Ministeru għat-Trasport u Infrastruttura — spiża fuq IT
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw jew inkrew computers/laptops/mobile devices għall-impjegati tas-Segretarjat tal-Ministru? Meta nxtraw u kemm hu l-valur li nxtraw bih? Kemm inkrew, jekk inkrew u kemm hi l-kirja? Kemm kienet l-ispiża inizjali? Hemm spiża rikorrenti u kemm hi?
Response (MIZZI, JOE)
Skont iċ-ċirkulari OPM 3/2008, Ministeri u Dipartimenti tal-Gvern, għajr għal eċċezzjonijiet partikulari, ma jistgħux jiġu mixtrija kompjuters jew notebooks, pero’ jistgħu biss jinkrew taħt id-Desktop Services Agreement li ġie iffirmat mill-MITA għan-nom tal-Gvern ma’ numru ta’ kumpaniji. Fis-Segretarjat tal-Ministeru għat-Trasport u Infrastruttura inkrew 9 kompjuters (desktop) u 15 laptops. Bi ftehim li ntlaħaq bejn is-Segretarji Parlamentari tramite l-Uffiċini tac-CIO rispettivi u l-MITA qabel l-elezzjoni li għaddiet, is-Segretarjati l-ġodda ingħataw kompjuters mikrija ġodda mill-MITA u l-kirja ta’ dawn il-kompjuters għal-5 snin flimkien ma’ l-ispiża tal-liċenzji rikjesti qed jiġu koperti mill-MITA.
Rigward il-
mobiles
tal-Ministeru, dawn ġew kollha ssussidjati, għaldaqstant l-ebda
mobile
ma ġie mixtri jew mikri.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-arranġamenti mas-sajjieda ħalli fi żmien il-lampuki dawn ikunu jistgħu jinħattu mingħajr xkiel ta' xejn fil-pixkerija l-ġdida?
Response (BRINCAT, LEO)
Infakkar lill-Onor. Interpellant illi għalkemm fil-manifest elettorali tal-Partit Nazzjonalista tal-2008 kienet tħabbret ir-rilokazzjoni tal-Pixkerija, kien biss fl-2010 meta l-applikazzjoni ntbagħtet il-MEPA. Għaddew sentejn oħra u l-applikazzjoni ġiet approvata u b’hekk setgħet toħroġ it-tender.
L-Onor. Interpellant għandu jinnota li d-deċiżjoni kontroversjali li din il-pixkerija ma timbenix f’sit direttament ħdejn il-baħar ittieħdet mill-Gvern preċedenti. Il-Ministeru tiegħi qiegħed jagħmel l-almu tiegħu sabiex jidentifika sit fil-port tal-Marsa, fejn is-sajjieda jkunu jistgħu jħottu x-xogħol tagħhom. Ninsab infurmat ukoll li s-sajjieda ser jibqgħu jagħmlu użu mill-pixkerija eżistenti sa Diċembru 2013.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess għar-rilokazzjoni tal-irziezet tal-baqar mill-abitat?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-kwistjoni tar-rilokazzjoni tar-irziezet miż-żoni ta’ abitazzjoni ilha pendenti għal diversi snin. Hemm fejn raħħala qed jaħdmu f’żoni mhux approprijati, bħal żoni urbani u żoni ta’ importanza kulturali u storici. Dawn ma jistgħux itejbu l-operat tagħhom sabiex jiġu konformi mal-liġijiet sanitarji kemm lokali kif ukoll dawk tal-Unjoni Ewropea, b’konsegwenza li ser ikollhom jagħlqu jekk ma jinstabx post alternattiv għalihom. Ninsab infurmat ukoll li l-proġett f’Malta għar-rilokazzjoni ta’ 12 ir-raħħal f’tal-Qampiena limiti tas-Siġġiewi, kien sottomess lill-MEPA mill-amministrazzjoni preċedenti fit-12 ta’ Dicembru 2006 (PA 07823/06). Kien biss fit-8 ta’ Marzu 2013 li ħareġ l-Outline Development Permit. Għad fadal diversi xogħlijiet xi jsiru fosthom:
· Approvazzjoni mill-Mepa għal
Full Development Permit
· Ftehim mal-Awtorita tal-Artijiet rigward termini u kundizzjonijiet ta’ kiri
· Ftehim finanzjarju mar-raħħala biex jiġu koperti l-ispejjeż għal bini u makkinarju
· Approvazzjoni finanzjarja mill-Ministeru tal-Finanzi għall-ammont ta’ nfieq
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb illi l-Gvern jesporta bi spejjeż għall-Gvern it-tiġieġ tal-bajd li jinqatlu għax ma jkunux għadhom jipproduċu jew jekk hux se jibqgħu jinqatlu mir-raħħal u jinħarqu fl-inċineratur bl-ispiża ta' €50 it-tunnellata?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-Gvern lest jagħti l-għajnuna kollha lis-setturi biex dawn ikunu sostenibbli. F’Malta għandna erba’ biċċeriji tat-tiġieġ li huma kollha awtorizzati biex joqtlu t-tiġieġ tal-laħam (broilers), kif ukoll dawk tal-bajd (layers) li jkunu waslu fl-aħħar taċ-ċiklu tagħhom. Fid-dinja kollha l-produtturi tal-bajd joqtlu dawn it-tiġieġ f’biċċeriji awtorizzati biex jieħdu l-laħam li jkun fihom għall-prodotti għal konsum uman. F’Malta għad m’għandniex minn dawn il-proċessuri li jutilizzaw dan it-tip ta’ materja prima. Jeżisti suq ukoll f’pajjiżi terzi għal dawn it-tip ta’ tiġieġ tal-bajd.
