Jista’ l-Ministru jara li jinħareġ il-kont tad-dawl u l-ilma tal-persuna, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, peress li ilha ma tirċievi l-kont għal ħafna xhur?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ARMS Ltd hija infurmata b'dan il-każ u qed jittieħdu l-mużuri neċessarji biex tiġi indirizzata l-problema, inkluż li se ssir komunikazzjoni diretta mal-klijent.
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn għadha ma ħarġitx sejħa għal acting consultant ophthalmologist biex jieħu post l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li issa sar segretarju parlamentari fl-eżekuttiv tal-Gvern?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li acting appointments jinħarġu għall-pożizzjonijiet li jaqgħu taħt is-Second Schedule tal-Public Administration Act
B`referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 2291, jista’ l-Ministru jispjega aktar fid-dettall u jgħid x’irid ifisser meta qal li hija fid-diskrezzjoni tal-management li jagħmel development skont l-esiġenzi tas-servizz?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lil-Onorevoli Membru li hija d-deċizzjoni tal-management li jieħu l-passi neċessarji u jagħmel l-iżviluppi meħtieġa skont il-ħtiega tas-servizz.
Saru diversi laqgħat mal-u
nions
sabiex dawk id-direttivi li intirtu minn l-amministrazjoni precedenti jiġu solvuti. Hafna minn dawn id-direttivi qed jiġu indirizzati, u fil-futur qarib nibdew nikkonkludu fuq xi wħud minnhom.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jew le jekk ir-recall system għall-mammografija għal high risk patients, li biha kull pazjenta kienet tiġi recalled għall-mammogram kull sentejn, ġewwa l-Isptar Mater Dei waqfitx topera? Jekk iva, għalfejn? X'qed isir minflok?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li r- Recall system għall-high risk patients qatt ma kienet stabilita minkejja li kien hemm rakkmandazzjoni.
Il-pazjenti jintbagħtu għall-
mammogram
f'Mater Dei Hospital mit-tabib ta’ fiduċja tagħhom.
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn minn xi ġimgħat 'l hawn pazjenti, li qed jirċievu kimoterapija ġewwa l-Isptar Boffa u għandhom bżonn li titnaddfilhom il-portacath, qed jiġu mitluba li jmorru għal dan is-servizz fil-ġurnata tal-Ħadd li hija normalment l-unika ġurnata li dawn il-pazjenti kienu jqattgħu mal-familja tagħhom (hija l-prassi normali li fil-weekend pazjenti ma jingħatawx chemotherapy biex ikollhom break mal-familja)? Min ħa din id-deċiżjoni u x'kien l-għan warajha?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li hija l-prassi normali ta’ dawn l-aħħar ftit snin lit-tindif tal-port-a-cath isir il-ġimgħa kollha, jiġifieri mit-Tnejn sal-Ħadd. Fost il-ġimgħa jingħata dan is-servizz lil dawk il-pazjenti li jkunu qed jattendu għall-kimoterapija.
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 2299, jista’ l-Ministru jispjega b’liema mod se jiġi żgurat li jingħata l-aħjar servizz u ta’ valur għal flus imħallsa, u jekk dan hux ser iwassal għal tnaqqis ta’ security officers fl-Isptar Mater Dei?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-aħjar servizz ta'valur għal flus imħallsa sa jiġi żgurat billi jkun ċert li kull fejn hemm security officer illum fl-isptar Mater Dei, għadna l-vera ħtieġa għalih.
Dan ma jeskludi qatt li xi
security officers
mill-isptar se jiġu mċaqqalqa mix-xogħol kurrenti tagħhom.
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 2621 u 2326, jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk is-Selmun Palace Hotel irritornatx fuq il-kotba tad-Dipartiment tal-Artijiet inkella le, u jekk hemmx xi pjan partikolari biex dan l-ispazju mibni jiġi użat b’xi mod matul is-snin li ġejjin?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-Selmun Palace Hotel għadha f’idejn il-Kumpanija li hija ċenswalista ta’ din il-proprjetà.
