Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-1998 sal-lum? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (VELLA, KARMENU)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li s-servizz tal-Pulizija ġewwa l-Isptar Mater Dei ġie mnaqqas drastikament u se jinżamm biss dak provdut fid-Dipartiment tal-Emerġenza? X’wassal għal din id-deċiżjoni u min ħadha? Il-unions tal-ħaddiema ġew ikkonsultati? Jista’ jassigura li dan ma jikkompromettix is-sigurtà tal-pazjenti, qraba kif ukoll ħaddiema tal-Isptar Mater Dei? X’miżuri ttieħdu jew se jittieħdu sabiex jiġi assugarat li ma jseħħ l-ebda inċident? Min se jinżamm responsabbli jekk jinqala’ xi accident?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li s-servizz ta’pulizija fl-Isptar Mater Dei għadu l-istess bħalma kien sena ilu u ma tnaqqsu l-ebda Pulizija fl-istess Sptar.
Jista' l-Ministru jgħid kif marret is-sejħa għall-bejgħ ta’ bonds tal-Gvern? Kemm inbiegħu? Meta mqabbla ma’ sejħiet oħra kienet aħjar jew le? Hemm xi ħsieb li jerġgħu jsiru sejħiet oħra?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fl-aħħar sejħa ta’ ħruġ ta’ Stocks tal-Gvern ta’ Mejju 2013, il-Gvern offra €100 miljun suġġett għal dritt li jiżdied l-ammont li kellu jinġabar b’massimu ta’ €70 miljun. Is-sottokrizzjonijiet mingħand il-membri tal-pubbliku laħqu s-somma ta’ €149 miljun (nominali) waqt li parteċipazzjoni minn Istituzzjonijiet Finanzjari permezz ta’ offerti bl-irkant laħqu l-ammont nominali ta’ €133.5 miljun. L-applikazzjonijiet tal-pubbliku (€149 miljun) ġew aċċetati kollha u magħhom ġew aċċetati wkoll €21 miljun mill-applikazzjonijiet tal-Istituzzjonijiet Finanzjari.
It-Tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra tagħti informazzjoni dwar kif marru il-ħruġ ta’
Stocks
tal-Gvern magħtul dawn l-aħħar sena u nofs minn Jannar 2012 sal-lum.
Ministeru għall-Affarijet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — spiża fuq IT
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm inxtraw jew inkrew computers/laptops/mobile devices għall-impjegati tas-Segretarjat tal-Ministru? Meta nxtraw u kemm hu l-valur li nxtraw bih? Kemm inkrew, jekk inkrew u kemm hi l-kirja? Kemm kienet l-ispiża inizjali? Hemm spiża rikorrenti u kemm hi?
Response (GRECH, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Madanakollu xtaqt nżid li r-raġuni li ghaliha nkrew il kompjuters hi li fil-Ministeru ma sibniex kompjuters biex jien u l istaff tiegħi nkunu nistgħu nahdmu. Ghalhekk l-MITA hadet hsieb biex tikri ghadd ta’ kompjuters li ser nghadduwhom lura lill-istess MITA mat-tmiem ta’ l-inkarigu taghna. L-istess japplika għall-iPads.
Segretarju Parlamentari għall-Presidenza UE 2017 u l-Fondi Ewropej — spiża fuq IT
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm inxtraw jew inkrew computers/laptops/mobile devices għall-impjegati tas-Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari għall-Presidenza UE 2017 u l-Fondi Ewropej? Meta nxtraw u kemm hu l-valur li nxtraw bih? Kemm inkrew, jekk inkrew u kemm hi l-kirja? Kemm kienet l-ispiża inizjali? Hemm spiża rikorrenti u kemm hi?
Response (GRECH, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Madanakollu xtaqt nżid li r-raġuni li ghaliha nkrew il kompjuters hi li fil-Ministeru ma sibniex kompjuters biex jien u l istaff tiegħi nkunu nistgħu nahdmu. Ghalhekk l-MITA hadet hsieb biex tikri ghadd ta’ kompjuters li ser nghadduwhom lura lill-istess MITA mat-tmiem ta’ l-inkarigu taghna. L-istess japplika ghal-iPads.