Ninsab infurmat ukoll li l-Gvern lest li jisma’ u fejn hu possibli jgħin biex din l-industrija tat-tjur, li f’dawn l-aħħar snin iffaċjat diversi problemi kbar ta’ nuqqas ta’ kompetittivita, terġa tqum fuq saqajha. Qegħdin f’diskussjonijiet ma’ l-istakeholders biex naraw kif - f’kuntest ta’ ħarsien ta’ l-ambjent, ħarsien ta’ annimali u ta’ finanzi - l-aħjar li nistgħu ngħinu dan is-settur.
Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu għad-demel tal-baqar u tal-majjal? Il-pjanijiet għadhom l-istess bħalma kienu qabel? Jekk iva, fejn wasal ix-xogħol fuq kull frazzjoni?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-ħażna u l-firxa ta’ demel tal-baqar u tal-majjal huma rregolati mill-liġi taħt l-Avviz Legali dwar in-Nitrati, kif ukoll taħt id-Direttiva tan-Nitrati tal-UE u dawn ir-regolamenti ser jibqgħu jiġu infurzati fuq l-operaturi u stakeholders kollha. Fin-nuqqas ta’ pjanijiet oħra formalizzati fuq bażi nazzjonali mill-amministrazzjoni preċedenti, nitlob lill-Onor. Interpellant biex ikun aktar speċifiku għal liema pjanijiet qed jirreferi.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma d-designated ports għas-sajjieda li huma maqbula mal-Unjoni Ewropea? Hemm ħsieb li dawn jinbidlu fis-sena li ġejja? Jekk iva, kif se jinbidlu u fejn?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li hemm sebgħa designated ports għas-sajjieda li huma maqbula mal-Unjoni Ewropea. Ninsab infurmat ukoll li sal-lum m'hemm l-ebda tibdiliet ippjanati.
Jista' l-Ministru jgħid jekk is-sejħa għal crane operator fil-hardstanding ġietx mimlija? Jekk iva, minn min u x'inhuma l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-persuna?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li s-sejħa għadha ma ġietx mimlija.
Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — Konsulenti u Kumitati
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista aġġornata tal-konsulenti li nħatru minn Marzu tal-2013 ’l hawn? Kemm hu l-ħlas tagħhom individwalment fix-xahar, x’servizz huma mitluba li jagħtu u kemm-il siegħa huma mitluba jaħdmu fix-xahar fuq ix-xogħol ta’ konsulenza? Jista’ fil-lista jinkludi ukoll il-membri ta’ kull kumitat li nħatru minn Marzu tal-2013 ‘l hawn, kemm qed jitħallsu u x’servizz hu mitlub li jagħti kull membru?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet mogħtija għall-Mistoqsijiet Parlamentari numri 343 u 2338.
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellant tgħid għal liema kumitati qed tirreferi.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostennibli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima — Konsulenti u Kumitati
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista aġġornata tal-konsulenti li nħatru minn Marzu tal-2013 ’l hawn? Kemm hu l-ħlas tagħhom individwalmenti fix-xahar, x’servizz huma mitluba li jagħtu u kemm-il siegħa huma mitluba jaħdmu fix-xahar fuq ix-xogħol ta’ konsulenza? Jista’ fil-lista jinkludi wkoll il-membri ta’ kull kumitat li nħatru minn Marzu tal-2013 ‘l hawn, kemm qed jitħallsu u x’servizz hu mitlub li jagħti kull membru?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba għall-mistoqsija diġà ngħatat bħala tweġiba ta’ mistoqsija parlamentari numru 2339. Ninsab infurmat li ma’ dawk msemmija żdieded kumpanija oħra ta’ konsulenza fuq review of costs of Parks. L-informazzjoni dwar il-kumitati li nħatru minn Marzu tal-2013 ‘l hawn qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra bħala Tabella A.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — Konsulenti u Kumitati
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista aġġornata tal-konsulenti li nħatru minn Marzu tal-2013 ’ hawn? Kemm hu l-ħlas tagħhom individwalment fix-xahar, x’servizz huma mitluba li jagħtu u kemm-il siegħa huma mitluba jaħdmu fix-xahar fuq ix-xogħol ta’ konsulenza? Jista’ fil-lista jinkludi wkoll il-membri ta’ kull kumitat li nħatru minn Marzu tal-2013 ‘l hawn, kemm qed jitħallsu u x’servizz hu mitlub li jagħti kull membru?
