Servizzi ta’ Detenzjoni u Awtoritajiet tal-Ħabs – direct orders
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders mis-Servizzi ta’ Detenzjoni u mill-Awtoritajiet tal-Ħabs sena b'sena fis-snin 2013, 2014, 2015 u 2016? Jista’ l-Ministru jagħti break down ta’ kull direct order kemm fl-ammont li ngħata kif ukoll lil min ingħatat?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Il-breakdown ta’ dawn id-direct orders qiegħed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li għar-riċeviment annwali tal-Milied tal-Korp tal-Pulizija li sar fit-30 ta’ Diċembru 2016 fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, kien hemm l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fil-lista tal-mistednin? Jekk fl-affermattiv, jidhirlu l-Ministru li huwa ta’ ġieħ għall-Korp tal Pulizija li jiġi mistieden għal tali riċeviment, persuna li nstabet ħatja b'kompliċità fi qtil ta’ persuna waqt li kienet arrestata u dan waqt li kienet tokkupa kariga għolja fil-Korp tal-Pulizija?
Response (ABELA, CARMELO)
Iva nikkonferma. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija qed nifhem sew, li l-Onor. Interpellant qed jissuġerixxi, li din il-persuna, minkejja li ħadet is-sentenza mill-Qorti u din ġiet onorota, għandha tibqa’ kkastigata għal għomorha u anke tiġi bbojkotjatha? Jekk inhu hekk allura l-kliem tal-oppożizzjoni dwar korrezzjoni u rijabilitazzjoni f’min kien u hu fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin huwa kollu kliem fieragħ.
Safar uffiċjali tal-Ministru – użu mill-mini bar — policy
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi l-policy fil-Ministeru tiegħu dwar użu u konsum ta' prodotti mill-mini bar fil-kmamar ta’ lukandi waqt safar uffiċjali tal-Ministru?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat illi kif stipulat fir-regolamenti tas-safar uffiċjali li jirregolaw is-safar uffiċjali tal-Gvern, wara kull safra isir rendikont ta’ l-ispejjeż li jkunu saru u l-Ministeru jagħmel rimbors għal dawk l-ispejjeż direttament relatati mal-vjaġġ uffiċjali.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm Pulizija li kienu qegħdin jaħdmu bħala Tourism Police fix-xahar ta’ Ġunju 2016, Lulju 2016, Awwissu 2016, Settembru 2016, Ottubru 2016, Novembru 2016 u Diċembru 2016? Jista’ jgħid xahar b’xahar kemm kienu l-ħlasijiet dovuti lil dawn il-Pulizija għax-xogħol li għamlu fl-istess perjodu? Jista’ jgħid kemm minn dawn il-ħlasijiet għadhom pendenti?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Projects Malta – heliport ta’ Għawdex — xogħlijiet
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema xogħlijiet ser isiru minn Projects Malta fil-Heliport ta’ Għawdex? Kemm ser jiswew dawn ix-xogħlijiet? Jista’ jgħid għal-liema raġuni dawn ix-xogħlijiet ser isiru minn Projects Malta?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat li ħarġu numru ta’ sejħiet fil-Gażżetta tal-Gvern b’rabta ma’ ħidma fil-heliport t’Għawdex. Dawn is-sejħiet kienu jinkludu xogħlijiet ta’:
· Supply and installation of Boundary Metal Fencing –
tender
waqgħet minħabba li l-kwotazzjoni kienet eċċessiva.
· Electrical, Plumbing, Tiling and Sanitary Works –
tender
ingħata għal prezz ta’ €5647.51.
· Plastering, Pointing and Painting Works – tender ingħata għal prezz ta’ €3538.48.
· Supply and Installation of Aluminium Apertures –
tender
ingħata għal prezz ta’ €3000.50.
Dawn ix-xogħlijiet kienu neċessarji u saru bħala manutenzjoni tal-heliport
Jista' l-Ministru jgħid għaliex bus stop ta' Pender Garden sejjer lejn San Ġiljan, mhemmx bus shelter avolja tissejjaħ bus terminus?
