Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #878 Sitting 31 2013-06-17 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Monte Karmeli u Psychiatric Unit (Mater Dei) — Ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm nuqqas ta’ ħaddiema ġewwa l-Isptar Monte Karmeli kif ukoll fl-Outpatient Psychiatric Unit tal-Isptar Mater Dei? F’liema skala jinstabu?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-postijiet vakanti ġewwa l-Isptar Monte Karmeli, Psychiatric Unit u s- Psychiatric Outpatients fil-preżent huma: Departmental Nurse Manager: 1 Nursing Officers: 8 Deputy Nursing Officers: 5 Staff nurses: 8 Nursing Aides: 15 Assistant Ward Clerks: 9 Community Services Manager: 1 Kunsulenti Psikjatri: 3 (Forensika / Kommunita’ / Psikjatrija Akuta) Health and Safety Officer: 1 Human Resource Manager: 1 IT Administrator: 1 Principle, Procurement: 1 Partly Qualified Accountant: 1 Accounts Manager: 1 Assistant Director, Office of the CEO: 1 Principle: Office of the COO: 1

KNDP — persuni reġistrati

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hawn persuni b’diżabilità rreġistrati mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni Diżabilità (KNPD) f’Malta u Għawdex, u minn liema lokalitajiet ġejjin? Kemm minnhom huma persuni b’diżabilità li għandhom bżonnijiet ta’ saħħa mentali?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #880 Sitting 31 2013-06-17 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu

Birkirkara — Proġett għal dar tal-anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux se jkompli bil-proġett għal dar tal-anzjani ġewwa Birkirkara li kien proġett tal-Kunsill Lokali flimkien mal-Gvern Ċentrali fl-aħħar leġiżlatura?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara li bħalissa l-Kunsill Lokali għaddej b’laqgħat mal-Ministeri konċernati biex jiġi diskuss jekk il-proġett li rrefera għalih l-Onorevoli Interpellant hux se jsir jew le, u jekk fl-affermattiv, kif u min se jkun involut.
Leg 12 PQ #1469 Sitting 31 2013-06-17 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunsilli Lokali – skema ta’ residential parking

Question

In vista tal-ordni mogħtija mis-Segretarju Parlamentari fi ħdan il-Ministeru tiegħu sabiex l-ebda kunsill lokali ma jkompli għaddej b' xi skema ta' residential parking, jista' l-Ministru jgħid jekk din d-direttiva xxekkilx l-awtonomija tal-kunsilli lokali li huma eletti demokratikament mir-residenti tal-lokalità tagħhom? Jista' jgħid din id-direttiva abbażi ta’ liema liġi ngħatat? Jista' jgħid jekk ikkonsultax mal-Assoċċazzjoni tal-Kunsilli Lokali dwar din id-direttiva u jekk l-assoċċazzjoni qablitx mal-istess direttiva qabel inħarġet?

Response (VELLA, KARMENU)

Bl-ebda mod din l-ordni m’għandha ixxekkel l-awtonomija tal-Kunsilli Lokali. Huwa fl-interess tal-istess Kunsilli Lokali nvoluti li qabel ma jkomplu bil-proċessi tagħhom jistennew direzzjoni dwar il-materja. L-ordni ngħatat a bażi ta’ deċiżjoni li ħa l-Kabinett wara sitwazzjoni li nqalgħet. F’dan id-dawl is-Segretarju Parlamentari sejjaħ laqgħa mal-Assoċċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali biex fost l-oħrajn jiddiskutu din is-sitwazzjoni.

Il-Marsa – Triq Diċembru 13 — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq Triq Diċembru 13 fil-Marsa? Meta hu programmat li jitlesta dan ix-xogħol? Kemm hu stmat li jiġi jiswa dan il-proġett?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi x-xogħlijiet fuq Triq Diċembru 13 imxew ‘il quddiem u għaddejjin b’ritmu tajjeb. Sal-lum, ix-xogħlijiet strutturali ta’ nofs l-underpass tlestew u l-karreġġjata li ser tieħu t-traffiku lejn il-Marsa qed tiġi ffurmata. Ta’ min ifakkar li x-xogħol fuq din it-triq, li kien beda f’Novemru 2011, twaqqaf mill-Gvern preċedenti f’Novembru 2012 u ppostonieh għal Marzu 2013. Dan ifisser li x-xogħol fuq din it-triq twaqqaf għal 4 xhur bil-konsegwenza li 5.5 miljun ewro kienu fil-periklu li jintilfu minħabba li ma sarx progress kif kien ippjanat minn qabel fuq ix-xogħlijiet infrastrutturali. B’hekk ix-xogħol fuq din it-triq waqa’ lura. Il-Gvern preżenti ħa passi minnufih biex ix-xogħol jerga jibda. Ix-xogħol fuq Triq Diċembru 13 hu mistenni li jitlesta fl-2014 u hu stmat li jigi jiswa madwar €8 miljuni.

