Legislature:
Category:
Reset
Active:

Problema ta’ konsum għoli ta’ ilma – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li xi ħadd jikkuntattja lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fuq problema ta’ konsum għoli tal-ilma?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninfroma lill-Onorevoli Interpellant illi dan il-każ għadda għand il-WSC u qed jiġi investigat.

Kunsill Malti għall-Isport – awditjar ta’ impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-Kunsill Malti għall-Isport hux qed isir xi tip ta' awditjar tal-impjegati? Minn min qed isir? Għal liema raġuni? Min huwa il-persuna/il-kumpanija inkarigata minn dan l-audit? X’terms of reference għandu l-persuna u/jew il-kumpanija? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra s-CV tal-persuna li qed jagħmel l-audit, lista li telenka l-esperjenzi tal-kumpanija fil-qasam tar-riżorsi umani u kopja tat-terms of reference għal dan l-awditjar?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħalissa qed isir eżerċizzju ta' awditjar tar-riżorsi umani tal-Kunsill Malti Għall-Isport minn A. Baldacchino & Co. Management and Consultancy Services. L-għan ta' dan l-eżerċizzju huwa li ssir analiżi tal-istrateġiji, il-proċeduri, id-dokumentazzjoni u s-sistemi tal-Kunsill Malti Għall-Isport b'rabta mar-riżorsi umani. Dan sabiex jiġu identifikati l-ħtiġijiet li jeżistu għal titjib f'dan ir-rigward u tiġi żgurata l-konformita' mar-regoli f'dan il-qasam. It- terms of reference għal dan l-eżerċizzju ta' awditjar, il- curriculum vitae tal-persuna li qed tagħmel l- audit flimkien mal- work experience qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kunsill Malti għall-Isport – awditjar ta’ impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm qed jiswa lill-Gvern l-audit li qed isir fuq l-istaff tal-Kunsill Malti għall-Isport, kemm-il darba qiegħed isir dan l-audit? Minn min qed jitħallas u x’inhu l-ammont totali li se jitħallas għal dan l-eżerċizzju? Dan is-servizz ingħata b'tender jew direct order? Jekk ingħata b'direct order, min approvah?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Kunsill Malti Għall-Isport ħatar lil A. Baldacchino & Co. Management & Consultancy Services bi ħlas ta' €4,000 bil-VAT inkluż. Minħabba s-sensittivita' ta' dan ir-rapport, ma saretx sejħa għall-offerti iżda l-kuntratt ngħata b'ordni diretta bl-approvazzjoni tas-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol. Dan l-eżerċizzju ta'awditjar qed isir għall-ewwel darba wara r-rapport oriġinali li kien sar mill-Management Efficiency Unit fis-sena 2011.

Kunsill Malti għall-Isport – impjegati li ssejħu fis-Segretarjat tal-Ministru

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-Kunsill Malti għall-Isport kienx hemm ħaddiema li ssejħu biex jaħdmu fis-Segretarjat tal-Ministru jew tas-Segretarju Parlamentari? X'kien il-grad u remunerazzjoni li dawn il-ħaddiema kienu jingħataw mill-Kunsill Malti għall-Isport u x'qed jingħataw issa? Jista' jgħid ukoll meta dawn il-ħaddiema kienu ingaġġati mal-Kunsill Malti għall-Isport?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kien hemm każ ta' ħaddiema waħda li ġiet trasferita għal mas-segretarjat tas-Segretarju Parlamentari. Mal-Kunsill Malti Għall-Isport din il-ħaddiema kellha remunerazzjoni ta' €17,088. Mas-segretarjat parlamentari tokkupa l-kariga ta' Uffiċjal fis-Secretariat Pool fi Skala 13. Kienet ġiet ingaġġata mal-Kunsill Malti Għall-Isport fl-10 ta' Diċembru 2012.

il-Kottonera – Kumpless Sportiv – uffiċini ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ittieħdu uffiċini ġodda fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera minn persuni li mhumiex impjegati tal-Kunsill Malti għall-Isport minn Marzu 2013 sal-lum, għal min kien allokat kull uffiċċju u kemm swiet l-għamara għal kull uffiċċju, inkluż dik għar-rilokazzjoni tal-uffiċċji tal-impjegati?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Marzu li għadda fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera ittieħdu 4 uffiċini għall-użu ta' persuni mhux impjegati tal-Kunsill Malti għall-Isport. Dawn huma:- 1. Uffiċċju għas-Segretarju Parlamentari 2. Uffiċċju għall-Kummissjoni għar-Riforma fl-Isport 3. Uffiċċju għaċ-Chairman tal-Kunsill Malti Għall-Isport 4. Uffiċċju għall-Assistent Personali taċ-Chairman S'issa għadha ma nxtrat ebda għamara għal dawn l-uffiċini.

