Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — Segretarju Parlamentari - ingaġġ ta' persuni minn barra s-servizz pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' persuni li qed jaħdmu fis-segretarjat privat tas-Segretarju Parlamentari fi ħdan il-Ministeru tiegħu u kemm minnhom ġew ingaġġati minn barra s-servizz pubbliku?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ persuni li qed jaħdmu fis-segretarjat privat tas-Segretarju Parlamentari huwa 11. 9 minnhom ġew ingaġġati minn barra s-servizz pubbliku.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — ingaġġ ta' persuni minn barra s-servizz pubbliku

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhu n-numru ta' persuni li qed jaħdmu fis-segretarjat privat tagħha u kemm minnhom ġew ingaġġati minn barra s-servizz pubbliku?

Response (DALLI, HELENA)

Nixtieq ninforma lill-Onor Interpellant li n-numru ta' persuni jaħdmu fis-Segretarjat Privat hu ta' 17 il-persuna. Minn dawn 9 persuni ġew ingaġġati barra mis-Servizz Pubbliku.
Leg 12 PQ #835 Sitting 30 2013-06-12 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — Segretarju Parlamentari - ingaġġ ta' persuni minn barra s-servizz pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' persuni li qed jaħdmu fis-segretarjat privat tas-Segretarju Parlamentari fi ħdan il-Ministeru tiegħu u kemm minnhom ġew ingaġġati minn barra s-servizz pubbliku?

Response (VELLA, KARMENU)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-Segretarju Parlamentari fi ħdan il-Ministeru għandu 10 persuni impjegati miegħu, u li minnhom 9 ġew ingaġġati minn barra s-servizz pubbliku.
Leg 12 PQ #836 Sitting 30 2013-06-12 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — ingaġġ ta' persuni minn barra s-servizz pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' persuni li qed jaħdmu fis-segretarjat privat tiegħu u kemm minnhom ġew ingaġġati minn barra s-servizz pubbliku?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru għat-Turiżmu għandu 11-il persuna impjegata miegħu, u li minnhom hemm 4 persuni li ġew ingaġġati minn barra s-servizz pubbliku.
Leg 12 PQ #842 Sitting 30 2013-06-12 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kummissarju tal-Pulizija — ġurament tal-ħatra

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Kummissarju tal-Pulizija l-ġdid ħax il-ġurament tal-ħatra? Jekk iva, meta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Jien infurmat li l-ittra tal-ħatra tal-Kummissarju tal-Pulizija ntbgħatet lill-Ministeru responsabbli. Arranġamenti biex jittieħdu ġuramenti ta’ ħatriet bħal dawn isiru mill-Ministeri rispettivi jekk ikun il-każ. Nistieden lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.
Leg 12 PQ #843 Sitting 30 2013-06-12 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Malita Investments — Chairman ġdid

Question

Fir-rigward tal-ħatra taċ-Chairman il-ġdid tal-Malita Investments, jista' l-Ministru jgħid x'merti, kwalifiki u kompetenzi partikolari għandu l-individwu l-ġdid magħżul apparti l-mertu li indirizza mass meeting tal-Partit Laburista u li kien kritiku tal-gvern preċedenti?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nirreferi lill-Onorevoli Nterpellant għat-tweġiba għall- Mistoqsija Parlamentari Numru 518

Att Dwar is-Sigurtà Soċjali — reviżjoni

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta se jiġi rivedut l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali bil-għan li jiżdiedu aktar kundizzjonijiet fl-iskedi tal-istess Att?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kundizzjonijiet mediċi fl-iskedi tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali jiżdiedu minn żmien għal żmien b’riżultat ta’ diskussjonijiet li jseħħu fuq bażi regolari. Għaldaqstant ma jistax jingħad eżattament meta se jiġi rivedut l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali sabiex jiżdiedu l-kundizzjonijiet fl-iskedi tal-istess Att.

Maternity leave

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienu dawk l-ommijiet li applikaw għal maternity leave fl-2012 u minn dawn kemm ibbenefikaw mill-estensjoni ta’ ġimgħatejn fl-2012? Kemm kien il-ħlas li sar min-naħa tal-Gvern għal dawn il-ġimgħtejn miżjuda ta' maternity leave?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ ommijiet li fis-sena 2012 applikaw sabiex jibbenefikaw mill-estensjoni ta’ ġimagħtejn miżjuda għal benefiċċju tal-leave tal-maternità kien ta’ 1326 li minnhon tħallsu 1239 bi spiża ta’ €412,800.00.

adoption leave

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa l-adoption leave fis-settur pubbliku u kemm huwa l-istess adoption leave fil-privat? Meta l-aħħar li ġie estiż dan il-perijodu ta' adoption leave? Tista’ tgħid kemm kienu dawk l-ommijiet li bbenefikaw minn adoption leave fis-settur pubbliku matul is-sena 2010, 2011 u 2012?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din il-mistoqsija għandha tingħata lill-Ministru ikkonċernat.

oqsma tad-Difiża u Intern

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'kemm-il pajjiż tal-Unjoni Ewropeja, d-Difiza u l-Intern huma fl-istess Ministeru?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-Unjoni Ewropeja, d-Difiża u l-Intern huma fl-istess Ministeru fil-każ ta’ Malta u l-Irlanda. L-Irlanda għandha Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u d-Difiża.

