazzjoni alternattiva. Jekk il-klijent għandu xi problema huwa ġentilment mitlub jirrikorri fit-taqsima tal-Customer Care tal-Awtorità tad-Djar it-Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa bejn it-08.00 u nofsinnhar u jressaq l-ilment tiegħu.

Malta Shipbuilding

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk persuni interessati fl-EOI għas-sit tal-Malta Shipbuilding fil-Marsa kienu kostretti li jissottomettu pjan għas-sit kollu jew jistgħu juru interess f'parti mis-sit biss?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nikkonferma li persuni interessati fl-EOI għas-sit tal-Marsa Shipbuilding fil-Marsa, jistgħu jissottomettu EOI kemm għas-sit kollu kif ukoll jistgħu jissottomettu EOI għal parti minnu biss. Dan hu ikkomunikat fil-media meta qed ikun irreklamat din l-espressjoni ta’ interess.

Privatisation Unit — Chairman - Riżenja

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2171 u jinforma lill-Kamra jekk irċeviex ir-riżenja taċ-chairman tal-Privatisation Unit u jekk fl-affermattiv, jistax jinforma lill-Kamra dwar ir-raġunijiet tal-istess riżenja?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nikkonferma li fit-13 ta’ Mejju 2013 irċevejt ittra ta’ notifika mingħand iċ-chairman tal-Privatisation Unit li xtaq jieqaf mix-xogħol b’effett mit-12 ta’ Ġunju 2013. Ir-raġuni mogħtija hi ta’ natura personali.