Segretarju Parlamentari għall-Presidenza UE 2017 u l-Fondi Ewropej – kariga ta’ individwu
Question
Jista' l-Ministru jgħid x’inhu xogħol tal-individwu, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, fi ħdan is-Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari għall-Presidenza UE 2017 u l-Fondi Ewropej? Jekk jokkupa kariga liema hi din il-kariga u xi ħlas hemm marbut ma’ din il-kariga? Fuq liema kriterji u kompetenzi ntgħażel għal din il-kariga?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li ma hemm l-ebda persuna b’dak l-isem fis-Segretarjat Parlamentari għall-Presidenza UE 2017 u l-Fondi Ewropej.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin — spiża fuq IT
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw jew inkrew computers/laptops/mobile devices għall-impjegati tas-Segretarjat tal-Ministru? Meta nxtraw u kemm hu l-valur li nxtraw bih? Kemm inkrew, jekk inkrew u kemm hi l-kirja? Kemm kienet l-ispiża inizjali? Hemm spiża rikorrenti u kemm hi?
Response (VELLA, GEORGE)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, kif spjegat fit-tabella ta hawn taħt ma kienx hemm nefqa fuq xiri ta’ mobiles.
Uffiċjal
Mobile
Nefqa rikorrenti
Rimarki
Chief of Staff
BlackberryTorch 9800 li kien juża il-Kap tas-Segretarjat preċedenti, akkwistat f’Diċembru 2011 bil-
Key Point Scheme
offrut mill-GO, minflok unit ieħor bi ħsara.
€40.84 renta kull xahar
(GO plc: Corporate Plan-Usage Reward Discount: €12.00; u Blackberry BES Local with International: €28.84; l-ammonti jinkludi 3% Excise Tax u 18% VAT)
Second hand
Segretarju Privat
iPhone 5, akkwistat f’April 2013.
Renta kull xahar:
Vodafone Red Plan GSM Telephony:
€99.99
(jinkludi l-VAT) – Kuntratt ta’ sentejn jibda minn 12 t’April 2013.
Ingħata b’xejn ma’ kuntratt tal-Vodafone
Customer Care Officer
Blackberry Bold 9780 li kien juża l-Ministru preċedenti; akkwistat f’Diċembru 2010, u kien ingħata b’xejn ma’ kuntratt tal-GO plc
€46.35 renta kull xahar.
(GO plc: Pay monthly 15: €17.51; u Blackberry BES Local with International: €28.84; l-ammonti jinkludi 3% Excise Tax u 18% VAT)
Second hand
Communications Secretary
Qiegħed juża l-mobile privat tiegħu
Renta kull xahar
. Vodafone Red Premium GSM Telephony:
€99.99
; Liberty Plus jinkludi SP GPRS Basic Service:
€10.00
(jinkludi l-VAT). Kuntratt personali
-
Il-Ministeru ingħata 10 computers/laptops mill-MITA, li inkrew direttament mill-MITA f’Marzu 2013. Il-ħlas tal-kirja tal-computers/laptops, li issir mill-MITA mill-vot ċentrali ta’ IT, huwa kif spjegat hawn taħt.
QTY
One time Software (OS + CALS)
One time Software (Office)
Yearly Lease * Cost
(ex VAT)
10
€3,040
€3,585
€2,490
*yearly cost include:
Hardware payment
5 year warranty on Hardware (parts and labour)
On Site Support withing agreed Service Level Agreements
Sar xiri ta’ 8 docking stations bi spiża ta’ €849.60 (VAT inkluża). Dan il-ħlas sar direttament mill-Ministeru.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw jew inkrew computers/laptops/mobile devices għall-impjegati tas-Segretarjat tal-Ministru? Meta nxtraw u kemm hu l-valur li nxtraw bih? Kemm inkrew, jekk inkrew u kemm hi l-kirja? Kemm kienet l-ispiża inizjali? Hemm spiża rikorrenti u kemm hi?