Hemm xi ħsieb li dan il-
bus shelter
jiġi istallat?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-bus stop ta' Pender Garden, int u sejjer lejn San Ġiljan, m’hemmx bus shelter installat minħabba li l-wisa’ tal-bankina li hemm f’dan il-post ma’ tippermettix li jiġi installat Bus Shelter tat-tip li kienu qegħdin jintużaw sa’ issa.
miżuri biex jiġu mħarrsa d-drittijiet tal-Maltin li jgħixu ġewwa r-Renju Unit wara l-vot tal-Brexit
Question
Fil-jiem li għaddew mara Olandiża ġiet mitluba titlaq mir-Renju Unit wara li l-applikazzjoni tagħha ġiet rifjutata mill-Home Office Ingliż u każijiet oħra bħal dawn ħarġu fil-beraħ fil-ġurnali Ingliżi. Għaldaqstant, jista’ l-Ministru jgħid x'miżuri qed jittieħdu sabiex jiġu mħarrsa d-drittijiet tal-Maltin li jgħixu ġewwa r-Renju Unit wara l-vot favur il-Brexit?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-mistoqsija hija prematura in vista tal-fatt li r-Renju Unit s’issa għadu lanqas biss invoka Artiklu 50 tat-Trattat ta’ Lisbona u allura għadhom ma nbdew ebda tip ta’ diskussjoni jew negozjati dwar il-Brexit.
Wieħed għad irid jara x’se jkunu t-termini u d-diskussjonijiet meta jiġi invokat Artiklu 50.
Wieħed għad irid jara wkoll x’se tkun is-sitwazzjoni li jsibu ruħhom fiha ċittadini Ewropej, inklużi Maltin, meta jintemmu d-diskussjonijiet dwar Brexit.
Il-Gvern Malti, pero’, qal f’aktar minn okkażjoni waħda li jittama li n-negozjati, jieħdu liema direzzjoni jieħdu eventwalment, jirrispettaw id-drittijiet li jgawdu s’issa kemm il-Maltin fir-Renju Unit kif ukoll ir-residenti mir-Renju Unit li hawn f’pajjiżna.
miżuri biex jiġu mħarrsa d-drittijiet tal-Maltin li jgħixu ġewwa r-Renju Unit wara l-vot tal-Brexit
Question
Wara li ttieħed il-vot favur il-Brexit, għadu m'huwiex ċar x'ser jiġri miċ-ċittadini Ewropej li jgħixu ġewwa r-Renju Unit. Jista' l-Ministru jagħti aktar informazzjoni fuq jekk il-Gvern Malti daħalx f'diskussjonijiet mal-Gvern ġdid tar-Renju Unit dwar din il-kwistjoni?
Response (VELLA, GEORGE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari 29551.
miżuri biex jiġu mħarrsa d-drittijiet tal-Maltin li jgħixu ġewwa r-Renju Unit wara l-vot tal-Brexit
Question
L-inċertezza li ħoloq il-vot favur il-Brexit taffettwa b'mod kbir liċ-ċittadini Maltin li bħalissa huma residenti ġewwa r-Renju Unit. Għaldaqstant, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern Malti għandux intenzjoni jinforma liċ-ċittadini Maltin dwar dak li għandhom jagħmlu sabiex jipproteġu d-drittijiet tagħhom meta l-Brexit isseħħ?
Response (VELLA, GEORGE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari 29551.
Jista' l-Ministru jgħid meta Heritage Malta se toħroġ il-post ta' Chief Curator? Jista' jgħid jekk kandidati bil-livelli ta' MQF 8 hux se jingħataw preferenza?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kariga msemmija timtela’ meta jkun il-waqt opportun skond l-esigenzi tal-agenzija, bil-kwalifiċi meħtieġa għall-pożizzjoni msemmija.
