Legislature:
Category:
Reset
Active:

Is-Siġġiewi – għassa tal-pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jagħti spjegazzjoni għalfejn mhux qed ikun hemm pulizija b’mod regolari fl-għassa tas-Siġġiewi? Jista’ jagħti indikazzjoni jekk hemmx il-ħsieb li din l-għassa tkun miftuħa 24 siegħa kuljum? Jekk iva, jista’ jagħti indikazzjoni meta dan jista’ jsir possibbli

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Għassa tal-Pulizija msemmija mill-Onorevoli Interpellant qed tkun miftuħa regolarment. Madankollu, jista' jkun hemm drabi jew ħinijiet fejn l-eżiġenzi tas-servizz ikunu jirrikjedu lill-pulizija li jkun għassa joħroġ fuq xi doveri oħra barra mill-Għassa, bil-konsegwenza li l-Għassa jkollha tingħalaq temporanjament matul dak il-ħin.

Ir-Rabat (Għawdex) — Triq 31 ta' Marzu - asfalt

Question

Peress li r-residenti tat-Triq 31 ta' Marzu fir-Rabat Għawdex ilhom is-snin jistennew biex it-triq tiġi asfaltata, jista’ l-Ministru jgħid meta se ssir?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellanta sabiex tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Ministru għal Għawdex minħabba li din it-triq ma taqax taħt ir-responsabbilta` ta’ Transport Malta.
Leg 12 PQ #2859 Sitting 31 2013-06-17 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Proġetti inawgurati

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema kienu l-proġetti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Uffiċċju tiegħu li ġew inawgurati bejn l-1 ta’ Diċembru 2012 u t-8 ta’ Marzu 2013 u min inawgurahom? Jista’ jgħid jekk dawn il-proġetti kenux lesti kompletament jew jekk kienx fadal xi xogħol xi jsir fuqhom u filkas jgħid fiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol li kien fadal? Jista’ jgħid ukoll kemm kienu tħallsu flus sad-data tal-ftuħ, u kemm kien fadal spejjeż pendenti?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fid-Dipartimenti u Entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru ma’ ġew inawgurati l-ebda proġetti mill-1 ta’ Diċembru 2012 sat-8 ta’ Marzu 2013.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — Proġetti inawgurati

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid liema kienu l-proġetti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħu li ġew inawgurati bejn l-1 ta’ Diċembru 2012 u t-8 ta’ Marzu 2013 u min inawgurahom? Jista’ jgħid jekk dawn il-proġetti kenux lesti kompletament jew jekk kienx fadal xi xogħol xi jsir fuqhom u filkas jgħid fiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol li kien fadal? Jista’ jgħid ukoll kemm kienu tħallsu flus sad-data tal-ftuħ, u kemm kien fadal spejjeż pendenti?

Response (GRECH, LOUIS)

Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra il-lista mitluba ta’ proġetti. Dawn l-proġetti ħadmu fuqhom l-PPCD, dipartiment li jaqa’ taħt il-Ministeru tiegħi u li hu inkarigat minn ħidma kontinwa fuq fondi Ewropej u l-proġetti li jsiru permezz tagħhom.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — Proġetti inawgurati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-proġetti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħu li ġew inawgurati bejn l-1 ta’ Diċembru 2012 u t-8 ta’ Marzu 2013 u min inawgurahom? Jista’ jgħid jekk dawn il-proġetti kenux lesti kompletament jew jekk kienx fadal xi xogħol xi jsir fuqhom u filkas jgħid fiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol li kien fadal? Jista’ jgħid ukoll kemm kienu tħallsu flus sad-data tal-ftuħ, u kemm kien fadal spejjeż pendenti?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lil-Onorevoli interpellant li f’Jannar 2013 beda proġett ta’ rinnovar tal-Uffiċċji tal-Protokol iżda ma saret l-ebda inawgurazzjoni uffiċali għal dan il-proġett. Wara it-8 ta’ Marzu kien baqa ammont ta’ xogħol xi jsir fuqu. Dawn ix-xogħlijiet kienu jikkonsistu: · Rinnovar tal-ħitan u żebgħa · Installazzjonijiet ta’ drains għall-Air Conditioner · Installazzjoni ta’ sistema tad-dawl għall-Air Conditioner · Installazzjoni ta’ sistema tad-dawl u servizzi ta’ vultaġġ baxx Sat-8 ta’ Marzu kienu tħallsu €7524.15 f’materjal. Wara it-8 ta’ Marzu tħallsu €6,499.96. Baqa jitħallsu €2,553.45.
Leg 12 PQ #2862 Sitting 31 2013-06-17 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — Proġetti inawgurati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-proġetti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħu li ġew inawgurati bejn l-1 ta’ Diċembru 2012 u t-8 ta’ Marzu 2013 u min inawgurahom? Jista’ jgħid jekk dawn il-proġetti kenux lesti kompletament jew jekk kienx fadal xi xogħol xi jsir fuqhom u filkas jgħid fiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol li kien fadal? Jista’ jgħid ukoll kemm kienu tħallsu flus sad-data tal-ftuħ, u kemm kien fadal spejjeż pendenti?