Response (VELLA, KARMENU)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1763, jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-waterpark mhux se jinfetaħ qabel ġaladarba t-tfal ikunu spiċċaw l-iskejjel qabel l-aħħar ta’ Ġunju? Jikkonferma li l-użu tal-waterpark se jibqa’ b’xejn? Kemm hu mistenni li jkun hemm assistenti jew supervisors?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-Water Park ġewwa Buġibba s-sena li għaddiet kien infetaħ fl-24 ta’ Ġunju għaliex kien ġie inawgurat lejlet. Din is-sena ser jinfetaħ fl-1 ta’ Lulju sabiex supervisor flimkien ma’ tlett studenti tal-Università jkunu disponibbli sabiex jaqdu d-dmirijiet ta’ superviżjoni waqt il-ħinijiet kollha tal-ftuħ. Ninsab infurmat ukoll li l-użu tal-waterpark ser jibqa b’xejn.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk iċ-chairman il-ġdid tal-Wasteserv issa għandux driver permanenti miegħu? Jekk iva, din il-persuna x’tip ta’ kuntratt għandha? X’inhu l-ħlas li se jibda jirċievi?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li iċ-chairman il-ġdid tal-Wasteserv m’għandux driver uffiċjali permanenti miegħu, għaldaqstant iż-żewġ mistoqsijiet l-oħra huma rrelevanti.
Jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont ta' kull uffiċjal pubbliku kemm għamel sahra u kemm ingħata allowances għal safriet kif applikabbli? Jista' jagħti din l-informazzjoni xahar b'xahar għal dawn l-aħħar tliet snin (minn Marzu 2010 sa Marzu 2013)? Jista’ jagħti l-informazzjoni separata għas-sahra u għas-safar għal kull impjegat taċ-ċivil? Jista’ jagħti total wara kull 12-il xahar sew għas-sahra u sew għas-safar?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
L-informazzjoni li qed tintalab mill-Onorevoli Membru trid ħafna żmien u xogħol biex tinġabar. Nemmen li jkun aktar għaqli li dan l-impenn jintuża fuq xogħol aktar produttiv. Madanakollu, jekk l-Onorevoli Interpellant jixtieq x’informazzjoni partikolari jista’ jagħmel dan bil-libertà kollha u tingħatalu l-informazzjoni li hemm bżonn
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-investiment fil-biċċerija tal-Marsa tul l-aħħar 3 snin?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-investiment li sar fil-biċċerija tal-Marsa tul l-aħħar 3 snin kien hekk kif ġej:
2010 Euro 361,999
2011 Euro 391,554
2012 Euro 1,190,868
Jista' l-Ministru jgħid x'investiment hemm ippjanat għall-biċċerija għas-sena li ġejja? Jista’ jagħti elenku ta' kull inizjattiva li jrid ikun hemm ħalli l-biċċerija tkompli tiġi konformi mar-regolamenti tal-Unjoni Ewropea?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-biċċerija mhijiex strettament konformi mar-regolamenti tal- Unjoni Ewropea u għad baqa’ diversi xogħlijiet x’isiru biex jintlaħaq dan il-għan. Filfatt jien infurmat li l-ippjanar tax-xoghol fil-biċċerija tħalla lura f’dawn l-aħħar snin.
Fost dawn ix-xogħlijiet hemm:
1. Tiswijiet f’soqfa u partijiet tal-bini, speċjalment fil-maqjel fejn jidħlu l-annimali.
2. Jitneħħew pajpijiet qodma u eletriku qadim sabiex tkun tista ssir installazzjoni moderna u aktar organizzata.
3. Installazzjoni ta’ arja kondizzjonata fiż-żewġ swali tal-qatla.
4. Jitgħattew partijiet ta’ ħitan u twieqi b’materjal iġeniku għall-aktar indafa.
5. Żebgħa ta’ soqfa kullimkien, kif ukoll żebgħa addattata għall-maqjel tal-ħnieżer u l-baqar.
6. Tibdil ta’ aċċessorji imsadda u tibdil ta’ ċerti linji tal-qatla għall-sistemi aktar moderni b’materjal ta’ stainless steel.
7. Tindief u żebgħa tal-istruttura ta’ ħadid galvanizzat li hemm fiż-żewġ linji tal-qatla u f’partijiet oħra madwar il-biċċerija.