Mellieħa – Bypass — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol fuq il-bypass tal-Mellieħa hux lest minn kollox? Jekk le x'fadal isir u meta hu mistenni jitlesta kollox? Kemm ġiet jew se tiġi l-ispiża totali fuq din it-triq?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħlijiet il-kbar fuq il-bypass tal-Mellieħa tlestew. Bħalissa qed jitlestew xi xogħlijiet minuri li hu stmat li jkunu lesti sal-aħħar ta’ Ġunju 2013. Ix-xogħol kollu hu stmat li jiswa 5.2 miljun Ewro, għalkemm il-kontijiet fuq ix-xogħlijiet kollha għadhom qed jiġu maħduma.

Għadira — Ċirkewwa – xogħlijiet ta’ toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol fuq it-triq li mill-bajja tal-Għadira twassal sal-port taċ-Ċirkewwa hux lest minn kollox? Jekk le x'fadal isir u meta hu mistenni jitlesta kollox? Kemm ġiet jew se tiġi l-ispiża totali fuq din it-triq?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħlijiet fuq Triq il-Marfa, li twassal sal-port taċ-Ċirkewwa, qegħdin fi stadju avvanzat ħafna, u jonqos biss ċertu xogħlijiet ta’ tiswija u snagging biex tkun lesta minn kollox. L-ispiża totali tax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni hija stmata għal madwar €7.8 miljun.

Għawdex – Xewkija/Rabat – xogħlijiet ta’ toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol fuq it-triq li tieħu mix-Xewkija sa Triq ir-Repubblika fir-Rabat Għawdex hux lest minn kollox? Jekk le x'fadal isir u meta hu mistenni jitlesta kollox? Kemm ġiet jew se tiġi l-ispiża totali fuq din it-triq?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħlijiet fuq it-triq li tieħu mix-Xewkija sa’ Triq ir-Repubblika fir-Rabat, Għawdex huma kollha lesti, apparti ċertu xogħlijiet ta’ snagging li qegħdin fl-istadju finali. L-ispiża totali tax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni hija stmata għal madwar €12.1 miljun.

fondi Ewropej 2007- 2013 — tiswija ta’ toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fadalx fondi biex jintuzaw fuq toroq mill-programm finanzjarju 2007 – 2013? Jekk iva, kemm fadal u fuq liema toroq se jintużaw?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-fondi allokati li baqa’ biex jintużaw mill-programm finanzjarju 2007-2013 jammontaw għal € 83,984,309.61. Din is-somma tinkludi il-VAT, spejjeż ta’ superviżjoni, studji relatati mal-proġetti kif ukoll somma ta’ kontinġenza. Dawn il-fondi huma allokati għal dawn il-proġetti: Upgrading tat-TEN-T Network Phase I Triq il-Kunsill tal-Ewropa u Triq Garibaldi, Luqa Moll iċ-Ċangatura u Xatt l-Għassara tal-Għeneb, Marsa / Floriana Triq il-Marfa, Ċirkewwa / Mellieħa By-Pass Tal Mellieħa, Mellieħa Triq Diċembru 13 Triq l-Imġarr, Xewkija, Triq Fortunato Mizzi u Triq ir-Repubblika, Rabat, Għawdex Upgrading tat-TEN-T Network Phase II Rikostruzzjoni ta’ Salina Coast Road Upgrading tat-TEN-T Network Phase III Kostruzzjoni ta’ Grade Separated Junction fil-Kappara

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — konsulenzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-1998 sal-lum? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat mid-dekasteru tiegħi illi l-kumpanija/persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ingħatat xogħol ta' konsulenza kif jidher fit-tabelli mmarkati 'A', 'B' u 'C' u li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Tabella 'A' - Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Tabella 'B' - Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ Tabella 'C' - Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi Infurmat ukoll li d-ditta li jifforma parti minnha l-persuna ndikata ngħatat xogħol ta' Legal Advisor mal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada. Din id-ditta titħallas retainer fee ta' €3023.52c fis-sena u x-xogħol ingħata b'expression of interest. Barra minn hekk, fl-2009 il-persuna ndikata kienet intgħażlet fuq bord ta' dixxiplina tal-Kunsill Malti għall-Isport kontra l-Manager tal-Pixxina Nazzjonali. Hu kien intgħażel fuq parir tal-avukat tal-Kunsill Malti għall-Isport wara ftehim mal-UĦM. Il-każ imur lura fl-2008 meta kien allegat li l-Manager ma rrappurtax allegat każ ta' Deckhand li kien daħal fic-changing room tat-tfajliet waqt li kien hemm tfajliet ibiddlu. Fl-2012, l-istess persuna kien intgħażel biex joffri s-servizzi legali tiegħu f'każ li jikkonċerna l-Antidoping Commission peress li r-rappreżentant legali tal-Kummissjoni, li kien parti mill-Kummissjoni, kien irtira mill-każ minħabba konflitt ta' interess.

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — konsulenzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-1998 sal-lum? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-WasteServ użat is-servizz ta’ konsulenza ad hoc darbtejn u l-ispejjeż ammontaw għal total ta’ €250.00 (excl. VAT).