Imħallfin u maġistrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' imħallfin u maġistrati bħalissa u kemm kien fl-aħħar ta' kull sena mis-sena 2007 sal-lum? Kemm mill-imħallfin preżenti huma nisa u kemm mill-maġistrati preżenti huma nisa?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ Imħallfin u Maġistrati li kien hemm fl-aħħar ta’ kull sena mis-sena 2007 sal-lum u n-numru ta’ Imħallfin u Maġistrati nisa preżenti huwa kif indikat fil-lista li ġejja: Year Chief Justice Judges Magistrates 2007 1 18 18 Inklużi 2 Għawdex u 1 imsiefer 2008 1 18 18 Inklużi 2 Għawdex u 1 imsiefer 2009 1 19 19 Inklużi 2 Għawdex u 1 imsiefer 2010 1 19 Inkluż 1 imsiefer 19 Inklużi 2 Għawdex u 1 imsiefer 2011 1 20 Inkluż 1 imsiefer 20 Inklużi 2 Għawdex u 1imsiefer 2012 1 20 Inkluż 1 imsiefer 21 Inklużi 2 Għawdex u 1 imsiefer 2013 1 20 Inkluż 1 imsiefer 20 Inklużi 2 Għawdex Male – 16 Female – 4 Male – 10 Female – 10

Tribunal Amministrattiv – Każijiet pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' każijiet li hemm pendenti quddiem it-Tribunal Amministrattiv? Jista' jgħid kemm hemm każijiet kontra kull dipartiment jew entità amministrattiva?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ każijiet li hemm pendenti quddiem it-Tribunal Amministrattiv u fir-rigward ta’ liema dipartimenti hija segwenti: Ka wżi Malta Kawżi Għawdex Dipartiment tat-Taxxi Interni (Taxxa fuq l-Income) 92 Dipartiment tat-Taxxi (Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti) 121 Dipartiment tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud 194 1 Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni 4 Awtorità għat-Trasport f’Malta 74 2 Kontrollur għad-Dwana 1 Awtorità ta’ Malta dwar ir-ri żorsi 24 Provisti u Servizzi 1 Ministeru tal-Finanzi (Re: Kap 368 Dwar E¿enzjoni mit-Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta’ Vetturi bil-Mutur) 23 3 Kummissarju tal-Pulizija (Liċenzji ta’ Gwardjani Privati u Lokali) 5 Ġurisdizzjoni Ġenerali 6
Leg 12 PQ #1468 Sitting 30 2013-06-12 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel – tluq ta’ vapuri

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex fl-aħħar xahar għal iżjed minn darba l-vapuri tal-Gozo Channel qed jitilqu mingħajr ma jgħabbu l-karozzi kollha li jkunu qed jistennew minkejja li jkun fadal ħafna spazju għal karozzi fil-garage tal-vapur u dan b'inkonvenjent kbir għal dawk li jkunu qed jistennew bil-vetturi tagħhom biex jaqsmu?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat illi r-raguni li ma tgħabbewx il-karozzi kollha kienet għaliex l-ghadd ta' passiġġieri laħaq il-massimu ta' 500 skont kif inhu stipulat fil-Minimum Safety Manning ta' l- International Safety Managment Code. Ninsab infurmat ukoll illi ttieħdu passi neċessarji biex din il-problema ġiet riżolta.

Residenza San Vinċenz de Paul – dmirijiet ta’ staff nurses u health assistant

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’inhuma d-dmirijiet eżatti ta’ staff nurses u health assistants fir-Residenza San Vinċenz de Paul, li mill-anqas darbtejn fil-ġimgħa qed jitilqu mis-swali tagħhom u jkunu allokati fl-uffiċċju tad-deputat parlamentari, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament? Qed jintalab replacement ta’ dawn l-istaff meta dawn jitilqu mis-swali rispettivi tagħhom biex imorru jagħmlu xogħol fl-uffiċċju tad-deputat parlamentari, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għandu jkun speċifiku għal min qed jirreferi meta jsemmi staff nurses u health assistants.

Residenza San Vinċenz de Paul – Kap eżekuttiv

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk wara li twaqqaf Bord ta’ Tmexxija għar-residenza San Vinċenz de Paul hux qed jiġi kkunsidrat ukoll li jinħatar kap eżekuttiv fuq l-istess linji ta’ sptarijiet pubbliċi oħra?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li iva, u diġà assumiet id-dmirijiet u r-responsabilitajiet li kariga bħal din iġġib magħha.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — konsulenzi

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tagħha jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tagħha lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-1998 sal-lum? Tista’ tgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor Interpellant li ma ngħata ebda xogħol ta' konsulenza mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, agenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi lill-kumpanija msemmija mill-1998 sal-lum.
Leg 12 PQ #2099 Sitting 30 2013-06-12 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — konsulenzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-1998 sal-lum? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li mis-sena 1998 sal-lum ma ngħata ebda xoghol ta' konsulenza lill din il-kumpanija mill-Ministeru għal Għawdex jew mid-dipartimenti li jaqgħu taħtu.
Leg 12 PQ #2100 Sitting 30 2013-06-12 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — konsulenzi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-1998 sal-lum? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant dwar l-persuna msemmija.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettorali — konsulenzi

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-1998 sal-lum? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li ma ngħata ebda xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħi lill-kumpanija konċernata fil-perjodu msemmi.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — konsulenzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-1998 sal-lum? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-1998 sal-lum ma ngħata ebda xogħol ta' konsulenza lill-persuna msemmija.