8. Bini ta’ tlett faċilitajiet ġodda fejn ibiddlu u jieklu l-biċċiera f’żoni differenti skont ir-regolamenti mitluba.
Dan kollu huwa stmat li jqum madwar 2.5 Miljun Ewro. Innizjattiva li hemm ħsieb li tittieħed hu li jsiru korsijiet ta’ tagħlim għall-biċċiera u ħaddiema oħra.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-pixkerija? Jista’ jipprovdi time-plan tal-proġett?
Response (BRINCAT, LEO)
Infakkar lill-Onor. Interpellant illi għalkemm fil-manifest elettorali tal-Partit Nazzjonalista tal-2008 kienet tħabbret ir-rilokazzjoni tal-Pixkerija, kien biss fl-2010 meta l-applikazzjoni ntbagħtet il-MEPA. Għaddew sentejn oħra u l-applikazzjoni ġiet approvata u b’hekk setgħet toħroġ it-tender.
Filwaqt li niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li s-sit fejn qed tinbena din il-Pixkerija u li kien magħżul mill-Gvern preċedenti jippreżenta sfidi kbar, ħtija tal-limitazzjonijiet u kumplikazzjonijiet dovuti għall-pożizzjoni tagħha, ninfurmah li x-xogħol fuq il-pixkerija l-ġdida mixi skont kif kien ippjanat u fin-nuqqas ta’ imprevisti, il-mira hi li titlesta sa Marzu 2014.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il foot patrol saret, xahar b’xahar minn Jannar 2012 ’l hawn fi Triq Giuseppe Cali, Ta’ Xbiex?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-foot patrols fit-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant kif ukoll fit-toroq l-oħra tal-madwar, isiru mill-Pulizija b’mod regolari f’ħinijiet differenti u għaldaqstant mhux possibli li wieħed jikkwantifika kemm saru.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li twaqqfu kompletament il-car patrols fi Triq Giuseppe Cali, Ta’ Xbiex? Jekk twaqqfu, x’inhi r-raġuni għal dan, meta r-residenti esprimew diversi drabi l-ħtieġa li dawn il-patrols ikomplu jissaħħu? Kemm saru patrols bħal dawn xahar b’xahar minn Jannar 2012 ’l hawn f'din it-triq?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-ronda bil-vetturi mill-Pulizija fit-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant ma’ ġewx imwaqqfa u għadhom isiru b’mod regolari kemm mill-Pulizija tad-Distrett, kif ukoll minn dawk tal-Mobile u tal-Iskwadra kontra l-Vizzji.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Konsulenti u Kumitati
Question
Jista’ l-Prim Ministru jagħti lista aġġornata tal-konsulenti li nħatru minn Marzu tal-2013 ’l hawn? Kemm hu l-ħlas tagħhom individwalment fix-xahar, x’servizz huma mitluba li jagħtu u kemm-il siegħa huma mitluba jaħdmu fix-xahar fuq ix-xogħol ta’ konsulenza? Jista’ fil-lista jinkludi wkoll il-membri ta’ kull kumitat li nħatru minn Marzu tal-2013 ’l hawn, kemm qed jitħallsu u x’servizz hu mitlub li jagħti kull membru?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettorali — Konsulenti u Kumitati
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jagħti lista aġġornata tal-konsulenti li nħatru minn Marzu tal-2013 ’l hawn? Kemm hu l-ħlas tagħhom individwalment fix-xahar, x’servizz huma mitluba li jagħmtu u kemm-il siegħa huma mitluba jaħdmu fix-xahar fuq ix-xogħol ta’ konsulenza? Jista’ fil-lista jinkludi wkoll il-membri ta’ kull kumitat li nħatru minn Marzu tal-2013 ’l hawn, kemm qed jitħallsu u x’servizz hu mitlub li jagħti kull membru?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li ġie maħtur konsulent wieħed bejn it-8 ta’ April u s-7 ta’ Mejju ta’ din is-sena. Dan il-konsulent kien Advisor mas-Segretarju Parlamentari għall-Presidenza UE 2017 u l-Fondi Ewropej w kien jaħdem 40 siegħa fil-ġimgħa b’salarju ta’ €2,849 kull erba’ ġimgħat (Salarju fi Skala 2 tas-Servizz Pubbliku).