Kunsilli Lokali – xogħlijiet fuq ġonna u spazji pubbliċi
Question
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 1842 u 2620, jista’ l-Ministru jinvestiga jekk il-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar wettaqx xogħol ieħor ta’ infrastruttura f’ġonna jew spazji pubbliċi oħra u li jidhru fir-risposti tal-mistoqsijiet parlamentari indikati? B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 2620, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk ix-xogħol imsemmi fir-risposta sarx għall-ewwel darba, inkella ilu jsir bl-istess mod għal diversi snin?
Response (VELLA, KARMENU)
Infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li x-xogħol in kwistjoni kien u għadu jsir hekk annwalment. Dan il-proċess ilu jsir sa minn mindu tlesta l-proġett ta’ tisbiħ ta’ Buġibba u l-Qawra.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 2432, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar f’liema nħawi qed jiġu proposti l-applikazzjonijiet li hemm referenza għalihom fir-risposta? Jista’ jindika jekk dawn l-applikazzjonijiet/ittri sarux minn Maltin inkella minn barranin, u meta saru? X’inhi l-proċedura li qed tintuża biex jiġu approvati/rifjutati tali applikazzjonijiet u minn min?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li għad trid titlesta l-istrateġija tal-akwakultura ta’ Malta. L-ittri saru minn Maltin u intbagħtu f’Jannar u Lulju 2012 mingħajr ma ndikaw l-ebda żona partikiolari. Ser ikun hemm bżonn li jsiru studji meħtieġa b’konsultazzjoni tal-istakeholders kollha sabiex jiġi deċiż liema żona tista’ tintuża għall-akwakultura.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2009, peress li hu l-Ministru responsabbli mit-tibdil fil-klima u peress li il-mistoqsija tirrigwarda inċentivi għal enerġija nadifa, liema inċentivi huma kkontemplati fl-istrateġija għall-mitigazzjoni mit-tibdil fil-klima, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija li oriġinarjament saret lilu u jgħid x'inhi l-viżjoni tal-Gvern fir-rigward ta' inċentivi għall-enerġija nadifa meta mqabbla ma’ enerġija konvenzjonali aktar irħisa? Liema miż-żewġ sorsi l-Gvern iħoss li l-aktar jista’ jiddefendi?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi m’hemm xejn xi nżid mat-tweġiba li ngħattat għall-mistoqsija parlamentari 2009.
Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 2425 jista' l-Ministru jgħid jekk it-tieni uffiċjal ġiex mitlub jitla' għall-konferenza tal-Ġnus Magħquda dwar it-tibdil fil-klima dakinhar stess li bdiet b'konsegwenza li l-istess persuna kellu jsiefer fi ftit sigħat? X'kienet ir-raġuni għala seħħ dan?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li t-tieni uffiċjal li segwa l-laqgħa ġewwa Bonn kien infurmat li ser isegwi it-tieni ġimgħa u kien jaf minn ġranet qabel li ser isiefer.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 2007 jista' l-Ministru jagħti e¿empju ta' mi¿uri jew inizjattivi konkreti li qed jiġu kontemplati jew li ġie deċiż li jittieħdu?
Response (BRINCAT, LEO)
Nista' nassigura lill-Onor. Interpellant li kull inizjattiva titħabbar u tittieħed f’waqta u li m’għandna l-ebda ħsieb li nagħmlu kif ġara fl-imgħoddi li nħallu l-affarijiet fuq il-karta jew għal ftit ġimgħat jew jiem qabel l-elezzjoni ġenerali.