Jista’ l-Ministru jagħti lista aġġornata tal-konsulenti li nħatru minn Marzu tal-2013 ‘l hawn? Kemm hu l-ħlas tagħhom individwali fix-xahar, x’servizz huma mitluba li jagħmlu u kemm-il siegħa huma mitluba jaħdmu fix-xahar fuq ix-xogħol ta’ konsulenza? Jista’ fil-lista jinkludi ukoll il-membri ta’ kull kumitat li nħatru minn Marzu tal-2013 ‘l hawn, kemm qed jitħallsu u x’servizz hu mitlub li jagħmel kull membru?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant li rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija tirreferi għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2341. Rigward it-tieni parti tal- Mistoqsija nitlobha tirreferi għal-lista li ngħatat fit-tweġiba Parlamentari numru 1201. L-informazzjoni dwar ħlas lill-membri tal- bordijiet u kumitati qed tingħata fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — Konsulenti u Kumitati
Question
Tista’ l-Ministru tagħti lista aġġornata tal-konsulenti li nħatru minn Marzu tal-2013 ’l hawn? Kemm hu l-ħlas tagħhom individwalment fix-xahar, x’servizz huma mitluba li jagħtu u kemm-il siegħa huma mitluba jaħdmu fix-xahar fuq ix-xogħol ta’ konsulenza? Tista’ fil-lista tinkludi wkoll il-membri ta’ kull kumitat li nħatru minn Marzu tal-2013 ’l hawn, kemm qed jitħallsu u x’servizz hu mitlub li jagħti kull membru?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor Interpellant li ma ġiex appuntat ebda konsulent minn Marzu tal-2013 sal-lum.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u n-Negozji Żgħar — Konsulenti u Kumitati
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista aġġornata tal-konsulenti li nħatru minn Marzu tal-2013 ‘l hawn? Kemm hu l-ħlas tagħhom individwalmenti fix-xahar, x’servizz huma mitluba li jagħtu u kemm-il siegħa huma mitluba jaħdmu fix-xahar fuq ix-xogħol ta’ konsulenza? Jista’ fil-lista jinkludi wkoll il-membri ta’ kull kumitat li nħatru minn Marzu tal-2013 ’l hawn, kemm qed jitħallsu u x’servizz hu mitlub li jagħti kull membru?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-bordijiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid min huma d-diretturi li jservu fuq kull bord? Jista’ jgħid ukoll min kienu l-membri fuq kull bord sad-9 ta' Marzu 2013?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — lista ta' bordijiet
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-bordijiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid min huma d-diretturi li jservu fuq kull bord? Jista’ jgħid ukoll min kienu l-membri fuq kull bord sad-9 ta' Marzu 2013?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-bordijiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi. Qed inpoġġi wkoll lista bit-tagħrif mitlub fit-tielet parti tal-mistoqsija.
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, għad iridu jiġu kkonfermati ċerti karigi u għaldaqstant ma tistax tingħata tweġiba finali għalissa.
(Ara dokument Nru. 705 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 34 tat-Tnejn, 24 ta' Ġunju 2013)
Ministeru għall-Iżvilupp, l-Ambjent u Tibdil fil-Klima — lista ta' bordijiet
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-bordijiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid min huma d-diretturi li jservu fuq kull bord? Jista’ jgħid ukoll min kienu l-membri fuq kull bord sad-9 ta' Marzu 2013?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni miġbura mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru, il-lista tal-bordijiet preżenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u kull membru fuqhom u lista oħra tal-bordijiet bil-membri sad-9 ta' Marzu 2013 huma kif elenkati f’Tabella A u B rispettivament li qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. Mal-lista ta’ bordijiet għad iridu jiżdiedu oħrajn wara li jiġu approvati.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — lista ta' bordijiet
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-bordijiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid min huma d-diretturi li jservu fuq kull bord? Jista’ jgħid ukoll min kienu l-membri fuq kull bord sad-9 ta' Marzu 2013?
Response (MIZZI, JOE)
Qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ bordijiet u l-membri li kienu jagħmlu parti minnhom qabel id-9 ta’ Marzu 2013.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — lista ta' bordijiet
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-bordijiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid min huma d-diretturi li jservu fuq kull bord? Jista’ jgħid ukoll min kienu l-membri fuq kull bord sad-9 ta' Marzu 2013?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — lista ta' bordijiet
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-bordijiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid min huma d-diretturi li jservu fuq kull bord? Jista’ jgħid ukoll min kienu l-membri fuq kull bord sad-9 ta' Marzu 2013?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata seduta oħra.
Kunsill Malti għall-Isport — parteċipazzjoni fil-programmi sportivi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kif qiegħed jipproġetta li jżid il-parteċipazzjoni fil-programmi sportivi tal-Kunsill Malti għall-Isport matul il-ħames snin li jmiss? X’hemm ippjanat differenti minn dak li kien qed isir diġà jew differenti minn dak li kien ippjanat diġà?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tal-Programmi tal-Kunsill Malti għall-Isport qed iħejji sensiela ta' proposti għall-programmi ġodda biex fil-ġimgħat li ġejjin jitressqu quddiem il-Bord tad-Diretturi għall-approvazzjoni tagħhom.