Twettiq ta’ wegħda elettorali 113

Question

Ġaladarba daħal is-sajf, jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid meta se tkun implimentata l-wegħda nru 113 fil-Kapitlu tat-turiżmu fil-programm elettorali tal-Partit Laburista? Jekk din diġà saret, kemm hemm nies fi ħdan dan il-unit, u x’ħinijiet u żoni qed jaħdmu fihom?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ftit tal-ġimgħat ilu beda xogħol preparatorju bejn il-partijiet konċernati dwar l-implimentazzjoni ta’ din il-proposta.
Leg 12 PQ #2931 Sitting 31 2013-06-17 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għat-Turiżmu

Twettiq ta’ wegħda elettorali 113

Question

Ġaladarba daħal is-sajf, jista’ l-Ministru jgħid meta se tkun implimentata l-wegħda nru 113 fil-Kapitlu tat-turiżmu fil-programm elettorali tal-Partit Laburista? Jekk din diġà saret, kemm hemm nies fi ħdan dan il-unit, u x’ħinijiet u żoni qed jaħdmu fihom?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ftit tal-ġimgħat ilu beda xogħol preparatorju bejn il-partijiet konċernati dwar l-implimentazzjoni ta’ din il-proposta.
Leg 12 PQ #2932 Sitting 31 2013-06-17 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħatra ta’ membri tal-bordijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti data minn meta chairman/chairwoman u membri ta' diversi bordijiet ta' awtoritajiet u entitajiet pubbliċi ser jibdew jinħatru mill-pubbliku kif kien imwiegħed mill-Gvern preżenti qabel l-elezzjoni?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba Parlamentari numbru 61.
Leg 12 PQ #2933 Sitting 31 2013-06-17 Oral · Interim From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA – rati għall-iżvilupp

Question

B' referenza għar-reviżjoni tal-fees tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) skont il-Legal Notice 126 tat-2013, jista’ l-Prim Ministru jgħid xi kriterji ntużaw, min fassalhom u min kien responsabli għalihom biex ġie deċiż illi r-rati għall-iżvilupp kummerċjali se jorħsu b' 55% fil-waqt li r-rati għall-iżvilupp residenzjali se jorħsu bi 8% biss?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #2934 Sitting 31 2013-06-17 Oral · Interim From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA – roħs fuq il-kontijiet

Question

Peress li l-Avviż Legali 126 tat-2013 ġabet traħħis fit-tariffi tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) u din affetwat l-applikazzjonijiet kollha li għadhom ma ġewx validati u jinqasmu fi tlett kategoriji: (a) Dawk li ħarġilhom il-kont u ħallsuh; (b) Dawk li ħarġilhom il-kont u għadhom ma ħallsuhx; (ċ) Dawk l-applikazjonijiet il-ġodda li ħhadu ma ħarġilhomx kont; jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hi stmata li se tiswa lill-Awtorità biex tagħti l-flus lura lill-applikanti li diġà ħarġilhom il-kont u ħallsuh u liema huma dawn l-applikazjonijiet inkluż id-dettalji ta' min hu l-klijent, min hu l-perit responsabli, x' tip ta' xoghol se jsir u fejn hu propost li jsir ix-xogħol inkluż l-ammont li se jingħata lura?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #2935 Sitting 31 2013-06-17 Oral · Interim From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — roħs fuq il-kontijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hi stmata li se titlef fir-revenue tagħha l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) fuq dawk il-kontijiet li kienu diġà ħarġu u issa qed jiġu riveduti u liema huma dawn l-applikazzjonijiet inkluż id-dettalji ta' min hu il-klijent, min hu il-perit responsabbli, x' tip ta' xoghol se jsir u fejn hu propost li jsir ix-xogħol inkluż l-ammont li se jingħata lura? Kemm hi stmata li se titlef fir-revenue tagħha l-Awtorità fuq dawk l-applikazzjonijiet il-ġodda li għadu ma ħarġilhomx kont u liema huma dawn l-applikazjonijiet inkluż id-dettalji ta' min hu il-klijent, min hu il-perit responsabbli, x' tip ta' xogħol se jsir u fejn hu propost li jsir ix-xogħol inkluż l-ammont li se jiġi iffrankat?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #2936 Sitting 31 2013-06-17 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA – żieda fl-applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid min meta daħal it-traħħis fit-tariffi tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) sal-lum, kemm żdiedu l-applikazzjonijiet għall-ħruġ ta' permessi fuq l-istess perjodu tas-sena 2011 u 2012?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li filwaqt li għadhom għaddew biss ftit iżjed min xahrejn minn meta ġew fl-effett it-tariffi l-ġodda tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, u allura għadu kmieni sabiex wieħed jara l-benefiċċju sħiħ tat-tnaqqis fit-tariffi, skont is-sistema tal-informatika tal-Awtorità, l-istess Awtorità ivvalidat sebgħa mija u wieħed u erbgħin applikazzjoni (741) mid-09 ta' April 2013 sas-17 ta' Gunju 2013, li huwa aktar minn mija u ghoxrin (120) applikazzjoni iżjed mill-istess perjodu fl-2011 u 2012, li tfisser żieda ta' aktar minn għoxrin fil-mija (20%) mis-sena 2012. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li tikkompara din iċ-ċifra mal-istess perjodu fl-2011 u fl-2012. (Ara dokument nru 1333 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f’Seduta 59 tat-Tlieta, 8 ta’ Ottubru 2013)
Leg 12 PQ #2937 Sitting 31 2013-06-17 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — roħs fuq il-kontijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk iż-€2 miljun li qed jistma l-Gvern li se jiġu ffrankati ma jigux irkuprati miż-żieda ta' applikazjonijiet, hux se jdaħħal xi taxxa ġdida biex dan it-telf jiġi irkuprat? Min se jkun eleġibbli li jħallas din it-taxxa biex tagħmel tajjeb għal dan it-telf? Jekk mhux se tidħol l-ebda taxxa ġdida, liema servizzi/għajnuniet soċjali jew fondi se jitnaqqsu biex jagħmlu tajjeb għal dan it-telf?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Le, ma hemm ebda ħsieb li tiddaħħal xi taxxa ġdida jew li jitnaqqsu xi servizzi/għajnuniet soċjali.