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — konsulenzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-1998 sal-lum? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (MIZZI, JOE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li mill-1998 sal-lum l-kumpanija li d-dettalji dwarha ngħataw separatament ingħata xogħol ta’ konsulenza għall-valur globali ta’ €9906. Dan ix-xogħol kien maqsum bejn exADT, exMMA,exDCA u Transport Malta. Sena b’sena ix-xogħol u l-Valur kien maqsum kif ġej: Transport Malta Sena € 2012 590 2011 472 2010 3068 ex-ADT Sena € 2009 1652 2008 472 2007 563 2006 275 2004 – 2005 Nil 2003 1974 1999 – 2002 Nil Ir-rekords tal-ADT jmorru lura sas-sena 1999, għalhekk m’hemmx rekords għas-sena 1998. ex-MMA Sena € 2009 700 2008 70 2007 70 1998 – 2006 Nil ex-DCA 1998 – 2009 Nil Transport Malta m’għandhiex informazzjoni jekk ix-xogħol ta’ konsulenza imsemmi ngħatax b’tender jew direct order.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — konsulenzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-1998 sal-lum? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — konsulenzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-1998 sal-lum? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma ngħata l-ebda xogħol ta’ konsulenza lil Dr Andrew Borg Cardona mill-1998 sal-lum.
Leg 12 PQ #2109 Sitting 31 2013-06-17 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — konsulenzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-1998 sal-lum? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħaraf lill-Onorevoli nterpellant illi r-risposta hija fin-negattiv.
Leg 12 PQ #2361 Sitting 31 2013-06-17 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għat-Turiżmu

Segretarju Parlamentari għall-Kultura u l-Gvern Lokali — spiża fuq IT

Question

Jista' l-Ministru jghid kemm inxtraw jew inkrew computers/laptops/mobile devices għall-impjegati tas-Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari għall-Kultura u l-Gvern Lokali? Meta nxtraw u kemm hu l-valur li nxtraw bih? Kemm inkrew, jekk inkrew u kemm hi l-kirja? Kemm kienet l-ispiża inizjali? Hemm spiża rikorrenti u kemm hi?

Response (VELLA, KARMENU)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — spiża fuq IT

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw jew inkrew computers/laptops/mobile devices għall-impjegati tas-Segretarjat tal-Ministru? Meta nxtraw u kemm hu l-valur li nxtraw bih? Kemm inkrew, jekk inkrew u kemm hi l-kirja? Kemm kienet l-ispiża inizjali? Hemm spiża rikorrenti u kemm hi?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uffiċju tal-Ministru kien provdut b'żewġ laptops lightweight, erba' laptops standard u erba' desktops. Dawn il-kompjuters/laptops huma mikrija u ġew imħallsa mill-MITA. Inxtara wkoll mobile Blackberry 9900 Dakota għall-prezz ta' €599.01c. Il- mobile nxtara fis-17 ta' Mejju 2013.

Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport — spiża fuq IT

Question

Jista' l-Ministru jghid kemm inxtraw jew inkrew computers/laptops/mobile devices għall-impjegati tas-Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport? Meta nxtraw u kemm hu l-valur li nxtraw bih? Kemm inkrew, jekk inkrew u kemm hi l-kirja? Kemm kienet l-ispiża inizjali? Hemm spiża rikorrenti u kemm hi?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uffiċju tas-Segretarju Parlamentari kien provdut b'żewġ laptops lightweight, erba' laptops standard u erba' desktops. Dawn il-kompjuters/laptops huma mikrija u ġew imħallsa mill-MITA. Inxtara wkoll mobile iphone 516GB għall-prezz ta' €729. Il- mobile nxtara fis-17 ta' Mejju 2013.

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — spiża fuq IT

Question

Jista' l-Ministru jghid kemm inxtraw jew inkrew computers/laptops/mobile devices għall-impjegati tas-Segretarjat tal-Ministru? Meta nxtraw u kemm hu l-valur li nxtraw bih? Kemm inkrew, jekk inkrew u kemm hi l-kirja? Kemm kienet l-ispiża inizjali? Hemm spiża rikorrenti u kemm hi?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li ġew mikrija 10 kompjuters (desktop) u 4 laptops taħt id-Desktop Services Agreement. Għal dan is-Segretarjat inxtara iPAD għal prezz ta’ €629.

Segretarju Parlamentari ghall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali — spiża fuq IT

Question

Jista' l-Ministru jghid kemm inxtraw jew inkrew computers/laptops/mobile devices għall-impjegati tas-Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali? Meta nxtraw u kemm hu l-valur li nxtraw bih? Kemm inkrew, jekk inkrew u kemm hi l-kirja? Kemm kienet l-ispiża inizjali? Hemm spiża rikorrenti u kemm hi?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li ġew mikrija 2 kompjuters (desktop) u 12 laptops taħt id-Desktop Services Agreement. Għal dan is-Segretarjat inxtraw 4 iPAD’s għal prezz ta’ €2,666.80.