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema raġuni l-public relations officer li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u li kienet tieħu ħsieb il-Communications Office tal-Isptar Monte Karmeli ġiet infurmata li l-impjieg tagħha se jiġi terminat għax il-kuntratt tagħha mhux se jiġi mġedded? Huwa infurmat il-Ministru li din kienet qed tagħmel xogħol importanti bħal ma hi kampanja kontra l-istigma tal-mard mentali u għarfien aħjar dwar l-Isptar Monte Karmeli? Billi din il-persuna ilha tagħmel dan ix-xogħol għal dawn l-aħħar tliet snin, għaliex ġie deċiż li l-kuntratt tagħha ma jiġix estiż? Min se jagħmel ix-xogħol li kienet tagħmel hi ladarba din tispiċċa, kif tidher li hija id-deċiżjoni s’issa?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li bħala parti mil-istrutturar li qed jiġi attwat fil-qasam tas-saħħa mentali, f’dan il-mument ix-xogħol tal-PRO u tal-communications office ser jiġi integrat bħala parti mix-xogħol tal-impjegati u f’kull dixxiplina biex nassiguraw li jkun hemm ownership totali. Ir-relazzjonijiet pubbliċi huwa sforz kontinwu u għaldaqstant kull impjegat f’dan il-qasam huwa ambaxxatur tas-saħħa mentali u tas-servizzi li jingħataw f’dan is-settur. B’hekk l-istigma assoċjata ma’ dan il-qasam, il-promozzjoni tas-saħħa mentali u l-prevenzjoni tal-mard mentali jiġu indirizzati b’mod istituzzjonalizzat u assertiv. L-istrateġija ta’ komunikazzjoni u relazzjonijiet pubbliċi sejra tkun spearheaded mit-top management.
Għadhom għaddejjin id-diskussjonojiet bejn il-managment u l-impjegata msemmija.
Sptar Mater Dei — Trasferiment ta’ pazjenti għar-Residenza San Vinċenz de Paul
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1509 u jgħid kemm ġew trasferiti pazjenti għar-Residenza San Vinċenz de Paul mill-Isptar Mater Dei mill-10 ta’ Marzu sal-lum, ġimgħa b’ġimgħa? Kemm hemm pazjenti bħalissa fl-Isptar Mater Dei jistennew biex jiġu trasferiti għal-long term care?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Membru li fid-dokument anness qed jidhru ġimgħa b’ġimgħa kemm ġew trasferiti pazjenti għar-Residenza San Vinċenz de Paul mill-Isptar Mater Dei mill-10 ta’ Marzu sal-lum b’total ta’ 33 pazjent. Bħalissa hemm sebgħa u sebgħin pazjenti jistennew biex jiġu trasferiti għal-long term care.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1508 u jgħid tul ix-xahar ta’ April kemm pazjenti damu jistennew sodda fis-sala fl-Isptar Mater Dei wara li ġie deċiż li kellhom bżonn admission wara li daħlu l-Emerġenza?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. It-total hu 627 pazjent.
Jista' l-Ministru jinvestiga r-raġuni għala matul din l-aħħar ġimgħa il-pazjenti rikoverati fl-Isptar Karin Grech ma ngħatawx is-servizz tal-fiżjoterapija meta f'dawn il-każijiet dan is-servizz hu mill-aktar importanti?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li skont l-informazzjoni li għandi, din l-aħħar ġimgħa, is-servizz tal-fiżjoterapija kompla jingħata b’ritmu normali u regolari lill-pazjenti rikoverati fl-Isptar Karin Grech. Jekk hemm xi nuqqasijiet nitlob lill-Onorevoli Membru biex ikun speċifiku ħalli ninvestija.
Jista' l-Ministru jikkunsidra li fis-swali tal-Isptar tar-rijabilitazzjoni Karin Grech ikun hemm is-servizz tat-telefown u tat-televiżjoni fil-wards minħabba li l-pażjenti f'dawn is-swali li ħafna drabi jkunu anzjani jkollhom bżonn iqattgħu żmien twil rokoverati f'dan l-isptar?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li preżentement f’kull sala hemm is-servizz ta’televiżjoni fid-dining room/common area li hi għall-użu tal-pazjenti rikoverati. Apparti minn dan, hemm swali li għandhom is-servizz għall-televiżjoni f’kull kamra. Fi swali oħra s-servizz għall-televiżjoni jinsab biss f’numru ta’ kmamar.
Rigward is servizz tat-telefon l-isptar m’għandux l-infrastruttura biex joffri s-servizz ta’ telefon pubbliku. Il-pazjenti u l-qraba tagħhom jistgħu jużaw it-telefon li jinsab fin-
nursing station
fil-każ ta’ bżonn. S'issa m'hemmx pjanijiet li jiġi ntrodott is-servizz ta' telefon pubbliku.