Response (VELLA, KARMENU)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ proġetti inawgurati fil-perjodu imsemmi, l-istat tagħhom f’jum l-inawgurazzjoni u minn min ġew inawgurati.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — Proġetti inawgurati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-proġetti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħu li ġew inawgurati bejn l-1 ta’ Diċembru 2012 u t-8 ta’ Marzu 2013 u min inawgurahom? Jista’ jgħid jekk dawn il-proġetti kenux lesti kompletament jew jekk kienx fadal xi xogħol xi jsir fuqhom u filkas jgħid fiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol li kien fadal? Jista’ jgħid ukoll kemm kienu tħallsu flus sad-data tal-ftuħ, u kemm kien fadal spejjeż pendenti?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — Proġetti inawgurati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-proġetti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħu li ġew inawgurati bejn l-1 ta’ Diċembru 2012 u t-8 ta’ Marzu 2013 u min inawgurahom? Jista’ jgħid jekk dawn il-proġetti kenux lesti kompletament jew jekk kienx fadal xi xogħol xi jsir fuqhom u filkas jgħid fiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol li kien fadal? Jista’ jgħid ukoll kemm kienu tħallsu flus sad-data tal-ftuħ, u kemm kien fadal spejjeż pendenti?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-proġetti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħi u li ġew inawgurati bejn l-1 ta’ Diċembru 2012 u t-8 ta’ Marzu 2013 kienu dawk hekk murija fit-Tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Għalkemm il-proġett tal-Park tal-Familja ġie inawgurat fl-24 ta’ Frar 2013, il- proġett ma kienx lest u bħalissa l-istess proġett huwa suġġett għall-investigazzjoni tal-Management Efficiency Unit (MEU) li għada għaddejja b'mod intensiv.

Pitkalija — preżenza tal-pulizija

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2629, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'wassal biex tneħħew il-pulizija minn max-xatba tal-pitkalija? Meta tneħħew, u meta hu mistenni li jerġgħu jiġu ngaġġati pulizija biex ikunu xogħol fil-pitkalija?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-preżenza tal-pulizija tneħħiet minn max-xatba tal-pitkalija nhar l-Erbgħa 15 ta’ Mejju 2013. Ninsab infurmat ukoll li l-pulizija ser jerġgħu jkunu preżenti f’qasir zmien.

Ordni għall-Qatla ta' annimali

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru jew xi dipartimenti li jaqa' taħtu kien responsabbli biex tiġi ordnata l-qatla furzata ta' annimali li jitrabbew jew għal skop ta' tkabbir ta' laħam, produzzjoni ta' ħalib jew għal xi raġuni oħra? Kemm kien in-numru ta' bhejjem li nqatlu u f'liema lokalità kienu qed jinżammu l-annimali li ġew ordnati li jinqatlu? X'kienet ir-raġuni li għaliha ġiet ordnata din il-qatla jekk hu l-każ?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li sabiex tiġi ndirizzata l-mistoqsija jinħtieġ li jinfurmani għal-liema perjodu qed jirreferi.
Leg 12 PQ #2880 Sitting 31 2013-06-17 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Artijiet – proprjetà mikrija

Question

Peress li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ilu snin jilmenta u jitlob sabiex issir il-manutenzjoni meħtieġa fil-proprjetà mikrija lilu mid-Dipartiment tal-Artijiet, jista’ l-Prim Ministru jara li dawn ix-xogħlijiet isiru?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern kiteb kemm-il darba lid-Dipartiment għall-Proġetti u Żvilupp fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex sabiex jinvestiga l-ħsarat li qed tirreferi għalihom l-Onorevoli Membru, u f’każ ta’ xi periklu jieħu dawk il-passi neċessarji biex ineħħi l-periklu. Id-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern ser jerġa’ jikteb lid-Dipartiment in kwistjoni sabiex jieħu l-passi neċessarji.

Residenza San Vinċenz de Paul — Entertainment Section – sigħat ta’ overtime

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm ħadem sigħat ta’ overtime kull membru tal-istaff li issa hu allokat fis-sezzjoni li qabel kienet l-Entertainment Section fir-Residenza San Vinċenz de Paul minn mindu ġie trasferit f’din is-sezzjoni? Fejn ħadem overtime kull membru tal-istaff u meta?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f’seduta oħra

Residenza San Vinċenz de Paul – trasferiment ta’ security

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew trasferiti persuni li kienu qed jagħmlu xogħol ta’ security fir-Residenza San Vinċenz de Paul minn wara l-elezzjoni ’l hawn? Fejn intbagħtu jaħdmu? It-transfer ġie mitlub minnhom?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn wara l-elezzjoni lil hawn saru ħames trasferimenti ta’ security. Informata li wieħed minn dawn it-transfers sar fuq talba tal-individwu waqt li l-oħrajn saru skont l-esiġenzi tas-servizz. Tlieta minn dawn voldieri Health Assistant, Gardinar u Driver intbagħtu jaħdmu f’xogħol relatat mal-grad proprju tagħhom li mhux fil-grad ta’ security waqt li t-tnejn l-oħra kienu wieħed f’San Vinċenz de Paul u l-ieħor fid-Dar tal-Anzjani tal-Mosta.