Ministeru għall-Familja u Soliderjetà Soċjali — konsulenzi mogħtija b'direct order

Question

Tista' l-Ministru tgħid min huma l-persuni/kumpaniji/partnerships li ngħataw kuntratt jew appointment ta' konsulenza mill-11 ta' Marzu 2013 sal-lum mill-Ministeru, id-dipartimenti jew entitajiet pubbliċi li huma fi ħdanu permezz ta' direct order? X'kien ix-xogħol li ġew mitluba jagħmlu għal kull kuntratt jew appointment ta' konsulenza? X'inhu il-valur ta' kull kuntratt jew appointment ta' konsulenza?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li RSM Malta, ingħatat kuntratt biex taghmel awditjar tal-processi interni tal-Awtorità tad-Djar b’direct order wara li ntalbu quotations minghand numru ta’ kumpaniji relevanti. Il-quotation ta’ RSM Malta irriżultat l-orħos. Il-valur totali huwa ta’ €25,000, u dan wara ukoll li ġie esplorat il-possibilità li jsir permezz ta’ l-MEU ( Management Efficiency Unit) jew IAID ( Internal Audit and Investigation Department) fi ħdan il-gvern. FSWS- Ma saret l-ebda konsulenza. KNPD- Ma saret l-ebda konsulenza. Kummisjoni tat-tfal-Ma saret l-ebda konsulenza Awtorita’ ta’ djar- Ma saret l-ebda konsulenza.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — karozzi uffiċjali

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid liema hi l-karozza uffiċjali tal-Ministru? Jista' jgħid meta nxtrat u kemm qamet meta nxtrat?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-karozza uffiċċjali li qed nuża hija ta’ tip BMW 01 2005. Din il-karozza kienet tintuża mill-Ministru preċedenti ta’ l-Affarijiet Barranin. Il-karozza nxtrat fl-2006 għall-prezz ta’ €29,117.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — karozza uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema hi l-karozza uffiċjali tal-Ministru? Jista' jgħid meta nxtrat u kemm qamet meta nxtrat?

Response (VELLA, GEORGE)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-vettura uffiċċjali tal-Ministru għall-Affarijiet Barranin hija 'BMW Saloon 320D' b'numru ta' reġistrazzjoni CBR565. Il-vettura msemmija ma nxtratx minn dan il-Ministeru, imma ġiet ittrasferita mill-Ministeru għal Għawdex, liema trasferiment ġie ffinalizzat fl-24 t'April 2013. Il-vettura kienet oriġinarjament mixtrija mill-Ministeru għal Għawdex fit-8 t'April 2009 għall-valur ta' €30,974.00
Leg 12 PQ #812 Sitting 30 2013-06-12 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — karozza uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema hi l-karozza uffiċjali tal-Ministru? Jista' jgħid meta nxtrat u kemm qamet meta nxtrat?

Response (VELLA, KARMENU)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-karozza uffiċjali bħalissa hija karozza tat-tip BMW 5 series, bin-numru tar-reġistrazzjoni BQZ - 714 (GM 06). Din il-karozza hija mikrija u mhux mixtrija.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — karozza uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema hi l-karozza uffiċjali tal-Ministru? Jista' jgħid meta nxtrat u kemm qamet meta nxtrat?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 1077.

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — karozza uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema hi l-karozza uffiċjali tal-Ministru? Jista' jgħid meta nxtrat u kemm qamet meta nxtrat?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ma nxtrat l-ebda karrozza uffiċjali iżda qed tintuża dik mikrija taħt il-kuntratt eżistenti li sar taħt l-amministrazzjoni preċedenti.

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — karozza uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema hi l-karozza uffiċjali tal-Ministru? Jista' jgħid meta nxtrat u kemm qamet meta nxtrat?

Response (MIZZI, JOE)

Il-karozza tal-Ministru għat-Trasport u Infrastruttura kienet tintuża mill-ex Ministru tat-Turiżmu. Din inxtrat fit- 3 ta’ Novembru 2009 għas-somma ta’ €32,305.00.