Ninforma l-Onorevoli Interpellant ukoll li hemm kumitat wieħed fi ħdan il-Ministeru. Dan huwa l-Kumitat Inter-Ministerjali dwar l-ipprogrammar tal-Fondi 2014-2020. Il-kumitat huwa kompost
minni bħala Chairperson,
mis-Segretarju Parlamentari għall-Presidenza UE 2017 u l-Fondi Ewropej bħala Delegated Representative w
is-Segretarju Permanenti Prinċipali,
Ir-Rappreżentant Permanent għall-UE,
Is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Finanzi (MFIN),
Is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali (MEAIM),
Is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili (MSDEC),
Is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar (MEIB), Rappreżentant mis-Segretarjat tal-Prim Ministru,
Kap EU Secretariat,
Direttur Ġenerali Economic Policy Division fil-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar (MEIB),
Direttur Ġenerali, Budget Affairs fil-Ministeru tal-Finanzi (MFIN) w
Id- Direttur Ġenerali, National Statistics Office (NSO)
bħala membri.
Il-membri li ma jirċievu l-ebda ħlas jikkontribwixxu f’livell strateġiku għall-Programming Period 2014-2020.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin — Konsulenti u Kumitati
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista aġġornata tal-konsulenti li nħatru minn Marzu tal-2013 ’l hawn? Kemm hu l-ħlas tagħhom individwalment fix-xahar, x’servizz huma mitluba li jagħtu u kemm-il siegħa huma mitluba jaħdmu fix-xahar fuq ix-xogħol ta’ konsulenza? Jista’ fil-lista jinkludi wkoll il-membri ta’ kull kumitat li nħatru minn Marzu tal-2013 ’l hawn, kemm qed jitħallsu u x’servizz hu mitlub li jagħti kull membru?
Response (VELLA, GEORGE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li minn Marzu tal-2013 ‘l hawn iġġedded il-kuntratt tal-Ambaxxatur Saviour Falzon bħala Senior Adviser, Development Trade and Investment Issues. Is-Sur Falzon jaħdem full-time u jitħallas €2,687.69 kull erba’ ġimgħat.
Inħatru wkoll tliet konsulenti fliStrategic and Priorities Unit. Dan il-Unit jgħin biex jitfasslu strateġiji u prioritajiet li fuqhom jibba¿a l-ħidma tiegħu il-Ministeru. Dawn il-konsulenti huma is-Sur Saviour Borg, is-Sur Alfred Zarb u s-Sur Joseph Mangion. Il-ħlas tagħhom u kundizzjonijiet oħra għad iridu jiġu approvati.
L-uniku kumitat li nħatar kien in-National Authority for the Implementation of the Chemical Weapons Convention. Din l-awtorità tagħti pariri fuq il-proliferazzjoni tal-armamenti kemikali. Il-persuni li jiffurmaw din l-awtorità huma:
Dr Marie Bernardette Mallia (Inspector)
Prof. Alfred J Vella
Is-Sur Albert Gambin
Ms Kristina Farrugia (Segretarja)
Dr Mallia tirċievi remunerazzjoni ta’ €1,165 fis-sena.
Jista’ l-Ministru jagħti lista aġġornata tal-konsulenti li nħatru minn Marzu tal-2013 ’l hawn? Kemm hu l-ħlas tagħhom individwalment fix-xahar, x’servizz huma mitluba li jagħtu u kemm-il siegħa huma mitluba jaħdmu fix-xahar fuq ix-xogħol ta’ konsulenza? Jista’ fil-lista jinkludi wkoll il-membri ta’ kull kumitat li nħatru minn Marzu tal-2013 'l hawn, kemm qed jitħallsu u x’servizz hu mitlub li jagħti kull membru?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li inħatar biss konsulent wieħed li qiegħed jagħti s-servizzi ta’ konsulenza fl-avjazzjoni.
F’dan l-istadju mhux possibbli tingħata lista ta’ membri tal-kumitati għaliex dawn għadhom qiegħdin jiġu maħtura.