ETC – persuni bi bżonnijiet speċjali – work experience

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-inizjattiva li kienet ittieħdet bi ftehim mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ li persuni bi bżonnijiet speċjali jingħataw work experience fl-Entertainment Section (jew Active Ageing kif inhi magħrufa issa) fir-Residenza San Vinċenz de Paul twaqqfitx? Jekk iva, għalfejn?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din l-inizjattiva ma twaqqiftx.

Residenza San Vinċenz de Paul – Kap Eżekuttiv

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk saritx sejħa pubblika biex intgħażlet il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Fejn ħadmet s’issa din il-persuna u x’esperjenza jew kwalifiki għandha fl-amministrazzjoni ta’ sptar?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-pożizzjoni tal-persuna indikata hija waħda ta’ fiduċja. Il-persuna indikata għandha għaxar snin esperjenza fl-amministrazzjoni ta’ servizzi ta’ saħħa u ċentri tas-saħħa f’pajjiżna. Il-kwalifiki tagħhom huma MD, MSc Health Services Management (Malta), MSc Primary Care and General Practice (Ulster).

Residenza San Vinċenz de Paul – xogħlijiet strutturali u ta’ refurbishing

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’xogħlijiet strutturali jew ta’ refurbishing saru u qed issiru fir-Residenza San Vinċenz de Paul minn wara l-aħħar elezzjoni ’l hawn? Tista’ tagħti lista ta’ kull biċċa xogħol (strutturali jew ta’ refurbishing) li saret jew qed issir? X’inhi r-raġuni għal kull biċċa xogħol li qed issir? Kemm qed tiswa kull biċċa xogħol li qed issir?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli interpelant li x-xogħlijiet ta’ tisbiħ fir-Residenza ta’ San Vinċenz de Paul huma kollha b’kollaborazzjoni mal-IPSL. Dawn ix-xogħlijiet huma prattikament bla ħlas bl-eċċezzjoni tal-materjal użat. Fil-preżent dawn ix-xogħlijiet qegħdin isiru fil-blokka ewlenija. Xogħlijiet simili mistennija jibdew fit-taqsima tal-Customer Care and Quality Assurance u l-Active Ageing Unit Centre. Dawn ix-xogħlijiet qegħdin isiru biex itejbu l-ambjent u biex jagħtu d-dinjità lill-anzjani rikoverati f’din ir-residenza.

Residenza San Vinċenż de Paul — ħatriet

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqijsa parlamentari 1813 u tgħid x'ħatriet saru marbuta mar-Residenza San Vinċenż de Paul mill-11 ta' Mejju ’l hawn? F’liema kariga ġew maħtura dawn il-persuni? Liema minn dawn il-ħatriet huma pożizzjonijiet ġodda? Kemm qed jitħallsu kull waħda minn dawn il-persuni maħtura?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li nħatar Bord tad-Diretturi, Kap Eżekuttiv u Assistenta Personali għall-Kap Eżekuttiv li huma kollha po¿izzjonijiet ġodda. Ir-rimunerazzjoni tal-Bord tad-Diretturi għad trid tiġi stabbiltà filwaqt li Kap Eżekuttiv żammet l-istess skala ta’ salarju li kellha fl-impjieg preċedenti, jiġifieri bħala Principal GP scala 4 skond il-ftehim kollettiv kuntratt B Marzu 2013, għal 4 snin li gejjien. L-Assistenta Personali għandha salarju ekwivalenti għal Skala 9 tas-Settur Pubbliku, allowance għall-karozza ta’ €1864 u użu ta’ telefonija ċellulari.

Bejgħ ta’ siġar

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux maħsub li mas-siġar (tipi tagħhom) li diġà qed jinbiegħu mill-Gvern għall-produzzjoni tal-frott, kemm lill-bdiewa, kif ukoll lill-persuni oħra, jiżdiedu ukoll tipi oħra ta' siġar, biex ikomplu jiżdiedu t-tipi l-oħra ta' frott li jkunu qed jitkabbru f'Malta?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li peress li l-għażla u l-firxa wiesa ta’ tipi ta’ siġar li qed jinbiegħu fil-mixtla qed jissodisfaw l-ħtiġijiet tal-bdiewa kif ukoll ta’ persuni oħra li huma interessati fit-tkabbir tas-siġar tal-frott, m’hemmx il-ħsieb li jiżdiedu tipi oħra għall-bejgħ.