Heritage Malta — Seniro Executive, Priciple Curator/Conservator - time off in lieu
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk ħaddiema ta' Heritage Malta li huma fil-grad ta' Senior Executive, Principle Curator/Conservator humiex intitolati għal time off in lieu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-pożizzjoni ta’ Senior Executive, Principle Curator/Conservator ma tinkludix overtime u għalhekk dawk l-uffiċjali f’dawn il-pożizzjonijiet mhumiex intotolati għal time off in lieu.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex kien hemm numru ta' ħaddiema ta' Heritage Malta li lanqas biss ġew informati fuq l-iskema ġdida għall-istudenti li ġiet imnedija f'Settembru? Jista' jgħid għaliex din l-inizjattiva pożittiva ma ġietx ikkomunikata b'mod professjonali?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li ma jirriżultax li kien hemm xi impjegati ta’ Heritage Malta li ma kienux jafu b’din l-inizjattiva, li ġiet ikkomunikata fuq il-mezzi kollha tax-xandir.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 27811, jista' l-Ministru jispjega għaliex fl-2015, inħarġet direct order għal Provision of Turnstiles and Data Barcode Readers - Fort St Elmo għal kumpanija waħda filwaqt li fl-2016, inħarġet direct order oħra għall-Provision of Supply of Turnstiles for Various HM Sites lill-kumpanija oħra? Jista' jgħid għaliex għaż-żewġ direct orders, ingħata r-raġuni ta' Sole supplier - compatibility with ticketing software?
Response (BONNICI, OWEN)
Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Heritage Malta Bighi Head Office – problemi sanitarji
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 10392, jista' l-Ministru jgħid jekk din is-sena kif ukoll fl-2015, Heritage Malta għamlitx testijiet (għal fini ta' saħħa u sigurtà tal-ħaddiema) fuq is-sistema tal-ilma ġewwa l-bini tal-Head Office f'Bighi?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li fis-sentejn imsemmija saru t-testijiet meħtieġa. Ir-riżultati juru li l-ilma hu tajjeb u bla problemi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il proprjetà Heritage Malta għandha ġewwa l-Belt Valletta li taqa' taħt ir-responsabilità tagħha u kemm minnha mhux qed tintuża? Jista' jelenka s-siti li qed jintużaw u dawk li mhumiex jintużaw?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li Heritage Malta fil-Belt Valletta ghandha il-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija, il-parti ta’ fuq ta’ Forti Sant’ Iermu, l-Armerija u l-Istate Rooms fil-Palazz tal-Granmastru, u l-Knisja tal-Pilar. Il-proprjetajiet kollha jintużaw.
L-ex Mużew Nazzjonali tal-Arti jinsab magħluq.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern lokali, Kunsilli Lokali u dipartimenti – ħlas lill-individwi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 29370, 29116 u 29028 u jgħid kemm intefqu flus li ngħataw lil individwi li b'xi mod taw is-servizzi tagħhom lill-kunsill lokali, dipartiment jew segretarjat jew Ministeru, u li tħallsu mill-voti tal-istess dipartiment, segretarjat jew Ministeru, sena b'sena fl-2014, 2015 u 2016 sal-aħħar ta’ Novembru 2016?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi dawk l-individwi illi b’xi mod jew ieħor taw xi servizz lid-Dipartiment għall-Gvern Lokali u li tħallsu mill-vot tal-istess Dipartiment. Dawn jinkludu ukoll membri ta’ diversi bordijiet.
Background: Din l-informazzjoni ingabret mis-sistema tad-DAS tad-DLG u ghaldaqstant jista jkun li hemm xi ismijiet ta’ individwi illi fil-fatt ikunu ta’ kumpanija. It-tabella ma tinkludix informazzjoni ta’ ħlasijiet mill-voti tas-Segretarjat u Ministeru.
Draft Financial Estimates – Abstract of Recurrent Expenditure
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-istima (budget) għan-nefqa rikorrenti f’termini assoluti kif tidher fit-tabella Abstract of Recurrent Expenditure li hija inkluża fid-dokument Draft Financial Estimates tal-Budget għal kull sena bejn l-2010 u l-2015? Jista’ jgħid b’kemm, f’termini assoluti, ġiet maqbuża din l-istima sena b’sena għall-istess ħames snin u dan kif joħroġ mill-istess tabella? Kemm hu stmat li tkun id-differenza fl-2016?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.